Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta' Mejju 2012 - Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

(Kawża C-232/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastweb SpA

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji f'dan is-settur, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva Nru 2002/20/KE , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ukoll iċċitata, b'mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, ukoll għall-mod kif tiġi applikata konkretament f'regolament?

____________

1 - Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).