Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012
Procura della Repubblica vs Abd Aziz Tam
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa fuq il-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun irrisjediet f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew b’piena li tirrestrinġi l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbiltà manifesta
Kawża C-74/12
Ġabra tal-ġurispridenza
ippubblikat(a) fil-Ġabra diġitali (Ġabra Ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet mhux ippubblikati”)
Links lejn it-testi
|
Curia |
EUR-Lex |
Autres Liens |
Digriet
ECLI:EU:C:2012:411 |
|
|
|