OPINJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA 1/94

15 ta’ Novembru 1994

“Kompetenza tal-Komunità li tikkonkludi Trattati internazzjonali fil-qasam tas-servizzi u l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali – Proċedura ta’ l-Artikolu 228(6) tat-Trattat KE”

Permezz ta’ rikors imressaq skond l-Artikolu 228(6) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni qed titlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza tal-Komunità Ewropea li tikkonkludi l-Ftehim li jwaqqaf l-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u b’mod partikolari l-Ftehim Ġenerali fuq il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS) u l-Ftehim dwar Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, inkluż il-kummerċ tal-merkanzija kontrafatta, tal-15 ta' April 1994 (TRIPS"),


Werrej


Preżentazzjoni tat-talba

I –  Il-Ftehim li ħarġu min-negozjati ta’ l-Urugwaj

II –  Pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi ħdan l-ODK

III –  Negozjati u ffirmar tal-Ftehim ODK

IV –  Domandi tal-Kummissjoni u l-proċedura

A –  Domandi tal-Kummissjoni

B –  Proċedura

V –  Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors

VI –  Fuq il-formulazzjoni tad-domandi

VII –  Il-qofol tal-kunflitt

VIII –  Punti fejn hemm ftehim

IX –  Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija.

X –  Analiżi tal-Ftehim GATS u TRIPs

A –  GATS

1.  Il-funzjoni u l-użu tal-GATS

2.  Natura u sustanza tal-GATS

3.  Definizzjoni tas-servizzi u metodi ta' provvista

4.  "Universalità" doppja tal–GATS

5.  In-natura ta' l-impenji meħuda

a)  impenji ġenerali

b)  Impenji speċifiċi.

6.  Natura dinamika tal-Ftehim.

B –  TRIPs

1.  Għanijiet, funzjoni u użu

2.  Kamp ta’ applikazzjoni u mezzi adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet persegwiti.

3.  Dispożizzjonijiet sostantivi speċifiċi

a)  Drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati

b)  Proprjetà industrijali

i)  Trade marks

ii)  Indikazzjonijiet ġeografiċi.

iii)  Disinni u mudelli industrijali

iv)  Privattivi

v)  Disinni ta' arranġament (Topografiji) ta' ċirkwiti integrati

vi)  Protezzjoni ta’ informazzjoni teknika mhux żvelata

vii)  Kontroll tal-prattiċi anti-kompetittivi fil-liċenzji kuntrattwali.

4.  Dispożizzjonijiet speċifiċi ta' proċedura (mezzi sabiex jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali).

a)  Rimedji

b)  Garanziji proċedurali

XI –  Politika Kummerċjali Komuni, GATS u TRIPs – pożizzjonijiet tal-partijiet fil-proċedura.

A –  GATS

B –  TRIPs

XII –  GATS, TRIPs u setgħat impliċiti.

A –  Kunsiderazzjonijiet ġenerali fuq is-setgħat impliċiti.

B –  GATS

1.  Pożizzjoni tal-Kummissjoni

a)  Dwar l-eżistenza tal-kompetenzi interni

i)  Fuq il-kompetenzi li ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat KE

ii)  Fuq il-setgħat li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE)

b)  Dwar in-neċessità ta' azzjoni esterna min-naħa tal-Komunità

2.  Il-pożizzjoni tal-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet.

i)  Fuq il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat KE.

ii)  Fuq il-kompetenzi li jistgħu jiġu dedotti minn dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ natura ġenerali (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE)

C –  TRIPs

1.  Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni

a)  Dwar l-eżistenza ta’ kompetenza interna.

i)  Fuq il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dritt sekondarju.

ii)  Dwar il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ natura ġenerali tat-Trattat (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE).

b)  Dwar in-neċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità

2.  Il-pożizzjoni tal-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet

XIII –  Problema tar-rappreżentazzjoni ta’ ċerti territorji li jiddependu mill-Istati Membri imma li ma jagħmlux parti mill-Komunità.

XIV –  Effett tal-kwistjoni tal-kompetenza fuq it-tipi differenti ta’ espressjoni ta’ l-opinjonijiet fi ħdan l-ODK.

XV –  Kwistjonijiet ta’ natura finanzjarja u li jirrigwardaw l-estimi

XVI –  Tweġibiet proposti mill-Kummissjoni, il-Kunsill u mill-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet, għad-domandi li saru fit-talba għal opinjoni.

XVII –  Domandi magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri u t-tweġibiet mogħtija għal dawn id-domandi.

A –  L-ewwel domanda

B –  It-tieni domanda.

C –  It-tielet domanda.

D –  Ir-raba’ domanda.

E –  Il-ħames domanda

F –  Is-sitt domanda

G –  Is-seba’ domanda.

H –  It-tmien domanda

I –  Id-disa’ domanda

J –  L-għaxar domanda

K –  Il-ħdax-il domanda

POŻIZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

I –  Introduzzjoni

II –  Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors

III –  Fuq il-kliem użat fid-domandi tal-Kummissjoni

IV –  Fuq ir-rappreżentazzjoni ta’ ċerti territorji li jiddependu mill-Istati Membri.

V –  Fuq il-domandi ta’ natura finanzjarja u li jirrigwardaw l-estimi

VI –  Fuq il-Ftehim multilaterali dwar il-kummerċ tal-merkanzija

VII –  Fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, il-GATS u t-TRIPs

A –  IL-GATS

B –  It-TRIPs

VIII –  Fuq il-setgħat impliċiti esterni tal-Komunità Ewropea, il-GATS u t-TRIPs

A –  Il-GATS.

B –  It-TRIPS

IX –  Fuq l-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji.

 Preżentazzjoni tat-talba


I –  Il-Ftehim li ħarġu min-negozjati ta’ l-Urugwaj

In-negozjati ekonomiċi “l-iktar kumplessi fl-istorja dinjija” (skond l-espressjoni tal-Kunsill) intemmu bl-iffirmar fil-15 ta’ April 1994, f’Marrakech, ta’ l-Att finali li kompla fuq ir-riżultati tan-negozjati kummerċjali multilaterali tan-negozjati ta’ l-Urugwaj. Dawn in-negozjati damu għaddejin seba’ snin - bdew bid-dikjarazzjoni ministerjali ta’ Punta del Este ta' l-20 ta’ Settembru 1986. Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet u tal-Komunitajiet Ewropej li kienu adottaw l-Att finali kienu qablu li kien ikun tajjeb li dan jidħol fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 1995 jew fl-iqsar żmien possibbli wara din id-data.

L-Att finali jinkludi Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-kummerċ (iktar ‘il quddiem il-“Ftehim ODK”). B’dan il-mod jinħoloq qafas komuni għat-tmexxija tar-relazzjonijiet kummerċjali komuni bejn il-membri. Dan il-ftehim ma għandux dispożizzjonijiet ta’ natura sostanzjali. Dawn ta’ l-aħħar jinsabu fl-annessi li jinkludu diversi “ftehim kummerċjali multilaterali”,li huma parti integrali mill-Ftehim ODK.

Fost dawn wieħed isib:

–       Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanziji, fosthom il-GATT 1994 (Anness 1A)

–       il-Ftehim Ġenerali fuq il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS , Anness 1B)(1)

–       il-Ftehim dwar Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs, Anness 1Ċ)(2)

–       Memorandum ta’ Ftehim fuq ir-Regoli u l-Proċeduri li jirregolaw is-Soluzzjoni ta’ Kontroversji (Anness 2)

–       mekkaniżmu ta’ Eżami tal-politika kummerċjali (Anness 3).

Il-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu jikkostitwixxu “pakkett” uniku. Kull pajjiż li jixtieq isir membru ta’ l-ODK irid l-ewwel jaċċetta kull ftehim multilaterali li ġie nnegozjat fi ħdan in-negozjati ta’ l-Urugwaj. Il-proċedura ta’ soluzzjoni tal-kontroversji hija applikabbli għall-Ftehim multilaterali kollha. Din il-proċedura tippermetti, bħala l-aħħar riżorsa, miżuri msejħa ta’ “ritaljazzjoni reċiproka”. Il-ksur ta’ element wieħed mit-totalità ta' dan il-pakkett (sew jekk dan ikun fis-settur tal-merkanzija, jew f’dak tas-servizzi jew tal-proprjetà intelletwali) tista’ tiġi kkumpensata b’miżura ta’ ritaljazzjoni f’settur differenti (Artikolu 22(3)(b) tal-Memorandum tal-Ftehim dwar is-Soluzzjoni tal-Kontroversji) jew fis-settur ta’ ftehim ieħor (Artikolu 22(3)(c) tal-memorandum). Barra minn dan, kif tgħid il-Kummissjoni, “kumpensazzjoni tista’ tiġi offruta bl-istess mod f’settur ieħor jew fi ħdan ftehim iehor, differenti minn dak li fiħ titwettaq l-infrazzjoni”.

Din is-sistema ta’ “pakkett” uniku ġġib fi tmiem dak li huwa magħruf bħala GATT a la carte. Il-ftehim speċifiċi li rriżultaw min-negozjati ta’ Tokyo kienu jinkludu parteċipazzjoni varjabbli. Barra minn hekk kull ftehim kien jipprovdi għal proprja proċedura speċifika ta’ soluzzjoni tal-kontroversji.

Annessi mal-Ftehim ta’ l-ODK wieħed isib ukoll erba’ ftehim multilaterali (li jikkonċernaw rispettivament il-kuntratti pubbliċi, il-kummerċ tal-mezzi ta’ trasport bl-ajru ċivili, is-settur tal-prodotti tal-ħalib kif ukoll dawk il-prodotti tal-laħam taċ-ċanga). F’dawn l-oqsma, eċċezzjoni fuq il-prinċipju ta’ “pakkett” uniku hija ammessa - il-ftehim jorbtu biss dawk il-membri ta’ l-ODK li jkunu aċċettawhom. Iżda l-proċedura ta’ soluzzjoni ta' kontroversji hija applikabbli fir-relazzjonijiet ta' bejn il-partijiet li jkunu aċċettawhom.

II –  Pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi ħdan l-ODK

Żewġ dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ l-ODK isemmu speċifikament il-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu IX, li jirrigwarda t-teħid ta' deċiżjonijiet, jgħid li fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda b'votazzjoni, “[f]il-laqgħat tal-Konferenza Ministerjali u tal-Kunsill Ġenerali, kull wieħed mill-Membri tal-WTO għandu jkollu vot wieħed” u li “[fil-każ li l-Komunitajiet Ewropej jużaw id-dritt tagħhom għall-vot, huma jkollhom numru ta’ voti ekwivalenti għan-numru ta’ l-Istati Membri tagħhom li jkunu membri ta’ l-ODK]”.

Barra minn hekk, l-Artikolu XI(1), li jirrigwarda l-membri oriġinali ta’ l-ODK jgħid li –

“Il-partijiet kontraenti tal-GATT 1947 sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u l-Komunitajiet Ewropej, li jaċċettaw dan il-Ftehim u l-Ftehim Kummerċjali Multilaterali u li l-Iskedi tagħhom tal-Konċessjonijiet u l-Impenji huma annessi mal-GATT 1994 u li l-Iskedi tagħhom ta' l-Impenji Speċifiċi huma annessi mal-GATS [li jidher fl-anness 1B], għandhom isiru l-Membri oriġinali ta’ l-[ODK].”

III –  Negozjati u ffirmar tal-Ftehim ODK

Id-dikjarazzjoni ta’ Punta del Este, li kienet il-bidu tan-negozjati, ġiet approvata mill-Kunsill u mir-rapreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri “sa fejn tikkonċernhom”. In-negozjati tmexxew f’isem il-Komunità u l-Istati Membri, min-naħa biss tal-Kumissjoni. Il-Kunsill jgħid li “sabiex tiġi ggarantita l-ikbar koerenza fit-tmexxija tan-negozjati, ġie deċiż li l-Kummissjoni taġixxi bħala negozjatur uniku tal-Komunità u ta' l-Istati Membri”. Il-minuti tal-laqgħat fejn il-Kunsill approva d-dikjarazzjoni ta’ Punta del Este, jgħid madankollu li “id-deċiżjoni preżenti (li tawtorizza l-Kumissjoni tiftaħ in-negozjati previsti fid-dikjarazzjoni) hija bla ħsara għall-kwistjoni tal-kompetenza tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fuq suġġetti partikolari”.

Il-ftehim ODK ġie ffirmat, minn naħa, mill-President tal-Kunsill u minn Sir Leon Brittain, membru tal-Kummissjoni, f’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra mir-rappreżentanti ta’ l-Istati f’isem il-gvernijiet rispettivi tagħhom. Din il-proċedura ġabet fis-seħħ id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kunsill u mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri waqt il-laqgħa tas-7 u t-8 ta’ Marzu 1994. Mill-memorandum tal-Kunsill jirriżulta li minn naħa tagħha l-Kummissjoni insistiet sabiex fil-minuti tal-laqgħa jiġi mniżżel li “l-Att Finali (…) kif ukoll il-ftehim annessi miegħu jaqgħu esklużivament taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea”.

IV –  Domandi tal-Kummissjoni u l-proċedura

A –  Domandi tal-Kummissjoni

Fis-6 ta’ April 1994, jiġifieri ftit ġranet qabel id-data prevista għall-iffirmar tal-Ftehim ODK ġewwa Marrakech, iżda ftit ġimgħat wara li ġie approvat l-Att Finali mill-Kumitat tan-negozjati kummerċjali (li kien twaqqaf fil-konferenza ta’ Punta del Este sabiex jintemmu b'suċċess in-negozjati ta’ l-Urugwaj), il-Kumissjoni ppreżentat rikors għal opinjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja abbażi ta' l-Artikolu 228(6) tat-Trattat KE.

Id-domandi huma dawn li ġejjin –

“Fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati kummerċjali ta’ l-Urugwaj tal-GATT li jinsabu fl-Att Finali tal-15 ta’ Diċembru 1993 –

1)       Il-Komunità Ewropea hija kompetenti sabiex tikkonkludi l-partijiet kollha tal-Ftehim li jistabbilixxi l-ODK li jirrigwardaw il-kummerċ tas-servizzi (GATS), u l-aspetti tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, inkluż il-kummerċ tal-merkanzija kontrafatta (TRIPs), fuq il-bażi tat-Trattat KE, u b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 113 waħdu jew moqri flimkien ma’ l-Artikoli 100A u/jew 235 ta’ l-istess Trattat KE?

2)      Il-Komunità Ewropea hija kompetenti li tikkonkludi, waħedha, il-partijiet tal-ftehim ODK li jikkonċernaw il-prodotti u/jew is-servizzi li jaqgħu esklużivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati KEFA u KEEA?

3)      Jekk it-tweġiba għal dawn l-ewwel żewg domandi tkun pożittiva, għandu dan jaffettwa l-possibbiltà ta' l-Istati Membri li jikkonkludu l-Ftehim ODK, meta diġà ġie miftihem li dawn ser ikunu Membri oriġinali ta’ l-ODK?

B –  Proċedura

Skond l-Artikolu 107(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rikors għal opinjoni ġie nnotifikat lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem il-“Kunsill”) u lill-Istati Membri. Il-Kunsill, kif ukoll il-Gvern Daniż, Ġermaniż, Grieg, Spanjol, Franċiż, Olandiż, Portugiż u Ingliż ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, dan ta' l-aħħar ġie ammess jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

V –  Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors

Mingħajr ma jqajjem formalment il-kwistjoni ta’ l-ammissibbiltà tar-rikors, il-Kunsill ifakkar li, f’kull każ fejn il-proċedura ta’ l-Artikolu 228(6) ġiet użata “il-preżentata tar-rikors seħħet qabel l-iffirmar tal-Ftehim”. Fl-opinjoni tiegħu, “wieħed jista’ (…) jistaqsi serjament fuq il-kwistjoni li jsir magħruf jekk il-proċedura ta’ opinjoni preliminari (fir-rigward ta' ftehim li jkun għadu biss “ipprospettat”) (..) hijiex disponibbli wara li l-obbligi jkunu diġà nħolqu fuq il-livell internazzjonali”. Il-Gvern Olandiż ukoll għandu dawn id-dubji.

Il-Gvern Spanjol jitlob formalment l-inammissibbiltà tar-rikors. Il-proċedura ta’ l-opinjoni tista’ tinbeda biss meta l-Kommunità ma tkunx għadha ntrabtet b’obbligu internazzjonali. Il-Gvern Spanjol jisħaq fuq il-fatt li l-firma hija intiża li tawtwntika d-dokumenti li joħorġu min-negozjati u din tinkludi l-obblligu li dawn jiġu l-ewwel suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet rispettivi.

Il-Gvern Franċiż jressaq kritika lill-Kummissjoni fuq nota iktar politika. Mingħajr ma jsemmi l-inammissibbiltà, huwa jispjega li, billi stenniet l-aħħar mument, jiġifieri waqt li ser jiġi ffirmat u konkluż il-Ftehim ODK, filwaqt li n-nuqqas ta’ ftehim dwar l-eżistenza ta’ kompetenzi nazzjonali kien deher mil-1992, il-Kummissjoni naqset milli turi spirtu ta' kooperazzjoni u adottat attitudni li tmur kontra l-koerenza ta’ l-azzjoni tal-Komunità u ta’ dik ta' l-Istati Membri. L-Istati ma setgħux jissottomettu l-Ftehim ODK għall-approvazzjoni tal-Parlamenti tagħhom sakemm il-kwistjoni tal-kompetenzi ma tinqatqax. Fir-rigward tal-Kunsill, lanqas dan ma seta jadixxi lill-Parlament Ewropew bi proposta għal-deċiżjoni li jiġi konkluż l-Ftehim, peressli l-bażi ġuridika ta’ din id-deċiżjoni, l-istess bħal kwistjoni tal-kompetenza, ikunu għadhom inċerti.

VI –  Fuq il-formulazzjoni tad-domandi

Il-Kunsill jikkritika l-mod ta' kif il-Kummissjoni fformulat id-domandi tagħha.

Skond il-Kunsill, peress li l-proċedura tirrigwarda Ftehim li ġie ffirmat mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha abbażi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-kwistjoni mhijiex dwar jekk il-Komunità tistax tikkonkludi waħedha dan il-Ftehim (skond il-Kunsill din hija sempliċi ipoteżi teorika), iżda dwar jekk “il-konklużjoni konġunta tal-ftehim li rriżultaw min-negozjati ta' l-Uragwaj mill-Komunità u mill-Istati Membri hijiex kompatibbli tat-tqassim tal-kompetenzi stabbiliti mit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet ewropej”.

Skond il-Gvern Portugiż, id-domandi magħmula mill-Kummissjoni jikkorispondu ma’ fażi antikwata tal-proċess ta’ konklużjoni tal-Ftehim. Fir-realtà għandu jiġi determinat jekk il-formula tal-ftehim mħallat hijiex kompatibbli mal-prinċipji u mar-regoli tat-Trattati KE u KEFA li jirrigwardaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Istati Membri u l-Komunità.

Il-Gvern tar-Renju Unit jeżamina dawn il-kwistjonijiet b’mod differenti minn dak tal-Kummissjoni. Huwa jispjega, l-ewwel nett, il-kompetenza tal-Komunità fid-dawl tat-teorija tal-setgħat impliċiti filwaqt li fl-istess ħin jisħaq fuq il-kompetenza parallela ta' l-Istati Membri u wara dan jindika r-raġuni għaliex l-Artikolu 113 ma jistax jikkostitwixxi l-bażi legali għall-konklużjoni ta' ftehim.

VII –  Il-qofol tal-kunflitt

Il-problemi li jridi jiġu solvuti ma jikkonċernawx il-Ftehim multilaterali kollha annessi mal-Ftehim ODK, u lanqas il-Ftehim li jwaqqaf l-ODK innifsu.

Kif jenfasizza l-Kunsill, huma fuq kollox id-dispożizzjonijiet sostantivi li huma in kwistjoni. Id-dispożizzjonijiet istituzzjonali ma jqajmu l-ebda problema speċifika f'dak li jirrigwarda l-kompetenza: il-kompetenza li wieħed jipparteċipa fl-arranġamenti istituzzjonali tirriżulta neċċesarjament mill-kompetenza li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet sostantivi: l-arranġamenti istituzzjonali huma intiżi sabiex jassiguraw il-“ġestjoni’ ta’ l-arranġamenti sostantivi. Għaldaqstant f'dan il-każ mhuwiex neċċessarju li tingħata d-deskrizzjoni ta’ dawn l-arranġamenti istituzzjonali.

Il-Kunsill jesponi li fost dawn l-aspetti sostantivi hemm it-tliet Ftehim kbar fuq il-merkanzija (il-GATT verżjoni 1994), fuq is-servizzi (il-GATS), u fuq il-proprjetà intelletwali (TRIPs).

Fir-rigward tal-kummerċ tal-merkanzija (li huwa s-suġġett tal-GATT 1994 u ta’ diversi memorandums interprettativi), hemm ftehim min-naħa tal-Kunsill, tal-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet u tal-Parlament Ewropew sabiex jiġi meqjus li l-Komunità hija kompetenti. Kien hemm biss riżervi fir-rigward tal-prodotti KEFA (esposta mill-Kunsill u mill-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet), tal-ftehim fuq l-ostakli tekniċi tal-kummerċ (esposta mill-Gvern Olandiż biss) u fir-rigward tal-ħtiega li, fejn meħtieġ l-Artikolu 43 tat-Trattat KE jintuża bħala bażi legali f'dak li jirrigwarda l-agrikoltura (iżda din l-aħħar riżerva, esposta mill-Kunsill, mir-Renju Unit u mill-Parlament Ewropew ma tikkontestax il-kompetenza esklużiva tal-Komunità).

Huma s-servizzi u l-proprjetà intelletwali li jikkostitwixxu l-qofol tal-kunflitt. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni ma taqbilx ma tmien Stati (kollha minbarra l-Belġju, il-Lussemburgu, l-Irlanda u r-Repubblikà Taljana) u mall-Parlament Ewropew. In-nuqqas ta' qbil huwa, fil-qosor, dan li ġej.

Skond il-Kummissjoni, il-kompetenza tal-Komunità hija esklużiva, (kemm abbażi tal-politika kummerċjali, kif ukoll, sussidjarjament, abbażi tal-setgħat impliċiti jew b'mod iktar speċifiku, tal-paralleliżmu tal-kompetenzi interni u esterni). Fir-rigward ta’ l-Istati Membri li kienu ppreżentaw osservazzjonijiet, il-kompetenza hija maqsuma bejn Istati u l-Kommunità. F’kull każ, l-Istati li ppreżentaw osservazzjonijiet u l-Parlament jeskludu kull kompetenza abbażi tal-politika kummerċjali komuni. Il-Parlament ma jieħux pożizzjoni formali fuq il-mertu tat-teżi sussidjarja tal-Kummissjoni.

VIII –  Punti fejn hemm ftehim

Qabel ma wieħed jispjega l-punti diverġenti kif ukoll ir-raġunijiet invokati in sostenn tal-pożizzjonijiet ta’ parti u ta’ oħra, għandhom jiġu indikati l-punti fuq liema jidher li hemm qbil.

–       Mill-fatt li l-Kunsill u l-Istati Membri ffirmaw ilkoll il-Ftehim ODK, u l-annessi tiegħu, jirriżulta li kien hemm ftehim fuq l-opportunità, x'aktarx il-ħtieġa, li dan jiġi konkluż..

–       Jeżisti wkoll qbil fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-Ftehim ODK jeħtieġ, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 228(3 tat-Trattat KE, l-opinjoni favorevoli tal-Parmament Ewropej, peress li dan il-Ftehim jipprovdi għall-ħolqien ta’ kuntest istituzzjonali speċifiku.

–       Il-Kummissjoni tisħaq li “għal raġunijiet politiċi, jekk mhux saħansitra legali (…) għandu jkun hemm l-unanimità sabiex ikunu jistgħu jiġu konklużi n-negozjati ta’ l-Urugwaj kollha kemm huma”. La l-Kunsill u lanqas l-Istati li ppreżentaw osservazzjonijiet ma kkontestaw dan..

IX –  Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija.

Il-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija jinkludu prinċipalment il-GATT tal-1994, li l-interpretazzjoni tiegħu hija ppreċiżata minn diversi protokolli ta’ ftehim, diversi Ftehim fuq ċerti prodotti (agrikoltura u tessuti) u diversi ftehim fuq l-użu ta’ regolamenti restrittivi bħal mhuma l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji, u t-TRIMs (“Trade Related Investment Measures”).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-Ftehim kollha “jirrigwardaw il-kummerċ tal-merkanzija u kollha kemm huma huma intiżi għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali permezz ta' l-eliminazzjoni ta’ l-ostakli għall-kummerċ u tad-distorsjonijiet tal-kummerċjali" u li dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat KE .

Il-Kunsill jammetti li “l-kompetenza esklużiva tal-Komunità tkopri kważi t-totalità tad-dispożizzjonijiet tal-GATT u ta' l-annessi tiegħu” u li din il-kompetenza “tirriżulta prinċipalment mill-Artikolu 113”. Madankollu huwa jisħaq li l-Artikolu 43 għandu jiġi użat għal kull ftehim fuq l-agrikoltura u għal dawk li jirrigwardaw mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji, peress li dawn “ma jirrigwardawx biss il-miżuri kummerċjali applikabbli għall-kummerċ internazzjonali tal-prodotti agrikoli, iżdaa (…) fuq kollox fuq is-sistema interna ta’ l-organiżazzjoni tas-swieq agrikoli”.

F'dak li jirrigwarda l-agrikoltura, il-Gvern tar-Renju Unit, jingħaqad mal-pożizzjoni tal-Kunsill billi jsostniha permezz ta' argument ibbażat fuq eżempji konkreti.

Huwa jagħti “żewġ eżempji ta’ effetti, tal-ftehim li jinsabu fl-anness 1A tal-Ftehim ODK, fuq is-sistema Komunitarju interna tal-prodotti agrikoli. L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim fuq l-agrikoltura li jillimitaw “is-sostenn intern” għandhom effett dirett fuq l-ammont ta’ għajnuna li l-bdiewa u dawk li jipproċessaw il-prodotti agrikoli jirċievu minn gaħand l-organiżazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli, li ġew kollha mwaqqfa abbażi ta' l-Artikolu 43 tat-Trattat, u għaldaqstant effett dirett fuq il-funzjonament ta' dawn l-organiżazzjonijiet. It-tieni nett, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim fuq l-agrikoltura f'dak li jirrigwarda t-tnaqqis tas-sussidji fuq l-esportazzjoni għandhom jaffettwaw is-sistema Komunitarja ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli Komunitarji stabbilita u amministrata skond l-Artikolu 43. Prattikament, l-organiżazzjonijiet komuni tas-swieq kollha jinkludu dispożizzjonijiet li jirrigwardaw r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni u s-sistema hija amministrata skond ir-regolamenti tal-Kunsill u tal-Kumissjoni adottati skond id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-organiżazzjonijiet komuni”.

Ir-Renju Unit jisħaq fuq il-fatt li dawn il-miżuri jirrigwardaw il-prodotti agrikoli li ġejjin mill-Komunità, filwaqt li l-istrumenti abitwali tal-politika kummerċjali (restrizzjonijiet kwantitattivi, miżuri tariffarji) jirrigwardaw il-prodotti importati u mhux il-prodotti lokali. Minn dan huwa jikkonkludi li dawn il-mizuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-Artikolu 43.

Dawn ir-rimarki fuq l-agrikoltura ma jikkontestawx il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

Il-Parlament Ewropew huwa wkoll ta’ l-opinjoni li, minħabba l-importanza kunsiderevoli tal-Ftehim fuq l-agrikoltura, l-Artikolu 43 tat-Trattat għandu jiġi applikat. Huwa josserva li s-sistema ta’ preferenzi mifruxa hija bbażata kemm fuq l-Artikolu 113 kif ukoll fuq l-Artikolu 43 tat-Trattat [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3917/92, tal-21 ta’ Diċembru 1992 (ĠU L 396, p.1), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3668/3, ta' l-20 ta’ Diċembru 1993 (ĠU L 338, p. 22)].

Il-Gvern Olandiż jagħmel iktar enfażi fuq il-Ftehim fuq l-ostakli tekniċi tal-kummerċ. Filwaqtwaqt li l-Kummissjoni tisħaq fuq il-kompetenza esklużiva tal-Komunità għal dan il-ftehim il-ġdid, il-Gvern Olandiż isostni li “l-Komunità kisbet kompetenza esklużiva, fuq skala kbira, fil-qasam ta’ l-ostakli tekniċi tal-kummerċ" imma li “l-Istati Membri xorta għad għandhom kompetenza individwali minħabba n-natura ta’ xi direttivi, iżda wkoll minħabba l-fatt li armonizzazzjoni kompleta ma ġietx imwettqa u lanqas mhija prevista f’dan il-qasam”.

Fil-qasam tal-kummerċ tal-merkanzija, il-qofol veru tal-kunflitt bejn il-Kummissjoni min-naħa, u l-Kunsill u l-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet, min-naħa l-oħra, huwa fir-rigward tal-prodotti KEFA.

Skond il-Kummissjoni, il-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija m’għandhom bżonn l-ebda bażi legali oħra ħlief l-artiklu 113, anki jekk dawn jirrigwardaw il-prodotti KEFA jew mal-prodotti Euratom.

Il-Kummissjoni tipprova tnaqqas l-importanza li jagħtu l-partijiet l-oħra għal-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA. Din il-klawżola ta' non-attribuzzjoni ta' l-Artikolu 71 ma tirriserva l-ebda dritt ta' l-Istati Membri fis-sens ta' l-Artikolu 232(1) tat-Trattat KE.

Il-Kummissjoni tirreferi għall-opinjoni 1/75, tal-11 ta’ Novembru 1975 (Ġabra P. 1355 u speċjalment p. 1365) ,skond liema:

“huwa eskluż li (l-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA) jista’ jneħħi l-effettività ta' l-Artikoli 113 u 114 tat-Trattat KEE u jaffettwa l-attribuzzjonijiet ta’ kompetenza lill-Komunità sabiex tinnegozja u tikkonkludi ftehim internazzjonali li jaqgħu taħt il-qasam tal-politika kummerċjali komuni”.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tikkunsidra li mod ieħor legali sabiex jiġu konklużi ftehim kummerċjali abbażi tat-Trattat KEFA huwa dak li jsir użu mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 95.

Bil-kontra ta' dan, il-Kunsill iqis li “l-konklużjoni tal-GATT u ta' l-annessi tiegħu mill-Istati Membri, safejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jaqgħu taħt il-kompetenza fil-qasam tal-politika kummerċjali mogħtija lilhom mill-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA, hija evidentement kompatibbli mat-Trattat”

Il-Gvern Spanjol jinsisti fuq il-kompetenza esklużiva ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-prodotti KEFA. Ir-Repubblika Griega hija ta' l-istess opinjoni. Hekk ukoll il-Gvern Portugiż.

Il-Gvern tar-Renju Unit ukoll jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA sabiex jikkonkludi l-kompetenza ta' l-Istati Membri, imma huwa jammetti wkoll li, kif uriet il-Kummissjoni, ir-referenza għall-Artikolu 95 tat-Trattat KEFA tista’ tkun mod legali ieħor ta' kif jiġi konkluż il-Ftehim.

Min-naħa tiegħu l-Gvern Franċiż jikkunsidra li “l-konklużjoni min-naħa tal-KEFA, abbażi ta' l-Artikolu 95 ta’ dan it-Trattat, tal-ftehim li jirrigwardaw is-sistema kummerċjali tal-prodotti KEFA ma kellux bħala effett li jitrasferixxi lil KEFA l-kompetenzi rikonoxxuti lill-Istati Membri mill-Artikolu 71 ta’ l-istess Trattat” u li “konsegwantement, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonkludu huma stess il-GATT u l-annessi tegħu f'dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ tal-prodotti KEFA li jaqgħu taħt il-kompetenza li jirriservalhom l-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA”

X –  Analiżi tal-Ftehim GATS u TRIPs

A –  GATS

1.     Il-funzjoni u l-użu tal-GATS

Għaliex Ftehim ġenerali fuq il-kummerċ tas-servizzi? F’ċerti pajjiżi żvillupati, is-settur tas-servizzi sar is-settur dominanti ta’ l-ekonomija. Skond il-Kummissjoni, xi ekonomisti jaraw din l-evoluzzjoni bħala “sinjal ta’ ristrutturazzjoni fundamentali ta’ l-ekonomija dinjija u ta’ trasferiment iktar u iktar ċar minn industrija sempliċi lejn ekonomiji ta’ pajjiżi li għaddejjin minn proċess ta’ żvilupp u li ser isiru, minħabba f’hekk, l-esportaturi prinċipali tal-prodotti manifatturati”. “L-ekonomiji żvillupati ser jesportaw prinċipalment servizzi u prodotti ta’ valur miżjud għoli (fuq proporzjoni għolja ta’ għarfien tekniku)”. “L-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali tas-servizzi waqa’ lura meta mqabbel ma' l-espansjoni ta’ dan is-settur fl-ekonomiji nazzjonali minħabba l-fatt li l-ebda regola internazzjonali ma kienet toffri s-sigurtà u l-prevedibbiltà neċċessarja għan-nies li jaħdmu f’dan is-settur. Minn dan ħarġet l-idea li jinħoloq kuntest li jippermetti l-introduzzjoni ta’ liberalizzazzjoni permezz ta’ negozjati ta’ regoli ġodda”.

2.     Natura u sustanza tal-GATS

Il-GATS jikkostitwixxi attentat sabiex il-prinċiji tal-GATT jiġu applikati fil-qasam tas-servizzi, fejn l-ostakli għall-kummerċ mhumiex dawk kostitwiti mid-drittijiet tad-dwana jew ma’ xi kwoti għall-importazzjoni, iżda minn leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-aċċess għas-swieq u mal-klassifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi. Ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għadhom mhumiex kollha definiti. Hekk kif il-Gvern Franċiz jenfasizza fuq livell iktar ġenerali fir-rigward ta' l-ODK, il-GATS jikkonstitwixxi forum ta’ negozjati sabiex jiġu żviluppati r-regoli diġà miftehma u sabiex jiġu konklużi ftehim f'oqsma ġodda.

3.     Definizzjoni tas-servizzi u metodi ta' provvista

Il-kunċett ta’ servizz hija vasta ħafna għaliex din tinkludi “is-servizzi kollha mis-setturi kollha bl-eċċezzjoni tas-servizzi mogħtija fl-eżerċizzju tal-setgħa li ġej mill-gvern”. Dwar is-“servizzi mogħtija fl-eżerċizzju tal-setgħa li ġej mill-gvern”, wieħed jifhem “kull servizz li mhux mogħti la fuq bażi kummerċjali u lanqas f’kompetizzjoni ma’ fornitur jew iktar ta' servizzi” (Artikolu 1(3)(b) u (ċ), tal-GATS).

Il-kummerċ tas-servizzi jinkludi, skond l-Artikolu 1(2) tal-GATS, erba’ tipi jew modi differenti ta’ provvista ta’ servizzi -

–       il-“cross-border supply” (jew "provvista transfruntaljiera") - din hija l-provvista ta’ servizz li ġejja minn Membru u li hija destinata għal Membru ieħor. Il-Kunsill jagħti dan l-eżempju - uffiċċju ta’ periti stabbilit ġewwa pajjiż A li jibgħat proġett ta’ installazzjoni elettrika lill-uffiċċju ta’ inġinjerija stabbilit ġewwa pajjiż B.

–       Il-“consumption abroad” (jew konsum barra mill-pajjiż) – hija l-provvista ta' servizz fit-territorju ta’ wieħed mill-Membri intiża għal konsumatur ta’ servizzi ta' Membru kompletament differenti. Eżempju – is-servizzi offruti ġewwa pajjiż A lit-turisti ġejjin minn pajjiż B.

–       Il-“commercial presence” (“preżenza kummerċjali” jew “preżenza ta’ persuni ġuridiċi” - hija l-provvista ta’ servizz minn fornitur ta' servizzi ta' Membru li jipprovdi s-servizz grazzi għall-preżenza kummerċjali fit-territorju ta’ Membru kompletament differenti. Il-“preżenza kummerċjali” tfisser, skond l-Artikolu XXVIII (d), “kull tip ta’ stabbiliment kummerċjali jew professjonali, kif ukoll fil-forma -

i)      ta' formazzjoni, ta’ ksib u ta' żamma ta' personalita ġuridika, jew

ii)      ta' ħolqien, jew ta' manteniment ta’ fergħa jew ta’ uffiċju ta’ rappreżentazzjoni

fuq it-territorju ta’ Membru bl-iskop li jiġi pprovdut servizz”.

Kif spjegat il-Kummissjoni, dan huwa l-każ ta’ l-istabbiliment u tal-fornitura ta' servizzi ġewwa pajjiż B min-naħa ta’ impriżi jew ta’ professjonisti ta' pajjiż A. Dan il-metodu ta' provvista ta' servizzi jintuża fis-servizzi bankarji, per eżempju.

–       Il-“movement of persons” (“moviment ta’ persuni”, "preżenza ta’ persuni fiżiċi”). Din hija l-provvista ta’ servizz mingħand fornitur ta’ Membru, grazzi għal preżenza ta' persuni fiżiċi ta’ dan il-Membru fuq it-territorju ta’ Membru kompletament differenti. Skond il-Kunsill dan huwa l-każ ta’ impriżi ta' pajjiż A li jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-pajjiż B permezz ta' ħaddiema li jkunu ġejjin mill-pajjiż A. F'dan ir-rigward, wieħed jista’ naturalment jirreferi għat-twettieq ta' xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

4.     "Universalità" doppja tal–GATS

Il-Kunsill jisħaq li l-GATS għandha universalità doppja. Huwa jkopri, minn naħa, is-setturi kollha tas-servizzi (ara iktar ‘il fuq id-definizzjoni ta’ servizz, taħt X, A, 3): fi kliem ieħor, huma koperti t-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-assigurazzjonijiet, it-telekommunikazzjoni, is-servizzi informatiċi u awdjoviżvi, is-settur tat-turiżmu, tal-lukandi u tar-ristoranti, il-konstruzzjoni, il-professjonisti li jaħdmu għal-rashom u anki l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, etċ. Il-GATS ikopri, min-naħa l-oħra, l-aspetti kollha ta' l-istabbiliment u ta’ l-attività tal-fornituri tas-servizzi. Il-GATS huwa applikabbli “għall-miżuri tal-Membri li jaffettwaw il-kummerċ tas-servizzi”, hekk kif ġie ddefiniti. Għalhekk huwa jinkludi-

–       il-kundizzjonijiet kollha li jirrigwardaw l-istabbiliment (permezz tat-twaqqif jew l-akwiżizzjoni ta’ kumpannija jew permezz tal-ħolqien ta’ fergħat),

–       il-kundizzjonijiet kollha tas-sistemi li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet (mis-sistema li tirregola l-falliment sas-sistema fiskali jew dik li tirrigwarda l-persunal).

5.     In-natura ta' l-impenji meħuda

Għandha ssir distinzjoni bejn l-impenji ġenerali u l-impenji speċifiċi.

a)     impenji ġenerali

L-iktar impenn importanti huwa l-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-iktar iffavorit (Artikolu II(1)). Madankollu, matul perjodu ta’ żmien li m’għandux jaqbeż l-għaxar snin (ara l-anness), pajjiż jista’ jżomm miżura li tiddiskrimina bejn l-imsieħba kummerċjali tiegħu sakemm din il-miżura tinsab fl-annessi, fil-lista ta’ l-eżenzjonijiet u li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li hemm indikati. L-Artikolu V jipprovdi, barra minn hekk, deroga permanenti għall-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-iktar favorit għal ġid ta’ l-integrazzjonijiet reġjonali, u dan abbażi tal-mudell tal-Artikolu XXIV tal-GATT.

Impenn ġenerali ieħor huwa dak tat-trasparenza: kull Membru huwa, b'mod partikolari, obbligat li jippublika l-miżuri jew ir-regolamenti li jirrigwardaw is-servizzi (Artikolu III(1)), dak li l-Ftehim isejjaħ il-“miżuri ta' applikazzjoni ġenerali rilevanti li huma intiżi jew li jaffettwaw il-funzjonament ta' dan il-Ftehim”.

Għandu jissemma wkoll l-impenn li jiġu previsti proċeduri (ġudizzjarji, ta' arbitraġġ jew amministrattivi) ta' appell kontra d-deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw il-kummerċ tas-servizzi (Artikolu VI(2)).

Għandu jissemma wkoll l-impenn li kull Membru għandu sabiex jevita li fornitur li għandu monopolju fuq servizz fit-territorju tiegħu ma jaġixxix b’mod inkompatibbli mal-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-iktar favorit jew ma' l-impenji speċifiċi tiegħu (Artikolu VIII(1).

Fl-aħħar insibu wkoll impenji li jittieħdu fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ l-awtoriżazzjonijiet, tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati għall-fornituri ta' servizzi (Artikolu VII).

b)     Impenji speċifiċi.

L-impenji speċifiċi li jinsabu fil-partijiet III u IV tal-Ftehim u fl-annessi jikkonsistu fl-impenn li kull Membru jagħti aċċess għas-swieq għas-servizzi u fornituri ta' servizzi ta’ kull Membru ieħor, u wkoll fl-impenn li jikkonċedi lis-servizzi u fornituri ta' servizzi ta’ kull Membru ieħor, f'dak li jirrigwarda l-miżuri li jaffettwaw il-provvista ta' servizzi, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li huwa jagħti lis-servizzi simili tiegħu u lill-fornituri tiegħu li jipprovdu servizzi simili (prinċipju tat-trattament nazzjonali).

Ir-restrizzjonijiet li huma koperti mill-impenn li jingħata aċċess għas-swieq huma ppreċiżati fl-Artikolu XVI(2): dan essenzjalment jinvolvi r-rinunzja għall-impożizzjoni ta' limiti kwantitattivi fuq l-attività tal-fornituri ta' servizz ta' Membri oħra. Bħala eżempji, il-Kunsill isemmi limiti bħal:

–       numru massimu ta’ impriżi tat-televiżjoni jew tat-trasport ikkontrollat minn impriżi jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi;

–       numru massimu ta’ tobba “barranin”

–       persentaġġ massimu ta’ parteċipazzjoni “barranija” fil-kapital ta' impriżi tat-televiżjoni, tat-trasport, etċ.

–       li projbizzjoni ta' ċerti attivitajiet lill-banek jew lill-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni li qegħdin taħt kontroll barrani

–       li jiġu stabbiliti “kwoti” fis-settur awdjoviżiv għall-produzzjonijiet ta' pajjizi terzi.

Dawn l-impenji, li la huma mingħajr kundizzjonijiet u lanqas assoluta, huma mqassma f'listi skond il-pajjiż. Membru jista’ jindika fil-lista tiegħu li huwa mhuwiex qiegħed joffri aċċess komplet għas-suq tiegħu, jimponi kundizzjonjijiet (per eżempju preżenza kummerċjali) jew inkella jħabbar xi restrizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet huma speċifikati fil-lista tiegħu. Dan jgħodd wkoll f'dak li jirrigwarda l-impenn tat-trattament nazzjonali.

Għall-Komunità Ewropea, il-lista ġiet iddepożitata mill-Komunità u mill-Istati Membri: madankollu l-impenji adottati jirrigwardaw kull Stat Membru individwalment u l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonjiet mhumiex l-istess għall-Istati Membri kollha.

Dawn l-impenji speċifiċi huma l-frott ta’ negozjati multilaterali fejn ir-reċiproċità ma ġietx imfittxa settur b’settur imma b’mod globali.

6.     Natura dinamika tal-Ftehim.

Il-Kunsill jisħaq fuq il-fatt li l-GATS, peress li huwa intiż sabiex jikkostitwixxi forum għan-negozjati, għandu natura dinamika. Il-Kunsill isemmi l-Artikolu XIX tal-GATS li jitratta l-obbligu li tinbeda sensiela ta’ negozjati suċċessivi sabiex ikun jista’ jiżdied progressivament il-livell ta’ liberalizzazzjoni. Għandu jissemma wkoll l-Artikolu X li jipprevedi negozjati multilaterali bbażżati fuq il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' salvagwardja f'emerġenza. Wieħed jista’ wkoll isemmi l-Artikolu XIII li, filwaqt li jipprevedi għall-inapplikabbiltà tal-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-iktar favorit għall-impenji speċifiċi għal ftugħ ta' l-aċċess għas-swieq u ta' l-għoti ta' trattament nazzjonali għall-kuntratti pubbliċi tas-servizzi, jipprovdi li, sa ċertu terminu ta' żmien, għandhom isiru negozjati multilaterali fuq dan is-suġġett. Fl-aħħar wieħed irid isemmi l-Artikolu XV li jipprevedi l-impenn ta' negozjati bl-għan li jiġu elaborati d-dixxiplini multilaterali neċċessarji sabiex jiġu evitati effetti ta' distorsjoni minħabba xi sussidji.

B –  TRIPs

1.     Għanijiet, funzjoni u użu

It-TRIPs għandu bħala għan prinċipali, hekk kif enfasizza l-Gvern Franċiż, li jsaħħaħ u jarmonizza, fuq skala dinjija, il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali.

Il-Gvern Franċiż jesponi li, peress li l-isforzi li kienu tnedew għal dan il-għan f'forums oħra u, b’mod partikolari, ix-xogħlijiet mnedija bejn l-1980 u l-1984 sabiex tiġi riveduta l-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali, kienu fallew, il-pajjiżi żvillupati nsistew sabiex il-proprjetà intelletwali tiġi inkluża fin-negozjati ta’ l-Urugwaj, b’mod li jkun jista’ jittieħed vantaġġ min-natura dinamika tat-totalità tal-GATT (permezz tal-metodi ta’ negozjati tiegħu) u tal-mekkaniżmu li dan juża għas-soluzzjoni tal-kontroversji.

Il-kummerċ ta' merkanzija kontrafatta f’ċerti pajjiżi terzi (użu illeġittimu tat-trade marks, forom ta’ prodotti imitati, prodotti jew proċessi prottetti minn privattiva kontrafatti, jew ukoll kopji pirati ta’ kotba, ta’ diski jew ta’ vidjokasetts), jikkawża, hekk kif tespni l-Kummissjoni, preġudizzju kunsiderevoli fuq l-industrija tal-Komunità. In-nuqqas ta’ protezzjoni effiċjenti tal-proprjetà intelletwali f’ċerti pajjiżi terzi ġiet ikkunsidrata bħal li għandha l-istess effett fuq il-“merkanzija li tkun is-suġġett tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali”, daqs kull restrizzjoni oħra fuq l-importazzjoni.

Il-Kummissjoni tosserva li miżuri ta’ ritaljazzjoni kummerċjali ġew applikati kemm mill-Amerika kif ukoll mill-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi li jew ma jassigurawx protezzjoni suffiċjenti tal-proprjetà intelletwali, jew inkella li jiddiskriminaw bejn l-imsieħba kummerċjali tagħhom. Dawn il-miżuri għenu sabiex il-pajjiżi li qiegħdin jiżvillupaw jaċċettaw l-idea ta’ tisħieħ tal-proprjetà intelletwali filwaqt li, sa dak iż-żmien, dawn kellhom it-tendenza li jikkunsidraw dan il-qasam tal-liġi biss bħala strument ta' sfruttament f’idejn il-pajjiżi industrijalizzati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tesponi wkoll li l-pajjiżi li qiegħdin jiżvillupaw qiegħdin isiru iktar u iktar konxji tal-vantaġġi possibbli ta' protezzjoni msaħħa tal-proprjetà intellettwali f’termini ta’ motivazzjoni għall-innovazzjoni lokali.

2.     Kamp ta’ applikazzjoni u mezzi adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet persegwiti.

Il-Ftehim TRIPs jinvolvi kamp wiesa ħafna peress li dan ikopri kemm il-proprjetà litterarja u artistika (dritt ta’ l-awtur u drittijiet relatati) kif ukoll il-proprjetà industrijali (trade marks, indikazzjonijiet ta’ provenenza u denominazzjonijiet ta' oriġini, privattivi, disinni u mudelli, għarfien tekkniku), bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-varjetajiet ta' pjanti. (Artikolu 1(2) tat-TRIPs).

Il-parti I tal-Ftehim TRIPs (Artikoli 1 sa’ 8) fiha d-dispożizzjonijiet ġenerali u l-prinċipji fundamentali. Il-parti II (Artikoli 9 sa’ 40) tiffissa r-regoli fuq l-eżistenza, il-portata u l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali. Il-parti III (Artikoli 41 sa’ 61) tipprovdi l-metodi ta' kif għandhom jiġu rrispettati d-drittijiet ta' proprjetà intelletwali. Il-parti IV (Artikolu 62) tagħti definizzjoni tal-proċeduri li jirrigwardaw il-ksib u ż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali. Il-Parti V (Artikoli 63 u 64) tirrigwarda s-soluzzjoni ta' kontroversji. Fil-parti VI (Artikoli 65 sa’ 67), hemm id-dispożizzjonijiet tranżitorji u, fil-parti VII (Artikoli 68 sa’ 73), id-dispożizzjonijiet istituzzjonali u finali.

Il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali li qed jipprova jistabilixxi t-TRIPs hija ta’ natura minima. It-TRIPs iħalli lill-membri tiegħu liberi li jistabbilixxu protezzjoni akbar u fl-istess ħin li jagħżlu l-mezzi l-aktar xierqa għall-implimentazzjoni tiegħu (Artikolu 1(1) tat-TRIPs).

L-applikabbiltà tal-Ftehim hija ddeterminata minn kriterju personali (dritt applikabbli għal ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi ċittadini ta' pajjiżi terzi, Artikolu 1(3) tat-TRIPs).

It-TRIPs jipprevedi kemm il-prinċipju tat-trattament nazzjonali (Artikolu 3), kif ukoll dak tat-trattament tan-nazzjon l-iktar favorit (Artikolu 4). Dawn iż-żewġ prinċipji jinkludu wkoll xi eċċezzjonijiet. Għalhekk, il-prinċipju tat-trattament nazzjonali huwa validu biss bla ħsara għall-eċċezzjonijiet diġà previsti mill-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-protezzzjoni tal-proprjetà industrijali, mill-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta' xogħlijiet letterarji u artistiċi, mill-Konvenzjoni ta' Ruma għall-Protezzjoni ta' Artisti, Produtturi ta' Fonogrammi u Organizzazzjonijiet ta' Xandara kif ukoll mit-Trattat ta’ Washington fuq il-proprjetà intelletwali fil-qasam ta’ ċirkwiti integrati. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-artisti, interpreti jew eżekuturi, produtturi ta' fonogrammi u organizzazzjonijiet ta' xandara, l-obbligu tat-trattament nazzjonali huma limitati mid-drittijiet previsti mill-istess TRIPs (Artikolu 3(1) tat-TRIPs).

L-għanijiet tat-TRIPs huma persegwiti, kif jesponi l-Kunsill, permezz ta' żewġ metodi – l-ewwel permezz ta' referenza għal konvenzjonijiet internazzjonali li, skond l-espressjoni tal-Kumissjoni, “(igawdu) minn ċertu livell ta’ aċċettazzjoni relattivament għoli”, jiġifieri l-Konvenzjonijiet ta’ Pariġi fuq il-proprjetà idustrijali u ta’ Berna fuq il-proprjetà litterarja u artistika u konvenzjonijiet li, min-naħa tagħhom, huma wkoll intiżi għall-armonizzazzjoni tad-drittijiet kif ukoll l-għoti ta' trattament nazzjonali fl-oqsma li mhumiex armonizzati, imbagħad, permezz ta' dispożizzjonijiet sostantivi speċifiċi (l-“iktar elementi”) “f'oqsma”, tenfasizza l-Kummissjoni, “tal-proprjetà intelletwali fejn il-pajjiżi parteċipanti kienu jħossu l-bżonn immedjat ta’ protezzjoni iktar mifruxa”.

Ir-referenza għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi tiġbor fiha d-dispożizzjonijiet kollha sostantivi ta’ din il-konvenzjoni: huma esklużi biss id-dispożizzjonijiet istituzzjonali, finali u tranżitorji (Artikolu 2(1) tat-TRIPs). Ir-referenza għall-Konvenzjoni ta’ Berna tirrigwarda wkoll id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha tal-Konvenzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jirrigwardaw id-drittijiet morali ta’ l-awturi (Artikolu 9(1) tat-TRIPs)

Id-dispożizzjonijiet sostantivi speċifiċi huma miġburin fil-partijiet II, III u IV tat-TRIPs.

Problema importanti li ma taqax taħt l-oqsma rregolati minn dawn id-dispożizzjonijiet sostantivi speċifiċi hija dik ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha [iktar 'il quddiem l-"l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha "]. Waħda mid-dispożizzjonijiet ġenerali tat-TRIPs, l-Artikolu 6, tipprovdi speċifikament li:

“Għall-għanijiet tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 u 4 [trattament tan-nazzjon l-iktar favorit] [għas-soluzzjoni tal-kontroversji] taħt dan il-Ftehim, xejn f'dan il-Ftehim [m'għandu jintuża sabiex jiġi trattat] l-użu sħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.”

Għandu jiġi mfakkar li l-prinċipju ta’ l-eżawriment huwa dak li jċaħħad lill-proprjetarji tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali mill-fakultà li jużaw dawn id-drittijiet sabiex jikkontrollaw iċ-ċirkulazzjoni ta' prodotti li huma stess poġġew fis-suq jew li tpoġġew fis-suq bil-kunsens tagħhom. Skond il-Kummissjoni, mill-Artikolu 6 tat-TRIPs jirriżulta li “jekk membru japplika l-prinċipju ta’ l-eżawriment 'nazzjonali' (jew 'reġjonali' għall-unjonijiet doganali jew reġjonali), id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPs li jirrigwardaw is-soluzzjoni tal-kontroversji (inkluż l-ilmenti ta' ksur u mingħajr ma jkun hemm ksur) ma jistgħux jiġu invokati”.

L-Istati tal-Komunità, li huma obbligati li japplikaw il-prinċipju ta’ l-eżawriment fir-relazzjonijiet intrakomunitarji, huma ħielsa li jeskluduh jekk il-prodott importat ikun ġej minn pajjiż terz: dan jgħodd ukoll għall-Komunità nnifisha.

Madankollu jekk Stat Membru, għaċ-ċittadini tiegħu, japplika l-prinċipju ta’ l-eżawriment mingħajr ma jillimitah għall-każijiet ta’ tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ġewwa Stat tal-Komunità, huwa għandu japplikaħ ukoll bl-istess mod għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, abbażi tal-prinċipju tat-trattament nazzjonali. Bl-istess mod, il-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-iktar favorit jipprekludi lil kull Pajjiż Membru tat-TRIPs milli japplika regola differenti skond jekk ikunx ċittadini tat-tali pajjiż terz jew it-tali pajjiż terz ieħor.

Skond il-Kummissjoni, l-Artikolu 6 tat-TRIPs jippermetti lil Membru li “[j]kompli jopponi importazzjonijiet paralleli tal-merkanzija (…) kummerċjalizzata barra mill-pajjiż (i.e. ġewwa pajjiż terz) mill-proprjetarju tal-proprjetà intelletwali jew bil-kunsens tiegħu”. Il-Kummissjoni tqis li l-limitazzjoni tal-prinċipju ta’ l-eżawriment fir-relazzjonijiet intrakomunitarji “hija neċċesarja sabiex jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tad-Dritt Komunitarji u sabiex tippermetti li l-proprjetarji Komunitarji ta' drittijiet jkunu jistgħu jikkonkwistaw swieq barranin (i.e. dawk ta' pajjiżi terzi) filwaqt li fl-istess ħin iżommu ċertu kontroll fuq l-importazzjoni (jew l-importazzjoni mill-ġdid) ta' merkanzija fuq bażi ta’ teknoloġija fi ħdan il-Kommunità”.

3.     Dispożizzjonijiet sostantivi speċifiċi

a)     Drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati

Il-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur għandha testendi għall-espressjonijiet u mhux għall-ideat, metodi ta' ħidma jew kunċetti matematiċi fihom infushom (Artikolu 9(2) tat-TRIPs). It-tul ta’ żmien minimu għal protezzjoni huwa fiss (Artikolu 12).

Il-programmi tal-kompjuter għandhom ikunu protetti bħal li kieku kienu xogħolijiet letterarji taħt il-Konvenzjoni ta’ Berna (Artikolu 10(1) tat-TRIPs).

Id-drittijiet relatati li huma dawk ta’ l-artisti, tal-produtturi ta’ fonogrammi u ta’ organizzazzjonijiet ta' xandara huma inklużi u definiti (Artikolu 14 tat-TRIPs).

Dritt ta’ kerha għandu jingħata lill-awturi tal-programmi tal-kompjuter. Dan id-dritt japplika għall-awturi ta' xogħolijiet ċinematografiċi biss jekk il-kiri (a) “wassal għall-ikkupjar imxerred ta' dawn ix-xogħolijiet li jfixklu materjalment id-drittijet esklussivi ta' riproduzzjoni mogħtija f'dak il-Membru lill-awturi u l-eredi tagħhom".

b)     Proprjetà industrijali

i)     Trade marks

Il-protezzjoni li għandha tingħata lit-trade marks tgħodd kemm għal dawk ta' prodotti kif ukoll għal dawk ta' servizzi.

Is-sinjali li jistgħu jikkonstitwixxu trade mark huma ddeterminati u d-drittijiet mogħtija mit-trade mark huma ddefiniti (Artikoli 15(1) u 16(1) tat-TRIPs).

Ir-reġistrabbilità tat-trade mark tisa’ tkun suġġetta għall-użu tagħha, madankollu l-użu attwali tat-trade mark m'għandux ikun kundizzjoni biex timtela applikazzjoni ta' reġistrazzjoni (Artikolu 15(3)). It-tul ta' żmien minimu għar-reġistrazzjoni u għat-tiġdid tagħha huwa fiss (Artikolu 18). Fil-każ ta’ l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ użu, it-TRIPs jiffissa tul ta’ żmien minimu ta' nuqqas ta' użu li jista’ jwassal għat-tħassir tat-trade mark (Artikolu 19).

Il-protezzjoni tat-trade marks mogħtija mill-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi ġiet estiża għat-trade marks ta' servizzi (Artikolu 16(2)) u lil hinn miċ-ċirku tal-prodotti simili (Artikolu 16(3)).

Il-Membri tat-TRIPs għandhom il-fakultà li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' l-għoti ta' liċenzji u taċ-ċessjonijiet. Madankollu, l-għoti ta' liċenzji obbligatorji huwa eskluż u ċ-ċessjoni tat-trade mark tkun tista’ sseħħ mingħajr trasferiment simultanju ta' l-impriża proprjetarja tat-trade mark.

ii)  Indikazzjonijiet ġeografiċi.

It-Taqsima 3 tal-Parti II tat-TRIPs tipprovdi dispożizzjonijiet preċiżi ħafna dwar il-protezzjoni li għandha tiġi assigurata lill-indikazzjonijiet ġeografiċi, mifhuma bħala "indikazzjonijiet li jidentifikaw li oġġett ġej minn territorju ta' Membru, jew reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn il-kwalità, reputazzjoni jew xi karatteristika oħra partikolari ta' l-oġġett hija attriwibbli essenzaliment għall-oriġini ġeografika" (Artikolu 22(1) tat-TRIPs).

B'mod ġenerali dan jikkonsisti fil-prevenzjoni ta':

"a) l-użu, fid-deżinjazzjoni jew il-preżentazzjoni tal-prodottta' kwalunkwe mezz fid-deskrizzjoni jew preżentazzjoni ta' l-oġġetti li jindika jew jissuġġerixxi li l-oġġett msemmi ġej minn żona ġeografika li mhuwiex il-post ta' l-oriġini ta' veru b'mod li jista' jqarraq il-ħsieb tal-pubbliku dwar l-oriġini ġeografika ta' l-oġġett

b) kwalunkwe użu li jkun att ta' kompetizzjoni inġusta fit-tifsira ta' l-Artikolu 10bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi (1967).” (Artikolu 22(2) tat-TRIPs).

Protezzjoni msaħħa għandha tiġi stabbilita favur l-indikazzjonjiet ġeografiċi għall-inbejjed u għall-ispirti: il-mezzi ta' prevenzjoni ta' l-użu ta’ indikazzjoni ġeografika li tidentifika xi nbejjed jew xi spirti li ma jkunux veru ġejjin mill-post indikat għandhom ikunu jistgħu jintużaw “anki meta l-oriġini vera ta' l-oġġetti hi indikata mill-indikazzjoni ġeografika wżata fit-traduzzjoni jew li jkollha magħha espressjonijiet bħal-"tip", "stil", "imitazzjoni", jew [oħrajn] ” (Artikolu 23(1, tat-TRIPs).

Madankollu dawn ir-regoli huma validi biss għall-ġejjieni. Fil-fatt :

“"Xejn f'din it-taqsima m'għandu jirrikjedi li Membru jipprevjeni użu kontinwu u simili ta' indikazzjoni ġeografika partikolari ta' Membru [ieħor] li tidentifika l-inbejjed u l-ispirti b'konnessjoni ma' l-oġġetti jew servizzi minn ċittadini tiegħu [jew minn persuni residenti fuq it-territorju tiegħu] li użaw dik l-indikazzjoni ġeografika b'mod kontinwu għal oġġetti jew servizzi li huma l-istess jew relatati fit-territorju [ta'] dak il-Membru jew (a) għal mill-inqas 10 snin qabel il-15 ta' April 1994 jew (b) f'bona fide qabel dik id-data" (Artikolu 24(4) tat-TRIPs).

iii)  Disinni u mudelli industrijali

Is-settur ta’ l-estetika industrijali huwa wkoll kopert mit-TRIPs. Għandha tiġi garantita protezzjoni lid-disinni u l-mudelli industrijali ġodda jew oriġinali (Artikolu 25(1). Il-portata tal-protezzjoni hija definita u t-tul minimu ta’ żmien ġie ffissat (Artikolu 26).

B’mod partikolari għat-tessuti, il-mezzi ta’ protezzjoni m'għandhomx ikunu tali li jikkompromettu inġustament il-possibbiltà li wieħed ikun jista’ jikseb din il-protezzjoni (Artikolu 25(2) tat-TRIPs).

iv)  Privattivi

Fit-Taqsima 5 tal-parti II fuq il-patenti [iktar il-quddiem il-"privattivi"], wieħed isib l-ewwel xi dispożizzjonijiet fuq il-privattibbiltà (Artikolu 27). Għalhekk, kull invenzjoni ta’ prodott jew proċessi, mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq is-settur teknoloġiku, għandha tkun tisa' tingħata privattiva (l-istess Artikolu). Madankollu, il-pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżżvillupaw qegħdin jingħataw il-possibbiltà li jittardjaw, matul ċertu perjodu ta’ żmien, milli jimplimentaw l-obbligu li jestendu l-protezzjoni għall-privattivi ta’ prodotti fl-oqsma tat-teknoloġija jew, skond id-dritt tagħhom, il-privattibbiltà hija eskluża fid-data ġenerali ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim (Artikolu 65(4)). Id-drittijiet mogħtija mill-privattivi huma definiti (Artikolu 28) u għandu jkollhom terminu ta' protezzjoni minimu ta’ għoxrin sena (Artikolu 33). Fl-aħħar nett, l-Artikolu 31 jipprovdi dispożizzjonijiet intiżi sabiex jillimitaw il-kundizzjonijiet abbażi ta' liema jkunu jistgħu jingħataw il-liċenzji obbligatorji.

v)     Disinni ta' arranġament (Topografiji) ta' ċirkwiti integrati

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-topografiji taċ-ċirkwiti integrati huma intiżi sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet tat-Trattat ta’ Washington fuq il-proprjetà intelletwali fil-qasam taċ-ċirkwiti ntegrati. Dawn jiddefinixxu kemm il-portata tad-dritt li għandu jingħata (Artikolu 36) kuf ukoll it-termini tal-protezzjoni (Artikolu 38).

vi)  Protezzjoni ta’ informazzjoni teknika mhux żvelata

Il-Membri tat-TRIPs huma obbligati jipproteġu, kontra l-kompetizzjoni inġusta, l-informazzjoni mhux żvelata (Artikolu 39(1)). Il-possessuri leġittimi ta’ din l-informazzjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevjenu li din l-informazzjoni "[tiġi żvelata lill-terzi jew li tiġi akwistata, jew użata minnhom,] mingħajr il-kunsens tagħhom b'mod mhux skond il-prattika kummerċjali onesta. Din il-protezzjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni li din l-informazzjoni tkun sigrieta, ikollha valur kummerċjali proprju għaliex tkunu sigrieta, u li kienet is-suġġett, min-naħa tal-persuna li għandha l-kontroll legali tagħha, ta' provedimenti sabiex din tinżamm sigrieta (Artikolu 39(2)).

vii)  Kontroll tal-prattiċi anti-kompetittivi fil-liċenzji kuntrattwali.

Il-Membri rrikonoxxew li ċerti prattiċi jew klawżoli fil-qasam ta' liċenzji fuq il-proprjetà intelletwali, li jillimitaw il-kompetizzjoni, jista' jkollhom effetti ħżiena fuq il-kummerċ u jostaklaw it-trasferiment u d-diffużjoni tat-teknoloġiji (Artikolu 40). Għalhekk it-TRIPs jagħtihom id-dritt li jispeċifikaw il-prattiċi u l-kundizzjonijiet li jistgħu jikkonstitwixxu użu abbużiv tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u li jadottaw miżuri xierqa sabiex jipprevjenu jew jikkontrollaw dawn il-prattiċi.

4.     Dispożizzjonijiet speċifiċi ta' proċedura (mezzi sabiex jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali).

Sabiex tintlaħaq protezzjoni uniformi minima tal-proprjetà intelletwali, mhux biżżejjed li jiġi definit il-kontenut tad-diversi drittijiet li għandhom jiġu rikkonoxuti. Iżda hemm bżonn li jiġu pprovduti “mezzi effettivi u xierqa” sabiex dawn jiġu infurzati (ara l-preambolu tat-TRIPs, [punt (c)]). Huwa dan li jispjega l-eżistenza tal-parti III tat-TRIPs li tirrigwarda l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom jadottaw b'tali mod li jippermettu azzjoni effikaċi kontra kull att li jista jkun ta' ħsara għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali koperti mit-TRIPs (Artikolu 41(1)). Din il-parti III telenka, minn naħa, il-miżuri li l-proprjetarji tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu mill-awtoritajiet ġudizzjarji, amministrattivi u doganali, kemm kontra l-preġudizzji tad-drittijiet tagħhom kif ukoll kontra r-riskji ta’ preġudizzju tad-drittijiet (a), u timponi, min-naħa l-oħra, li l-proċeduri li permezz tagħhom dawn il-miżuri jkunu jistgħu jinkisbu jkunu jissodisfaw ċerti eżiġenzi (b).

a)     Rimedji

It-TRIPs fl-istess ħin jipprevedi kemm miżuri intiżi sabiex iwaqqfu jew jillimitaw il-preġudizzji tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (Inġunżjoni sqabiex jitwaqqaf l-abbuż, danni, is-sekwestru jew il-qerda ta’ l-oġġetti kontrafatti, sanzjonijiet penali) kif ukoll il-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-preġudizzji tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (miżuri proviżorji, sospensjoni ta' rilaxx mill-awtoritajiet doganali) .

L-awtoritajiet ġudizzjarji għandu jkollhom is-setgħa li jordnaw lil min ikun qiegħed iwettaq il-ksur li jieqaf milli jippreġudika d-drittijiet tal-proprjeta intellettwali ta' min jagħmel it-talba (Artikolu 44(1))

L-awtoritajiet ġudizzjarji għandu jkollhom is-setgħa li jikkundannaw lil min ikun qiegħed iwettaq il-ksur li jħallas lill-proprjetarju tad-dritt miksur id-danni xierqa jekk min iwettaq il-ksur kien jaf jew jew kellu motivi raġjonevoli sabiex ikun jaf li l-attività tiegħu kienet ta' preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (Artikolu 45(1).

L-awtoritajiet ġudizzjarji għandu wkoll ikollhom is-setgħa li jordnaw li l-merkanzija li tkun ta' preġudizzju għal dritt tal-proprjetà intelletwali jiġu mneħħija mill-kanali tal-kummerċ mingħajr ebda kumpens jew meqruda, dejjem jekk, f’dan l-aħħar każ, dan ma jmurx kontra l-ħtiġijiet kostituzzjonali eżistenti (Artikolu 46).

Għandhom jiġu stabbiliti sanzjonijiet penali li jistgħu jwasslu għal-priġunerija, għal atti intenzjonali ta’ kontrafazzjoni ta’ trade mark jew ta’ piraterija li jkunu ta' preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtur, u li ġew magħmulha fuq skala kummerċjali (Artikolu 61).

F'dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ prevenzjoni, dawn huma ta' żewġ tipi.

L-ewwel nett, l-awtoritajiet ġudizzjarji għandu jkollhom is-setgħa li jippreskrivu l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji effettivi u fil-pront sabiex jipprevjenu t-twettieq ta' att li jkun ta' preġudizzju għal-dritt tal-proprjetà intelletwali (Artikolu 50(1)). Jekk jkun il-każ, dawn il-miżuri jistgħu jiġu adottati mingħajr ma' l-parti l-oħra tinstema (Artikolu 50(2)), madankollu din tista’ iktar tard titlob reviżjoni (Artikolu 50(4).

Wara dan, il-Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-proprjetarju, li jkollu raġunijiet validi sabiex jissuspetta li x'aktarx ikun hemm importazzjoni ta’ merkanzija bi trade mark kontrafatta jew xi merkanzija pirata li tkun ta' preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtur, li jippreżenta lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti, applikazzjoni bil-miktub intiża għas-sospensjoni tar-rilaxx ta’ din il-merkanzija min-naħa ta’ l-awtoritajiet doganali. Il-Membri jistgħu jfasslu xi miżuri simili għal-preġudizzji oħra tad-dritt tal-proprjetà intelletwali (Artikolu 51).

Dawn il-miżuri ta’ sospensjoni tar-rilaxx tal-merkanzija huma wkoll ta’ natura proviżorja. Iż-żamma tagħhom hija suġġetta għat-tnedija ta' proċedura fuq il-mertu (Artikolu 55).

b)     Garanziji proċedurali

Il-proċeduri intiżi sabiex jiġu infurzati d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali għandhom ikunu imparzjali u ġusti (Artikolu 41(2)). L-eżiġenza tan-natura imparzjali u ġusta tal-proċeduri hija preċiżata b’modi differenti.

Il-proprjetarji tad-dritt għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji ċivili intiżi sabiex jinfurzaw id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, u l-konvenuti għandu jkollhom id-dritt għal notifika bil-miktub f'ħin xieraq u li jkollu fih biżżejjed dettalji, inklużi l-bażi tal-pretensjonijiet (Artikolu 42). Il-partijiet għandhom jiġu awtorizzati sabiex jiġu rrappreżentati minn avukat indipendenti u l-preskrizzjonijiet f'dak li jirrigwarda l-preżenza obbligatorja tal-persuna akkużata m’għandhomx jkunu eċċessivi (Artikolu 42). Il-partijiet kollha involuti f’dawn il-proċeduri għandu jkollhom id-dritt li jiġġustifikaw il-pretensjonijiet tagħhom u li jippreżentaw l-element ta’ prova kollha rilevanti (Artikolu 42), u għandu jkollhom id-dritt li jeżiġu mill-parti avversarja l-elementi ta' prova li jkunu fil-pussess tagħha (l-Artikolu 43). Id-deċiżjonijiet fuq il-mertu għandhom ikunu bbażati esklużivament fuq l-elementi ta’ prova li fir-rigward tagħhom il-peartijiet kellhom l-opportunità li jinstemgħu u għandhom ikunu, kemm jista’ jkun, bil-miktub u mmotivati (Artikolu 41(3).

Il-partijiet għandu jkollhom id-dritt li jappellaw quddiem awtorità ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet amministrattivi finali u kontra d-deċiżjonijiet ġudizzjarji inizjali (Artikolu 41(4)).

Il-possibbiltà ta' danni għandha tkun prevista kontra l-proprjetarji tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li jużaw b’mod inġust u abbużiv il-proċeduri li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom (Artikolu 48(4)).

XI –  Politika Kummerċjali Komuni, GATS u TRIPs – pożizzjonijiet tal-partijiet fil-proċedura.

Kif ġie diġà ndikat, hemm nuqqas ta’ qbil totali bejn il-Kummissjoni minn naħa, u l-Kunsill u l-Pajjiżi li pppreżentaw osservazzjonijiet u l-Parlament Ewropew min-naħa l-oħra dwar l-inklużjoni ta' l-oqsma koperti mill-GATS u mit-TRIPs fil-politika kummerċjali komuni fil-kuntest ta' liema l-Komunità għandha kompetenza esklużiva abbażi ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat KE.

Il-pożizzjonijiet tal-partijiet fuq il-GATS u t-TRIPs ser jiġu eżaminati suċċesivament.

A –  GATS

Fit-teżi prinċipali tagħha, il-Kummissjoni tgħid li s-servizzi koperti mill-GATS jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni. Din ta’ l-aħħar ma tistax tiġi llimitata biss għall-merkanzija. Essenzjalment il-Kumissjoni ssostni li kull ftehim li jista’ jinfluwenza direttament jew indirettament il-volum jew l-istruttura tal-moviment tal-kummerċ huwa ftehim ta' politiku kummerċjali u għandu jiġi konkluż fuq il-bażi tal-Artikolu 113.

Liema huma l-argumenti prinċipali tagħha?

–       L-ewwel nett, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li enfasizzat li “il-kunċett ta’ politika kummerċjali għandu l-istess kontenut, sew jekk ikun applikat fl-sfera ta’ l-azzjoni internazzjonali ta’ Stat jew inkella f'dik tal-Komunità” (opinjoni 1/75, iċċitata iktar ‘il fuq, bmod partikolari p. 1362, ir-raba’ paragrafu). Issa, skond il-Kumissjoni l-ebda Stat Membru ma jista’ jippretendi serjament li l-kummerċ tas-servizzi mhuwiex kummerċ u li l-ftehim li jikkonkludi f’dan il-qasam ma jaqgħux taħt il-politika kumerċjali tiegħu.

–       Ir-impenji jew is-similaritajiet msemmija mill-ekonomisti bejn il-merkanzija u s-servizzi, peress li ż-żewġ setturi jinsabu miġbura fl-isfera kummerċjali.

–       Id-duttrina legali li, fis-sitwazzjoni attwali, tgħid, b’mod prattikament unanimu, li l-kummerċ tas-servizzi jagħmel parti mill-politika kummerċjali komuni. Madankollu l-Kumissjoni tammetti li xi rappreżentanti ġejjin mid-duttrina “l-iktar moderata” jeskludu s-servizzi pprovduti permezz ta’ xi kumpannija li tinsab fil-pajjiż fejn is-servizzi jingħataw. Skond il-Kumissjoni, mhemm l-ebda raġuni għaliex għandha ssir distinzjoni bejn il-fornitura transfruntaljiera diretta tas-servizzi, li, waħedha, tkun tagħmel parti mill-politika kummerċjali komuni u l-fornitura ta' servizzi permezz ta’ preżenza kummerċjali li tkun tagħmel parti minn politika esterna ta' kumpannija.

–       L-iskop prinċipali tal-GATS li huwa l-liberaliżżazjoni tal-kummerċ tas-servizzi.

–       L-istrumenti adottati (trattament tan-nazzjon l-iktar favorit, transparenza) li huma strumenti tradizzjonali tal-politika kummerċjali. L-istess jista’ jingħad għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-aċċes għas-swieq u għat-trattament nazzjonali. Il-lista ta’ impenji speċifiċi, anki jekk dawn jirriġwardaw, fil-parti l-kbira tagħhom, ostakoli regolamentatorji, jistgħu jiġu mqabbla mal-listi ta’ tariffi tal-Membri fis-settur tal merkanzija.

Barra minn dan, il-Kummissjoni tipprova turi li d-dispożizzjonijiet tal-GATS jistgħu jiġu faċilment mqabbla mad-dispożizzjonijiet tal-GATT.

Is-sovrapożizzjoni bejn il-merkanzija u s-servizzi tirriżulta wkoll mill-possibbiltà ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka ["cross-retaliation"], u din is-sovrapożizzjoni tikkonferma li l-merkanzija u s-servizzi jagħmlu parti mill-istess politika kummerċjali.

Il-klawżoli li jirrigwardaw in-negozjati ulterjuri (ara iktar ‘il fuq X., A., 6., Natura Dinamika tal-GATS) “ma jistgħux ibiddlu l-bażi legali tal-ftehim attwalment eżaminat”. “Kull ftehim li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet għandu jerġa jiġi evalwat speċifikament sabiex tiġi ddeterminata l-bażi legali tiegħu”

Il-fatt li s-setturi koperti mill-GATS mhux kollha huma armoniżżati mid-dritt Komunitarju u li jibqgħu, f’ċerti każijiet, irregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma jikkontestax, skond il-Kummissjoni, il-kompetenza tal-Komunità. “Il-GATT, u b’mod partikolari d-dispożizzjoni tiegħu dwar it-trattament nazzjonali, jaffettwa l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri (per eżempju l-liġijiet fiskali), wara diversi snin mingħajr ma qatt ma ġie sostnut li dan, parzjalment, jaqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri”.

Il-Kummissjoni tipprovdi, biex tikkonkludi, żewġ preċiżazzjonijiet fuq l-Artikoli 59 u 75 tat-Trattat KE.

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 59 tat-Trattat KE, li jagħti lill-Kunsill is-setgħa li jestendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu għal servizzi mogħtija minn ċittadini ta’ Stat terz u li jkunu stabbiliti fil-Komunità, jipprekludi l-inklużjoni tal-kummerċ tas-servizzi fl-Artikolu 113 tat-Trattat KE? Le, tirrispondi l-Kummissjoni. Din hija dispożizzjoni interna u mhux dispożizzjoni ta’ politika kummerċjali komuni. “Din ma tistax iservi bħala bażi legali għall-politika konvenzjonali li hija meqjusa li tkopri l-metodi kollha ta' provvista internazzjonali ta’ servizzi, bħalma huwa l-GATS.”

Il-GATS, peress li jikkonċerna wkoll it-trasport, jaqa taħt l-Artikolu 75 li jagħti lill-istituzzjonijiet il-kompetenza interna (ara s-sentenza tal-31 ta’ Marzu 1971, magħrufa bħala “ERTA”, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, 22/70, Ġabra p. 263, fuq il-paralleliżmu tal-kompetenzi interni u esterni)? Ir-risposta tal-Kummissjoni hija waħda negattiva. Tista’ ssir referenza għall-preċedent ERTA sabiex jiġu konklużi xi ftehim fis-setturi tal-politika tat-trasport li ma jkunux ta’ natura kummerċjali. Barra minn hekk, fis-setturi tat-trasport, il-Kunsill adotta numru ta’ miżuri restrittivi ta’ kummerċ, b'mod partikolari sanzjonijiet ekonomiċi, ibbażati fuq l-Artikolu 113, li jinkludu l-interruzzjoni tal-kummerċ tas-servizzi tat-trasport.

Il-partijiet l-oħra kollha fil-proċedura huma fermament ostili lejn l-opinjoni mogħtija mill-Kummissjoni.

Skond il-Kunsill, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' politika kummerċjali komuni li tirrakkomanda l-Kummissjoni twassal sabiex din tiġi ttrasformta f’politika komuni fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni. Fl-ekonomija dinjija, il-fluttwazzjonijiet tar-rati tal-kambju jew id-differenzi bejn is-salarji jinfluwenzaw il-volum u t-tendenzi tal-kummerċ internazzjonali, b’mod iktar sinjifikattiv milli l-varjazzjonijiet tat-tariffa tad-dwana, biex jingħata eżempju. “Jekk it-teżi tal-Kummissjoni tiġi segwita, għandu neċessarjament jiġi kkonkluż li l-Komunità għandha, abbażi ta' l-Artikolu 113, kompetenza esklużiva sabiex tirregola r-rata tal-kambju tal-muniti ta' l-Istati Membri jew sabiex timplementa politika ta' ffissar tas-salarji. Interpretazzjoni bħal din tiżvojta kompletament il-kontenut tal-kompetenza ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-politika ekonomika, minn ta’ l-anqas f'dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet esterni”.

Matul il-Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika, il-Kummissjoni kienet ipproponiet tkabbir simili tal-kompetenzi tal-Komunità. Il-kunċett ta’ politika kummerċjali komuni kellu jiġi mibdul minn dak ta' politika komuni fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni, li kellu jinkludi b’mod partikolari “il-miżuri ekonomiċi u kummerċjali fil-qasam tas-servizzi, tal-kapital, tal-proprjetà intelletwali, ta’ l-investiment, ta' l-istabbiliment u tal-kompetizzjoni”, qasam li għandu limiti estensibbli. Din il-politika kellha taqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità (Artikolu Y 17(2) tal-proposta tal-Kummissjoni). Il-Komunità kellha tiġi rrappreżentata esklużivament mill-Kummissjoni fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, ma' l-organiżżazzjonijiet internazzjonali u fil-konferenzi internazzjonali.

Skond il-Kunsill, il-Kummissjoni qed tipprova, fit-talba tagħha għal opinjoni, tara li jiġu kkonfermati, permezz ta' interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, proposti li kienu rrifjutati waqt il-Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika. Dan l-argument jinstab ukoll fl-osservazzjonijiet tal-Gvern Franċiż, Daniż u tar-Renju Unit.

Il-Kunsill effettivament ma jagħmilx distinzjoni bejn l-argumenti li huwa jiżviluppa sabiex jeskludi s-servizzi mill-politika kummerċjali u dawk li huwa jinvoka, meta jeżamina t-teorija tal-paralleliżmu tal-kompetenzi nterni u esterni, biex jikkonkludi għall-kompetenza maqgħuda tal-Komunità.

Skond il-Kunsill, il-GATS jirrigwarda prinċipalment il-provvista tas-servizzi mogħtija minn preżenza kummerċjali fil-pajjiż tad-destinatarju ta' dawn is-servizzi. Dan jirrigwarda n-natura stess tas-servizzi. Dawn ta’ l-aħħar jiġu kkunsmati jew użati fl-istess ħin meta huma jiġu pprovduti u ma jistgħux jinħażnu jew jiġu ttrasportati, konsegwentement dawn iridu jiġu kkunsmati fuq il-post fejn ġew ipprovduti. Issa, ir-regolamentazzjoni tal-preżenza kummerċjali tkun tfisser ir-regolamentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ l-istabbiliment tal-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi kif ukoll is-sistema legali li għandha tapplika għalihom wara dan l-istabbiliment.

Skond il-Kunsill, din is-sistema ta’ l-ewwel stabbiliment hija rregolata mid-dritt nazzjonali u ma taqax taħt il-kunċett ta’ politika kummerċjali komuni. Hekk ukoll, fir-rigward tal-konsum barra mill-pajjiż (per eżempju turisti indjani li jżuru Franza), il-Kunsill josserva li l-kompetenzi fil-qasam tat-turiżmu jibqgħu f'idejn l-Istati Membri, u li proposta sabiex il-kompetenża f'dan il-qasam tingħadda lill-Komunità ġiet irrifjutata matul il-Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika. F'dak li jirrigwarda l-“moviment tal-persuni”, il-Kunsill josserva li d-dħul u s-soġġorn fl-Istati tal-Komunità ta' persuni fiżiċi, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, impjegati minn fornitur ta' servizzi ta' pajjiż terz jaqa taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jiddependi biss fuq il-kompetenza ta' l-Istati Membri. F'dak li jirrigwarda l-provvisti transfruntaljieri, il-Kunsill jisħaq li l-kompetenza ta' l-Istati Membri sabiex jirregolaw dan il-“kummerċ internazzjonali tas-servizzi” qatt ma ġie kkontestat. “Stat Membru jista’ jintroduċi “kwoti għaċ-ċinema” intiżi sabiex jobbligaw lis-swali taċ-ċinema jirriżervaw parti minima għall-wiri tal-films prodotti fi ħdan il-Komunità u sabiex jillimitaw, konsegwentement, il-possibbiltà ta’ diffużjoni ta’ films li mhux tal-Komunità.” Fil-qosor, skond il-Kunsill, il-kummerċ internazzjonali tas-servizzi jaqa' taħt l-Artikolu 113 biss safejn is-servizzi in kwistjoni jkunu direttament konnessi mal-provvista tal-merkanzija (per eżempju l-muntaġġ ta’ magna).

Il-Gvern tar-Renju Unit jiżviluppa argument iktar speċifiku fir-rigward tal-portata tal-kunċett ta’ politika kummerċjali komuni.

L-ewwel nett josserva li, f'dak li jirrigwarda s-servizzi, il-kapitoli tat-Trattat fuq l-istabbilimenti u s-servizzi jirrigwardaw biss iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. Huwa biss ċittadin ta' Stat Membru li huwa awtorizzat li joħloq stabbiliment prinċipali ġewwa Stat Membru. Huwa biss ċittadin ta’ Stat Membru stabbilit ġewwa Stat Membru li jista’ jwaqqaf stabbiliment sekondarju ġewwa Stat Membru ieħor. Huma biss, ukoll, iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jistgħu jieħdu vantaġġ mill- libera li jiġu pprovduti servizzi, anki jekk it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 59, jipprevedi l-possibbiltà li dan il benefiċju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiġi estiż għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti ġewwa Stat Membru.

Ir-Renju Unit wara dan isostni li l-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 113, li tillimita din id-dispożizzjoni għall-kummerċ ta' merkanzija, hija effettivament kooerenti mas-sistema tat-Trattat. Fil-fatt, “jekk l-Istat jistgħu jżommu politika kummerċjali differenti, jiġifieri jissuġġettaw l-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi terzi għal regoli differenti f'dak li jirrigwarda t-tariffi u ta’ kontinġenti, dan ikun ifisser żvijar mill-moviment kummerċjali”. Bil-kontra ta' dan, dan ir-riskju ma jeżistix għas-servizzi. F’dan il-każ “mhemmx ir-riskju li l-fornituri ta' servizzi jew il-persuni li għandhom l-intenzjoni li jistabillixxu ruħhom ġewwa Stat Membru li jimponi xi restrizzjonijiet fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi jagħmlu dan permezz ta’ Stat Membru li jkollu regoli iktar permissivi. Jekk Stat Membru jippermetti lil ċittadin ta' pajjiż terz li jagħmel attività ta’ servizz fuq it-territorju tiegħu, dan iċ-ċittadin ma jakkwistax b’daqshekk id-dritt li jeżerċita attività ta’ servizz fi Stat Membru ieħor, dejjem sakemm dan ma jkunx ċittadin ta’ Stat Membru”. “Għalhekk, l-ebda loġika (…) ma timponi l-eżistenza ta’ politika kummerċjali komuni esklużiva fil-qasam tas-servizzi, filwaqt li teżisti loġika imperattiva li timponi politika kummerċjali komuni esklużiva fil-qasam tal-merkanzija.”

Anki jekk wieħed qed jitkellem dwar “kummerċ ta’ servizzi”, il-problemi li dan jippreżenta huma differenti ħafna minn dawk li jippreżentaw il-prodotti. Għas-servizzi, il-kwistjonijiet essenzjali huma prinċipalment l-istabbiliment ta’ kumpanniji barranin, l-investimenti diretti tagħhom, il-moviment liberu tal-persuni li huma neċessarji għall-provvista tas-servizzi kif ukoll il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-aċċess għall-professjonijiet tas-servizzi.

Ir-Renju Unit ifakkar, fl-aħħar nett, li l-Ftehim GATS ikopri wkoll is-servizz tat-trasport u li l-annessi tiegħu jkopru t-trasport bl-ajru kif ukoll in-negozjati fuq it-trasport marittimu. Huwa jirreferi għall-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 61, għall-Artikolu 74 tat-Trattat KE u għall-ġurisprudenza (sentenza ERTA, iċċitata iktar ‘il fuq, u l-opinjoni 1/76, tas-26 ta’ April 1977, Ġabra p.741, fuq l-abbozz ta’ ftehim dwar Ċentru ta’ l-Ewropa ta’ l-immobiliżazzjoni tan-navigazzjoni interna) sabiex jikkonkludi li “huwa t-titolu fuq it-trasport u dan it-titolu biss li, fit-Trattat, jikkonstitwixxi l-bażi tal-ftehim mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' provvista ta' servizzi tat-trasport”.

F'dan ir-rigward, ir-Renju Unit jerġa jinvoka l-prassi tal-Kunsill. Meta dan ħa miżuri esterni li essenzjalment kellhom l-għan li jirregolaw it-trasport, huwa għamel dan abbażi tat-titolu fuq it-trasport. Ir-Renju Unit f'dan ir-riġward jirreferi għad-deċiżjoni tal-Kunsill 80/50/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1979, li tistabbilixxi proċedura ta' konsultazzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u bejn pajjiżi terzi fil-qasam tat-trasport bl-ajru u dwar l-azzjoni relatata ma' dawn il-ħwejjeġ fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali (ĠU 1980, L 18, p. 24), għad-deċiżjoni tal-Kunsill 82/505/KEE, tat-12 ta’ Lulju 1982, li tikkonkludi l-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Passiġġieri fit-Triq permezz tas-Servizzi Okkażjonali tal-Coach jew ix-Xarabank (ASOR) (ĠU L 230, p. 38), ftehim konkluż bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Awstrija, Spanja, il-Finlandja, in-Norveġja, il-Portugall, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u t-Turkija, min-naħa l-oħra, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/384/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1992, dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju ta' l-Iżvezja fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (ĠU L 200, p. 20), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/577/KEE, tas-27 ta’ Novembru 1992, dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonimika Ewropea, u r-Reppublika ta’ l-Awstrija fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u bit-trieq (ĠU L 373, p. 4), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/578/KEE, tat-30 ta’ Novembru 1992, li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq it-trasport ta' merkanzija bit-triq u bil-ferrovija (ĠU L 373, p.26). F'dak li jirrigwarda dawn l-aħħar żewġ deċiżjonijiet, ir-Renju Unit jenfasizza li l-Kummissjoni kienet ipproponiet bħala bażi legali l-Artikolu 113 tat-Trattat KEE, iżda li l-Kunsill iddeċieda li juża l-Artikolu 75 tat-Trattat KEE bħala bażi legali.

Il-Gvern Franċiż, l-ewwel nett, jiġbed l-attenzjoni fuq il-kamp ta’ applikazzjoni wiesgħa ħafna tal-Ftehim ODK li:

“potenzjalment jestendi għal kull qasam ekonomiku marbut ma’ l-iżvilupp tal-kummerċ. Dan il-kamp għalhekk jista’ jkopri t-totalità tal-politiki tal-Komunità. Dan evidentement ma jfissirx li dawn il-politiki, meta dawn jiġu pproġettati esternament fil-kuntest ta' l-ODK, u bl-skuża li huma għandhom impatt kummerċjali, għandhom jiġu assorbiti kompletament mill-politika kummerċjali komuni. Tali assorbiment jikkawża problemi gravi ta’ koerenza, per eżempju fil-qasam ta’ l-ambjent : l-istess miżuri, skond jekk jiġux meqjusa, fuq il-livell intern jew f'forums oħra esterni, bħala li jagħmlu parti mill-politika ta' l-ambjent jaqgħu taħt kompetenza konġunta, filwaqt li jekk jiġu diskussi fi ħdan l-ODK huma jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni u għalhekk taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità”.

Kontra l-pożizzjoni invokata mill-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi, il-Gvern Franċiż wara dan jinvoka xi argumenti diġà esposti iktar 'il fuq bħal per eżempju dak ibbażat fuq ix-xogħolijiet tal-Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika, dak tar-rabta bejn l-Unjoni doganali u l-politika kummerċjali komuni fid-dawl tar-riskju ta' żvijar mill-moviment tan-negozju jew inkella dak ibbażat fuq il-fatt li l-GATS ikopri metodi ta' provvista ta' servizzi differenti mill-provvisti transfruntaljieri. F'dak li jirrigwarda l-użu ta’ strumenti klassiċi ta' politika kummerċjali (bħall-klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit jew il-prinċipju tat-trattament nazzjonali), klawżoli li tagħti kas kbir tagħhom il-Kummissjoni, huwa jillimita ruħu li josserva li dawn l-istrumenti ġew użati barra mir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati u jikkwota f'dan ir-rigward il-każ ta’ konvenzjoni fuq l-istatus tar-refuġjati. Definittivament, huwa jikkonkludi, bħall-Kunsill, li huma biss is-servizzi li huma direttament marbutin mal-provvista ta’ merkanzija li jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni.

Mill-eżami ta’ l-erba’ metodi ta' provvista ta' servizzi koperti mill-GATS, il-Gvern Spanjol jikkonkludi li l-aħħar tlieta (konsum barra mill-pajjiż, preżenza kummerċjali u movement ta’ persuni) jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri: peress li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 48, 52 u 59 tat-Trattat KE jirregolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà ta l-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi biss fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra tal-Komunità.

Il-Gvern Portugiż b’mod ġenerali jenfasizza li l-qofol tal-kontroversja ta' bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri mhijix il-kwistjoni ta’ l-istrumenti jew tal-finalità, iżda hija pjuttost in-natura ta' l-oqsma rregolati mill-Ftehim ODK. “Fl-istat attwali ta’ l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-ekonomiji nazzjonali, kull mezz intern jew estern, tal-qasam bilaterali jew multilaterali, adottat fil-kuntest tar-relazzjonijiet ekonomiċi, jista’ jinfluwenza direttament jew indirettament il-volum jew l-istruttura tal-kanali kummerċjali u tal-kummerċ. Huwa għalhekk li dan il-kriterju ma jistax iservi, waħdu, bħala bażi sabiex tiġi definita l-kompetenza esklużiva tal-Komunitajiet fil-kuntest tal-politika kummerċjali komuni (…). Interpretazzjoni bħal din ġġib magħha trasferiment lejn l-isfera tal-kompetenza Komunitarja esklużiva ta' l-oqsma li jirrigwardaw il-politika tat-taxxi kummerċjali, tal-flus nazzjonali u ta’ l-infieq fis-salarji dirett u ndirett.”

F'dak li jirrigwarda speċifikament is-servizzi, il-Gvern Portugiż jgħid li għalkemm il-provvisti transfruntaljieri tas-servizzi jaqgħu, mingħajr ebda dubju, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 113, madankollu dan ma jgħoddx ukoll għall-metodi l-oħra ta' provvista ta' servizzi bħalma huwa l-konsum barra mill-pajjiż u l-movimenti tal-persuni: effettivament, il-leġiżlazzjoni tat-turiżmu, id-dħul u l-ispostament tan-nies li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll l-istat tal-ħaddiema ġejjin minn pajjiżi mhux Komunitarji, jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva ta' l-Istati Membri. F'dak li jirrigwarda l-preżenza kummerċjali, il-Gvern Portugiż josserva li l-Artikolu 52 tat-Trattat KE ma jagħtix lill-Komunità il-kompetenza esklużiva fil-qasam ta’ l-istabbilimenti ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Ir-Repubblika Griega ssostni li l-konklużjoni tal-GATS timplika neċċessarjament l-intervent konġunt tal-Komunità u ta' l-Istati minħabba n-natura dinamika u evoluttiva ta’ l-istruttura istituzzjonali li huwa joħloq. Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri hija ġġustifikata mill-kompetenzi tagħhom proprja, li jew “jikkompetu ma dawk tal-Komunità jew ikollhom prijorità meta mqabbla ma dawn ta' l-aħħar jew inkella jkunu esklużivi”. Ir-Repubblika Griega ma tipprovdi l-ebda preċiżazzjoni oħra.

Il-Gvern Olandiż jenfasizza l-fatt li l-provvisti transfruntaljieri m’għandhomx rwol essenzjali fil-GATS u li dawn jirrigwardaw, fir-realtà, l-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-eżerċizzju ta’ l-attività tagħhom fl-Istati Membri. Bħala eżempju ta’ każ fejn l-Istati Membri għandhom kompetenza esklużiva, huwa jikkwota l-moviment fiżiku ta’ persuni (ċittadini ta’ pajjiżi terzi) li jkollhom bħala destinazzjoni territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri.

Huwa jenfasizza wkoll li l-politika kummerċjali u l-politika tat-trasporti ġew espliċitament meqjusa bħala setturi għalihom u li l-azzjoni esterna fil-qasam tat-trasport ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 113.

F'dak li jirrigwarda l-kummerċ tas-servizzi finanzjarji, huwa jiġbed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ċerti miżuri Komunitarji: it-tieni direttiva tal-Kunsill fil-qasam bankarju li tinkludi titolu dedikat għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi(3), l-ewwel direttiva fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni kontra l-ħsarat li tipprevedi l-possibbiltà li l-Komunità tikkonkludi konvenzjonijiet ma pajjiżi terzi(4) u d-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-ftehim konkluż mal-Iżvizzera fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni(5). L-ewwel żewġ atti huma bbażati fuq l-Artikolu 57(2) u t-tielet wieħed huwa bbażat kemm fuq l-Artikolu 57(2) u kif ukoll fuq l-Artikolu 235. Għaldaqstant l-Artikolu 113 ma daħalx in kwistjoni.

Anke l-Gvern Ġermaniż jingħaqad ma’ l-osservazzjonijiet tal-Kunsill. Huwa jenfasizza li l-GATS tirregola s-servizzi tat-trasport, qasam li huwa kkontemplat fuq livell Komunitarju mill-Artikoli 74 et seq tat-Trattat KE. Fl-opinjoni tiegħu, “l-Artikolu 113 tat-Trattat KE mhuwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika l-kompetenza ta’ l-Unjoni Ewropea, peress li l-qasam wiesgħa kopert mill-GATS imur sewwa lil hinn mis-servizzi konessi mal-moviment liberu tal-merkanzija.” Barra minn hekk huwa josserva li f’ċerti setturi, bħal mhuma l-edukazzjoni u l-kultura, il-Komunità għandha biss kompetenza limitata ħafna, peress li l-politika kulturali proprja tibqa’ f’idejn l-Istati Membri kif jistabbilixxi l-Artikolu 128 tat-Trattat KE. Barra minn dan, f’setturi oħra, il-Komunità evidentement m’għandha ebda kompetenza. Il-Gvern Ġermaniż f'dan ir-rigward isemmi xi suġġetti bħad-dritt tad-dħul, ta’ soġġorn u ta’ xogħol ta’ dawk il-ħaddiema tat-pajjiżi terzi fir-rigward ta' provvista ta' servizzi, kif ukoll l-istatus ta' impriżi ta’ pajjiżi terzi.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern Daniż b’mod ġenerali jsostni l-Artikolu 113 tat-Trattat ma jiġborx fiħ il-politika kummerċjali barranija u, hekk kif għamlu l-Kunsill u xi gvernijiet oħra, huwa jirreferi, f'dan ir-rigward, għal Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika. F'dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-GATS, il-Gvern Daniż huwa ta’ l-opinjoni li l-Artikolu 113 ma jistax jintuża sabiex jiġi konkluż ftehim fuq is-servizzi, speċjalment fil-qasam tat-trasport. Huwa neċċessarju, fl-opinjoni tiegħu, li jsir użu minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat (kapitolu fuq l-istabbiliment jew ir-raba’ parti tat-Trattat li tirrigwarda t-trasport).

Il-Parlament Ewropew isostni li l-Kummissjoni qed tipprova tinkludi r-relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali kollha taħt il-kappa tal-politika kummerċjali komuni u minħabba f'dan tissuġġetta għall-Artikolu 113 tat-Trattat, oqsma li jaqgħu taħt il-moviment liberu tas-servizzi, it-trasport, il-fiskalità, it-tqarrib tal-liġijiet, etċ. Fl-opinjoni tiegħu, l-argument tal-Kummissjoni li jirreferi għal kunċetti ekonomiċi huwa diskutibbli. Hawnhekk mhawnx bżonn li ssir prospettiva jew xi teorija ekonomika, iżda li l-kwistjoni tiġi ttrattata fil-kuntest ġuridiku attwali.

Huwa minnhu li l-Parlament Ewropew jammetti li, peress li jaqgħa taħt il-perspettiva ta' struttura ta' l-Istat sovrana, il-kunċett ta’ kummerċ ma jikkonċernax biss il-prodotti lesti iżda l-elementi kollha, preliminari u suċċessivi, li jestendu sa minn meta l-prodott jiġi ddiżinjat u l-bejgħ lill-konsumatur finali. Għalkemm dan il-kunċett huwa interessanti, dan irid madankollu jċedi l-pass għall-kwistjonijiet ta’ legalità, hekk kif huma mifhuma attwalment fi ħdan il-Komunità.

Interpretazzjoni wiesa' tal-kunċett ta’ politika kummerċjali komuni tkun ta' ħsara għall-prerogativi tal-Parlament Ewropew, u dan huwa inkompatibbli mal-prinċipju kostituzzjonali tal-parteċipazzjoni parlamentari stabbilit fis-sentenza "diossidu tat-titanju" (sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-300/89, Ġabra p.I-2867).

Il-Parlament Ewropew isostni li, la fl-opinjoni 1/78 (kawċu), tal-4 ta’ Ottubru 1979 (Ġabra p. 2871), u lanqas fil-każijiet l-oħrajn mressqa quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma applikatx l-Artikolu 113 tat-Trattat lil hinn mill-qasam tal-merkanzija.

Il-Parlament Ewropew jenfasizza li t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 228(3) tat-Trattat KE, kif emendat f'Maastricht, li jipprevedi l-opinjoni favorevoli tal-Parlament Ewropew għall-ftehim li joħolqu kuntest istituzzjonali, huwa bażi legali neċċessarja għall-konklużjoni tal-Ftehim ODK.

Filwaqt li jikkunsidra ċerti setturi ta’ servizzi partikolari, il-Parlament Ewropew jesponi li l-bażi legali għall-konklużjoni tal-ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport hija l-Artikolu 75 tat-Trattat u mhux l-Artikolu 113. L-Artikolu 75 tat-Trattat għandu jiġi kkunsidrat bħala “lex specialis” meta mqabbla ma dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet esterni tal-Komunità. Mill-kliem użat fl-Artikolu 75 (a) u (c) jirriżulta b'mod ċar li din id-dispożizzjoni tista' sservi bħala bażi legali għal kull att Komunitarju intiż sabiex jirregola l-kwistjonijiet ta' trasport f'konnessjoni ma pajjiżi terzi, bħal per eżempju l-ftehim ta’ tranżitu jew ta’ miżuri ta’ infrastruttura lejn il-fruntieri tal-pajjiżi terzi.

Il-Parlament iqis ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-GATS li jirrigwardaw il-kuntratti pubbliċi ma jaqgħux taħt l-Artikolu 113 tat-Trattat. F’dan ir-rigward, huwa jirreferi għall-kawża C-360/93, attwalment pendenti, fejn huwa ressaq azzjonijiet għal annullament kontra xi deċiżjonijiet tal-Kunsill li jirrigwardaw ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Uniti li kien jirrigarda l-konklużjoni ta' kuntratti pubbliċi għaliex dawn kienu bbażati fuq l-Artikolu 113 biss. Skond il-Parlament, atti bħal dawn kellhom jiġu adottati abbażi ta’ l-Artikoli 59 sa’ 66 u 100A.

Fl-aħħar nett, safejn il-GATS jikkonċerna investimenti magħmulin minn impriżi barranin, il-Parlament isosti li l-Artikoli 52 u 57(2) tat-Trattat għandhom jikkonstitwixxu l-bażi legali. F’dan ir-rigward, huwa jirreferi għall-osservazzjonijiet tiegħu fil-kuntest tar-rikors għal opinjoni 2/92, attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jirrifjuta l-argumenti li, sabiex issostni li s-servizzi jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-fatt li deċiżjonijiet Komunitarji, fil-qasam ta’ sanzjonijiet ekonomiċi, ġew adottati biss fuq il-bażi tal-Artikolu 113. L-ewwel nett, dawn il-miżuri kienu intiżi sabiex iwaqqfu il-fluss kummerċjali, jiġifieri sabiex jaffettwaw il-kummerċ tal-merkanzija u mhux sabiex jirregolaw t-trasport. Għalhekk, b'referenza għall-każ ta’ l-embargo fuq il-kummerċ ma' l-Iraq(6) fir-rigward ta' prodotti importati jew esportati, wieħed ma jistax jimmaġina kif din il-miżura setgħet tkun effettiva li kieku ma ġietx applikata għat-trasporti bl-ajru u bil-baħar. Barra minn dan, dawn id-deċiżjonijiet ġew adottati f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza. Dawn kienu atti atipiċi fejn il-bażi legali tidher wara l-kunsiderazzjonijiet li jindikaw li kien hemm djalogu politiku bejn l-Istati Membri. L-aħjar prova hija li t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea effettivament jikkunsidrhom b'mod partikolari. L-Artikolu 228 A, kif introdott f'Maastricht, effettivament jipprovdi li “[m]eta jkun hemm, f’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta adottata skond il-provvedimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-politika komuni barranija u ta’ sigurtà, provvedimenti għal xi azzjoni mill-Komunità biex tinterrompi jew tnaqqas, parzjalment jew kompletament, ir-relazzjonijiet ekonomiċi ma' xi pajjiż terz wieħed jew iktar, il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri urġenti neċessarji.”

B –  TRIPs

Il-Kummissjoni titlaq minn idea doppja. Minn naħa, il-politika kummerċjali komuni tiġbor taħta l-miżuri kollha li għandhom l-għan prinċipali li jinfluwenzaw il-volum jew l-istruttura tal-kummerċ tal-merkanzija jew tas-servizzi billi tirregola jew tarmonizza d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Min-naħa l-oħra, ir-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali huma strettament marbuta mal-kummerċ tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom japplikaw dawn ir-regoli. Minn dan il-Kummissjoni tiddeduċi, fil-konklużjoni prinċipali tagħha, li l-kompetenza tal-Komunità hija esklużiva abbażi ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat KE.

Peress li l-ftehim ikkunsidrat għandu bħala għan li jirregola direttament il-kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala li jaqa' taħt il-politika kummerċjali komuni.

Sabiex tipprova r-rabta stretta ħafna li tgħaqqad id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali minn naħa, u l-prodotti u s-servizzi, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 36 tat-Trattat KE u għar-regola korrispondenti li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet fil-qasam tas-servizzi.

Skond il-Kummissjoni, l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li jmissu mal-kummerċ jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssemmi l-prassi ta’ l-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni tikkwota tliet każijiet fejn il-Kunsill u hija stess kienu użaw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2641/84, li stabbilixxa strument ġdid ta’ politika kummerċjali intiż sabiex jippermetti lill-Komunità tirrispondi għal kull prattika kummerċjali illegali ta' pajjiżi terzi u sabiex telimina l-preġudizzju li jirriżulta minnha għall-industrija Komunitarja(7). Għalkemm dan ir-regolament ma jsemmix speċifikament il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, il-Kunsill u l-Kummissjoni użawħ, sal-preżent, fi tliet sitwazzjonijiet differenti sabiex jiddefendu l-interessi tal-Komunità fil-qasam tal-proprjetà intelletwali. Il-Kummissjoni minn dan tikkonkludi li sabiex tassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tagħha ta’ proprjetà intelletwali li jaffettwaw il-volum tal-kummerċ tagħha tal-merkanzija u tas-servizzi barra mill-pajjiż, il-Komunità għandha kompetenza esklużiva sabiex tadotta miżuri intiżi sabiex id-dritt jiġi applikat, bħala risposta għal prattiċi kummerċjali illegali, billi tagħmel użu minn xi strumenti ta’ politika kummerċjali eżistenti.

Bl-istess mod, il-Komunità, b'effett mill-ewwel ta’ Jannar ta' l-1989, issospendiet ir-Repubblikà tal-Korea mil-lista tal-pajjiżi li jistgħu jibbenefikaw mis-sistema tagħha ta’ tarrifarji preferenzjali ġeneralizzati, bħala miżura ta’ ritaljazzjoni kontra t-trattament diskriminatorju li għaliħ kienet suġġetta l-industrija Komunitarja fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali meta mqabbel mat-trattament mogħti lill-industrija ta’ l-Istati Uniti(8).

Barra minn hekk, diversi ftehim bilaterali konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi jinkludu dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Huwa għalhekk li, per eżempju, kważi l-ftehim bilaterali kollha fuq it-tessuti, konklużi fis-snin 80 abbażi ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat jinkludu dispożizzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tat-trade marks, disinni jew mudelli ta’ prodotti tat-tessili(9). Il-Komunità kkonkludiet ukoll, abbażi ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat, numru ta’ ftehim reċiproċi ma’ pajjiżi terzi għall-protezzjoni ta’ ċerti ismijiet ta’ nbejjed li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ l-oriġini(10). Reċentement, fil-ftehim Ewropej konklużi mal-pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u orjentali, il-Komunità daħħlet klawżoli intiżi sabiex jgħollu l-livell tal-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali. Id-dispożizzjonijiet kummerċjali ta’ dawn il-ftehim kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali iddaħħlu fiseħħ permezz ta' ftehim interim. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li applikaw dawn il-ftehim interim fil-Komunità kienu bbażati fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat KE(11).

Fl-aħħar nett, fl-1986, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3842/86, tal-1 ta’ Diċembru 1986, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati(12), ġie adottat abbażi ta’ l-Artikoli 113 u 235 tat-Trattat. Dan ir-regolament, li għandu bħala għan prinċipali li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' merkanzija kontrafatta, huwa, skond il-Kummissjoni, miżura klassika ta’ politika kummerċjali li għandha l-iskop li tipproteġi d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-Komunità fuq livell internazzjonali.

Sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinvoka, fl-aħħar nett, l-azzjoni tal-Komunità lejn l-estern speċjalment, minn naħa, il-parteċipazzjoni ta’ din ta' l-aħħar fil-konferenzi internazzjonali li stabbilew il-protokoll li jirrigwarda l-arranġament ta’ Madrid fuq ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks tal-fabbriki u t-Trattat ta’ Washington fuq il-proprjetà intelletwali fil-qasam taċ-ċirkwiti integrati (Trattat IPIĊ), u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja, f’isem il-Komunità, strument ġdid għal protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-artisti u tal-produtturi tal-fonogrammi(13) .

Kif ġie osservat matul l-espożizzjoni tal-pożizzjonijiet respettivi tal-partijiet involuta dwar il-GATS, il-Kunsill jikkontesta bil-qawwa l-idea wiesa' li l-Kummsissjoni għandha dwar il-politika kummerċjali komuni. Fl-opinjoni tiegħu, mhuwiex biżżejjed li t-TRIPs jkollu effett fuq il-kummerċ sabiex jaqa taħt il-politika kummerċjali komuni. Huwa l-għan prinċipali li jgħodd għad-determinazzjoni tal-bażi legali ta’ att. Il-Kunsill jirreferi, fir-rigward ta' l-Artikolu 100 A tat-Trattat KE, għas-sentenza tas-17 ta’ Marzu 1993 fuq id-“direttiva dwar l-iskart”, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-155/91, Ġabra p. I-939, punti 19 u 20).

Kif kien għamel fir-rigward tal-GATS, il-Kunsill ifakkar li l-proposti tal-Kumissjoni intiżi sabiex jagħtu lill-Komunità l-kompetenza esklużiva fil-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tal-proprjetà intelletwali ġew irrifjutati mill-Konferenza intergovernattiva fuq l-Unjoni politika.

Fir-rigward ta' l-argument fejn il-Kummissjoni tfakkar il-proposta tagħha għal-deċiżjoni tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri sabiex jaderixxu mal-konvenzjonijiet ta’ Berna (Att ta’ Pariġi) u ta’ Ruma, il-Kunsill jirrispondi li din il-proposta ma ġietx aċċettata minnu preċiżament minħabba t-trasferiment straordinarju tal-kompetenzi li deċiżjoni bħal din kienet iġġib magħha.

F'dak li jirrigwarda l-preżenza tal-Komunità fix-xena internazzjonali fil-qasam tal-proprjetà intelletwali, il-Kunsill jenfasizza li, kull meta awtorizza lill-Kumissjoni sabiex tinnegozja f’isem il-Komunità, dan kien dejjem f'oqsma fejn kienu jeżistu atti ta’ dritt sekondarju.

F'dak li jirrigwarda t-TRIPs il-Gvern Ġermaniż min-naħa tiegħu jqis li l-Artikolu 113 tat-Trattat KE jista’ jikkostitwixxi bażi legali biss fil-każ ta’ twaqqif u ta’ użu ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali f’relazzjoni diretta ma provvista ta' merkanzija u tas-servizzi li jiġu magħhom.

Il-Gvern tar-Renju Unit isostni li l-politika kummerċjali komuni, prevista mit-Trattat għall-merkanzija, għandha bħala funzjoni li tippermetti ċ-ċirkulazzjoni libera, fis-suq intern, tal-merkanzija kollha, sew jekk din tkunu toriġina minn xi Stat Membru jew inkella minn xi pajjiż terz u mpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni ġewwa Stat Membru. Dan ir-rwol ma jixhidx favur estensjoni tal-politika kummerċjali komuni għan-negojzati ta’ ftehim internazzjonali intiżi sabiex jassiguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali fi ħdan il-Komunità u fi ħdan il-pajjiżi terzi. Il-fatt li Stat Membru jirikonoxxi li persuna għandha drittijiet tal-proprjetà intelletwali li jirrigwardaw merkanzija importata minn pajjiż terz ma jaffettwax id-dritt ta’ proprjetarju ta’ Stat Membru li jinvoka d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-proprjetà intelletwali ta' dan l-aħħar Stat Membru sabiex jillimita l-importazzjoni tal-prodott in kwistjoni fejn dan l-aħħar proprjetarju jista’ jinvoka l-Artikolu 36 tat-Trattat KE sabiex jipproteġi d-drittijiet rikonoxxuti lilu mill-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat Membru. Għaldaqstant, il-fatt li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali mhumiex suġġetti għall-politika kummerċjali komuni ma jġibx miegħu żvijar tal-moviment kummerċjali.

Waqt li jikkwalifika bħala stravaganti, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq id-dimensjoni tal-politika kummerċjali komuni, il-Gvern tar-Renju Unit juri wkoll l-impossibbiltà li wieħed idaħħal ġewwa sfera ta’ kompetenza Komunitarja esklużiva, settur li għadu għall-parti l-kbira tiegħu jimxi taħt regoli nazzjonali li għadhom mhux armonizzati. Madankollu huwa jikkonċedi wkoll li s-sezzjoni 4 tat-tielet parti tat-TRIPs (Artikoli 51 sa’ 60), li għandha x’taqsam mas-suspensjoni taċ-ċirkulazzjoni libera min-naħa ta’ l-awtoritajiet tad-dwana, liema sezzjoni tinsab wkoll fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 3842/86, iċċitat iktar ‘il fuq, fuq il-merkanzija tal-kuntrabandu, hija msemmija mill-Artikolu 113 tat-Trattat.

Il-Gvern Franċiż jiġbed l-attenzjoni li t-titolu stess tal-ftehim juri li t-TRIPs ma jitrattax prinċipalment fuq il-kummerċ internazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ xi punti li jirrigwardaw il-kummerċ tal-merkanzija tal-kuntrabandu (li huma xi Artikoli tat-III parti li jitrattaw il-mezzi li jridu jintużaw sabiex jiġu rispettati d-drittijiet fuq il-proprjetà intelletwali u l-Artikolu 69 li jistabbilixxi kooperazzjoni bil-għan li jiġi eliminat il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija tal-kuntrabandu). Essenzjalment, dan jirreferi għall-prerogattivi tat-titulari tad-drittijiet fuq il-proprjetà intelletwali li jfittxu li jirrinforzaw u li jarmonizzaw il-protezzjoni fuq skala dinjija.

Bħala risposta għall-argument li l-Kummissjoni ħarġet mill-inserzjoni tal-klawżoli li jirrigwardaw il-proprjetà intelletwali fil-ftehim ma' pajjiżi terzi, ir-Repubblikà Franċiża tgħid li dawn il-klawżoli jinġabru ġeneralment f’Artikolu wieħed u mhumiex ħlief klawżoli ta’ “sforz aħjar” li fir-realtà jħarsu biss lejn it-pajjiżi terzi kkonċernati.

Franza tikkonkludi li peress illi l-Ftehim TRIPs m’għandux bħala skop prinċipali l-kummerċ u n-negozju ekonomiku internazzjonali, imma l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, allura dan il-Ftehim ma jistax jiġi biss mill-bażi legali tal-Artikolu 113.

Skond il-Gvern Daniż, il-Komunità ma tistax tieħu f’idejha kompetenza esklużiva fil-qasam tal-proprjetà intelletwali fuq il-bażi tal-Artikolu 113, u dan għaliex, hekk kif jirriżulta mis-sentenza tal-20 ta’ ottubru 1993, Phil Collins et (C-92/92 et C‑326/92, Ġabra p. I-5145), dan huwa settur li fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni Komunitarja, jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kompetenza tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

Il-gvernijiet Grieg, Olandiż u Portugiż jgħidu wkoll li l-Ftehim TRIPs jikkonċerna s-setturi li jirrigwardaw ma' l-Istati Membri dejjem jekk ebda armonizzazzjoni ma tkun inħalqet fuq livell Komunitarju.

Il-Gvern Spanjol jgħid li, fl-opinjoni tiegħu, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni Komunitarja li ssemmi dak kollu li għandu x’jaqsam mad-dritt fuq il-proprjetà intelletwali, u għalhekk, l-Istati Membri jżommu f’idejhom il-kompetenza u l-Komunità ma tistax tirriklama kompetenza esklużiva f’dan is-settur.

Lill-Kummissjoni li, biex issaħħaħ it-teżi tagħha, tikkwota xi eżempji ta’ miżuri tal-politika kummerċjali komuni meħudin mill-Komunità bil-għan li tiġi protetta l-proprjetà intelletwali, il-Gvern Spanjol jirrispondi speċjalment li dawn il-miżuri kienu jirregolaw is-sistema ta’ l-importazzjonijiet, u ma kienux jaffettwaw is-sistema tal-proprjetà intelletwali u li ma kienux lanqas biss jinkludu parteċipazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam.

Il-Parlament Ewropew lanqas ma jaqbel mal-pożizzjoni meħudha mill-Kumissjoni f'dak li jirrigwarda t-TRIPs, għall-istess raġunijiet li kien diġà ppreżenta dwar il-GATS (ara iktar ‘il fuq XI, A).

XII –  GATS, TRIPs u setgħat impliċiti.

A –  Kunsiderazzjonijiet ġenerali fuq is-setgħat impliċiti.

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-GATS u t-TRIPs ma jaqgħux taħt il-politika kummerċjali komuni, il-Kummissjoni sussidjarjament tesponi li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva abbażi tat-teorija tal-setgħat impliċiti, setgħat li ġejjin kemm mid-dispożizjonijiet speċifiċi tat-Trattat (bħall-Artikolu 54 tat-Trattat KE), kif ukoll mid-dispożizzjonijiet ta’ natura ġenerali (Artikolu 100 A u Artikolu 235 tat-Trattat KE). Bil-kontra ta' dan, l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet u l-Kunsill, għalkemm jirrikonoxxu li l-Komunità għandha ċerti kompetenzi, isostnu li l-Istati Membri għandhom huma wkoll kompetenza.

Il-Kumissjoni tindika żewġ sitwazzjonijiet fejn il-Komunità jkollha kompetenza impliċita fuq livell internazzjonali, kompetenza li hija ta’ natura esklużiva.

–       l-ewwel sitwazzjoni - ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat taw kompetenzi interni lill-istituzzjonijiet kommunitarji sabiex iwettqu għan speċifiku u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-impenn internazzjonali hija meħtieġa għat-twettieq ta' dan l-għan (dak li l-Kummissjoni ssejjaħ bħala “duttrina ta’ l-opinjoni 1/76”). Skond il-Kummissjoni, mhuwiex neċessarju li l-kompetenzi interni jkunu diġà ġew eżerċitati.

–       it-tieni sitwazzjoni - ġie elaborat dritt sekondarju, anki fl-oqsma li ma jaqgħux taħt il-politika komuni, u l-impenji internazzjonali ppjanati jinkludu regoli li, jekk jiġu adottati mill-Istati Membri barra mill-kuntest ta’ l-istituzzjonijiet komuni, ikunu jistgħu jaffettwaw jew ibiddlu l-portata tar-regoli Komunitarji eżistenti (dak li l-Kummissjoni ssejjaħ bħala d-“duttrina ERTA”).

Il-Kunsill isostni li l-argumenti żviluppati mill-Kummissjoni fuq il-setgħat impliċiti jħassru d-differenzi bejn l-eżistenza tal-kompetenzi u l-applikazzjoni tagħhom. Huwa biss l-eżerċizzju mill-Komunità tal-kompetenzi interni tagħha li jista’ jagħti natura esklużiva lill-kompetenzi esterni li jirriżultaw minnhom. Barra minn hekk, ladarba l-Istati membri jibqgħu kompetenti fuq livell intern, huma ser jibqgħu hekk ukoll fuq livell internazzjonali.

Il-Gvern tar-Renju Unit jsostni li sakemm l-iskop ta' abbozz ta’ ftehim internazzjonali jaqa taħt qasam irregolat minn dispożizzjoni tat-Trattat KE li jawtorizza miżuri interni u dawn il-miżuri interni ttieħdu fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, il-Komunità tista’ tieħu minn din id-dispożizzjoni kompetenza esterna impliċita għall-ftehim in kwistjoni. Iżda l-fatt li l-Komunità jkollha s-setgħa impliċita li tikkonkludi ftehim internazzjonali ma jeskludix neċessarjament il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri. Din il-parteċipazzjoni mhijiex eskluża, b'mod partikolari, meta r-regoli interni li jirregolaw il-qasam ta' l-abbozz ta’ ftehim ma jikkostitwixxux miżuri ta’ armonizzazzjoni esklużivi. L-Istati Membri jkunu għalhekk jistgħu jipparteċipaw għall-konklużjoni tal-ftehim internazzjonali involut. Skond dawn il-prinċipji, stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Komunità hija kompetenti sabiex tipparteċipa fil-konklużjoni tal-Ftehim GATS, abbażi ta' l-Artikoli 54, 57, 66, 75, 84, 99 u 100 A tat-Trattat KE u abbażi ta' l-Artikoli 100 A, 113 u 235 fir rigward tal-Ftehim TRIPs. L-Istati Membri huma wkoll kompetenti sabiex jipparteċipaw fiż-żewġ Ftehim.

Skond il-Gvern tar-Renju Unit, in-natura esklużiva jew le tal-kompetenza tal-Komunità tiddependi mhux biss fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżda wkoll fuq il-firxa tal-miżuri li ttieħdu mill-istituzzjonijiet Komunitarji għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Gvern Franċiż jenfasizza li, fil-każ fejn il-Komunità jkollha kompetenza interna, iżda fejn ma tkunx għadha eżerċitatha, u fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ma pajjiżi terzi ma jaffettwawx ir-regoli adottati mill-Komunità, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza sabiex jikkonkludu impenji internazzjonali.

Skond il-Gvern Ġermaniż, il-kompetenza esterna impliċita tal-Komunità hija ta’ natura esklużiva biss jekk u safejn l-organi Komunitarji jkunu effettivament eżerċitaw il-kompetenza tagħhom fuq livell intern. Kompetenza leġiżlattiva interna li ma tkunx għadha ġiet eżerċitata ma tistax tagħti kompetenza esterna esklużiva.

Il-Gvern Portugiż jenfasizza li, fl-oqsma li ma kienux rregolati minn atti Komunitarji jew fejn il-leġiżlazzjoni tobdi ċerti kriterji ta’ armonizzazzjoni minima, jkun hemm kompetenza parallela ta' l-Istati Membri, iżda din ma tkunx ħlief waħda transitorja.

Il-Parlament Ewropew josserva li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu abbażi tat-teorija tas-setgħat impliċiti, il-bażijiet legali tad-deċiżjoni li jiġi konkluż il-Ftehim f’isem il-Komunità jridu jkunu indikati bi preċiżjoni f’din id-deċizjoni.

B –  GATS

1.     Pożizzjoni tal-Kummissjoni

L-argument tal-Kummissjoni jista’ jinqasam f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti, il-proposta tal-Kummissjoni hija li jiġu identifikati l-kompetenzi interni ta’ l-istituzzjonijiet li minnhom wieħed jista’ mbagħad jiddeduċi l-kompetenza tal-Komunità fuq il-livell internazzjonali. Fit-tieni parti, l-għan tagħha huwa li tikkonvinċi dwar in-neċessità ta’ azzjoni tal-Komunità jew dwar ir-riskju li jġibu magħhom xi azzjonijiet mxerrdin min-naħa ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' pajjiżi terzi.

a)     Dwar l-eżistenza tal-kompetenzi interni

L-ewwel nett il-Kummissjoni tipprova turi li l-kompetenza tal-Komunità fuq il-livell intern tirriżulta mill-kapitoli tat-Trattat fuq id-dritt ta’ l-istabbiliment u fuq is-servizzi; hija tirreferi ftit għad-dritt sekondarju (i). Imbagħad, fil-każ fejn jiġi deċiż li l-Komunità m’għandiex biżżejjed setgħat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat, hija ssostni li l-Komunità tkun tista’ tikkonkludi l-GATS abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat bħalma huma l-Artikoli 100 A u 235 (ii).

i)     Fuq il-kompetenzi li ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat KE

Il-Kummissjoni ssostni li l-kompetenza interna tal-Komunità tiġbor fiha l-erba’ metodi ta’ provvista ta' servizzi ikkunsidrati mill-GATS. Fl-opinjoni tagħha, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tat-Trattat tinkludi l-“provvisti transfruntaljieri (ara, per eżempju, is-sentenza tat-3 ta' Diċembru 1974, Van Binsbergen, 33/74, Ġabra p. 1299),u wkoll il-“konsumazzjoni barra mill-pajjiż” fis-sens tal-GATS (ara s-sentenza tas-26 ta' Frar 1991, msejjaħ “Gwida turistika”, Il-Kummissjoni vs Franza, C-154/89, Ġabra p. I-659, punti 9 u 10). Is-servizzi mogħtija bis-saħħa ta' preżenza kummerċjali (it-tielet metodu ta' servizzi previst mill-GATS), jew inkella permezz tat-trasferiment ta' persuni fiżiċi (ir-raba' u l-aħħar metodu ta' servizzi previst mill-GATS), huma wkoll koperti mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 59 u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 60) kif ukoll minn dawk tad-dritt ta’ l-istabbiliment (Artikoli 52 u 58 b'konnessjoni ma' l-Artikolu 66).

Il-Kummissjoni, sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha, għalhekk issemmi biss dispożizzjonijiet li jirrigwardaw unikament ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità. Hija tikkunsidra li l-ebda mid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli tat-Trattat li jirrigwardaw d-dritt ta' l-istabbiliment u s-servizzi ma jobbligaw, madankollu, lill-leġiżlatur Komunitarju sabiex jagħmel applikazzjoni esklużivament intrakomunitarja tas-setgħat mogħtija lilu. Hija tgħid ukoll li l-ġurisprudenza ERTA għandha tiġi applikata fil-każ fejn it-Trattat ippreveda biss, espliċitament, l-istabbiliment ta' regoli interni.

Il-Kummissjoni tosserva li, bħall-kapitolu tat-Trattat fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-kunċett ta' servizzi fil-GATS jinkludi s-servizzi tas-setturi kollha bl-eċezzjoni tas-servizzi pprovduti “fl-eżerċizzju ta’ awtoritá governattiva” (Artikolu 1(3) (b), tal-GATS). Fl-opinjoni tagħha, din l-eċċezzjoni ġiet introdotta sabiex jiġu evitati l-kunflitti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li jeskludu mil-qasam tas-servizzi l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerizzju ta’ l-awtorità pubblika.

Mill-fatt li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tobbliga lill-Istati Membri, fi dritt Komunitarju, sabiex “jieħdu l-miżuri kollha, kemm jekk dawn ikunu proċedurali jew sostantivi, sabiex jiggarantixxu l-effiċjenza tad-dritt Komunitarju”, il-Kummissjoni tiddeduċi li l-Komunità hija kompetenti sabiex tassumi dawn it-tip ta' obbligi fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali. Huwa għalhekk li hija tqis li l-Artikolu VI(2)(a) tal-GATS, li jimponi fuq il-Membri ta’ l-ODK l-obbligu li jżommu jew li jwaqqfu tribunali jew proċeduri li jippermettu li tinkiseb r-revizjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw il-kummerċ tas-servizzi, taqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità

F'dak li jirrigwarda l-Artikolu XVI tal-GATS, li jirrigwarda t-teħid ta' impenji speċifiċi fil-qasam ta’ l-aċċess għas-swieq, il-Kummissjoni ssostni li, fuq il-livell intern, il-Komunità għandha s-setgħat neċessarji sabiex tneħħi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-aċċess għas-swieq elenkati f'din id-dispożizzjoni (kwoti, numru massimu ta' persuni mpjegati minn fornitur ta' servizzi, tipi ta' strutturi tal-kumpanniji obbligatorji għal fornituri ta' ċerti tipi ta' servizzi, etċ.)

Minn wara t-Trattat ta' Maastricht, il-Komunità għandha wkoll, fuq livell intern, setgħat leġiżlattivi li jkopru kompletament l-Artikolu XI tal-GATS. Dan l-Artikolu jgħid li l-Membri ta’ l-ODK m’għandhomx japplikaw restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti u l-ħlasijiet internazzjonali li jirrigwardaw tranżazzjonijiet komuni relatati ma l-impenji speċifiċi, bl-eċċezzjoni ta' dawk permessi mill-Artikolu XII (protezzjoni ta’ l-ekwilibrju tal-bilanċi tal-ħlasijiet). Effettivament, fid-dritt Komunitarju, ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-moviment tal-kapitali u tal-ħlasijiet bejn l-Istati Membri bħal bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi huma pprojbiti (Artikolu 73 B (1) u (2) tat-Trattat KE). Barra minn hekk, l-Artikolu 73 C(2) jagħti lill-Kunsill is-setgħat neċessarji sabiex jadotta miżuri relatati mal-moviment tal-kapitali li jkunu sejrin lejn jew ġejjin minn xi pajjiżi terzi, meta dawn dawn ikunu jinvolvu investimenti diretti.

Fil-qasam tar-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u liċenzji (Artikolu VII tal-GATS), il-Kummissjoni ssostni li l-Komunità għandha setgħat interni abbażi ta’ l-Artikoli 49, 57 u 66 tat-Trattat li din, barra minn hekk, diġà użathom.

F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), u għad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali (ĠU  L 209, p. 25).

Il-Kummissjoni tammetti li huwa minnu li s-sistema ġenerali ta' rikonoxxenza reċiproku stabbilita minn dawn iż-żewġ direttivi, ma tikkonċernax il-kwalifiċi jew l-esperjenza professjonali miksuba f'pajjiżi terzi. Madankollu, fl-opinjoni tagħha, mir-ratio decidendi tas-sentenza tad-9 ta' Frar 1994, Tawil-Albertini (C‑154/93, Ġabra p. I-451) jirriżulta b'mod ċar li miżuri ta' rikonoxximent tal-kwalifiċi miksuba fil-pajjiżi terzi jistgħu jiġu meħuda fuq livell Komunitarju (punti 11 sa 15 tas-sentenza).

Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-metodi kollha ta' trasport, il-Komunità għandha, fuq livell intern, setgħat wiesa' sabiex tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tilħaq l-iskopijiet speċifiċi tal-politika komuni li hi trid tmexxi (Artikoli 74 et seq tat-Trattat KE). Il-metodi kollha ta' trasport jikkostitwixxu, per definizzjoni, provvista ta' servizzi fir-rigward ta' liema hija partikolarment meħtieġa azzjoni internazzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat. Huwa għalhekk li r-Regolament Nru 4055/86, iċċitat iktar ‘il fuq, jistabbilixxi regoli li jimplimentaw il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-Komunità diġà għamlet użu wiesa mis-setgħat tagħha fuq il-livell estern.

ii)  Fuq il-setgħat li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE)

Fil-każ fejn is-setgħat li l-Komunità għandha abbażi tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat KE ma jkunux ikopru l-oqsma kollha kkonċernati mill-GATS, il-Kummissjoni ssostni li jkun jista' jsir użu mill-Artikolu 100A sabiex dan jiġi konkluż. Fl-opinjoni tagħha, dan l-Artikolu jimponi “b'mod ċar” obbligu legali fuq il-Kunsill sabiex dan jaġixxi bil-għan li jwettaq is-suq intern.

Fil-każ fejn, min-naħa tagħha, din il-bażi tiġi kkunsidrata insuffiċjenti, il-Kummissjoni ssostni li għandu jsir użu mill-Artikolu 235 tat-Trattat sabiex l-istituzzjonijiet Komunitarji jingħataw is-setgħat esterni neċessarji. Fil-fatt, l-Istati Membri m'għandhomx is-setgħa li jieħdu azzjoni komuni bis-saħħa ta' ftehim li jkun ġie konkluż barra mill-kuntest Komunitarju meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 235 jkunu sodisfatti. Skond il-Kummissjoni, dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti. In-neċessità li jiġi konkluż il-ftehim mhijiex ikkuntestata - il-ftehim ser jikkontribwixxi sabiex jiġu realizzati l-iskopijiet tat-Trattat u għandu konnessjoni diretta mal-funzjonament tas-suq komuni. Azzjoni unilaterali l-barra mill-kuntest Komunitarju min-naħa ta' l-Istati Membri, mhux biss talli ma tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għanijiet speċifiċi tal-Komunità iżda talli tirriskja li tostakola u li twassal għall-kontestazzjoni u għad-diżintegrazzjoni progressiva ta' suq intern.

b)     Dwar in-neċessità ta' azzjoni esterna min-naħa tal-Komunità

L-ewwel nett il-Kummissjon tenfasizza li jekk il-Komunità tkun parti fil-ftehim flimkien ma l-Istati Membri tagħha stess, il-koeżjoni tas-suq intern tiġi ppreġudikata. Hija tinvoka tliet argumenti f'dan ir-rigward.

L-ewwel nett, filwaqt li tieħu l-eżempju tas-servizzi finanzjarji, hija ssostni li r-rikonoxxenza tal-kompetenza ta' l-Istati Membri tpoġġi lil dawk fosthom li għandhom ċentri finanzjarji żvuluppati f'pożizzjoni f'saħħita fin-negozjati bilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi. Bħala tpattija għall-offerti relattivament ġenerużi tagħhom, huma jkunu f'pożizzjoni li jiksbu l-iktar konċessjonijiet importanti. Għalhekk, il-fornituri ta' servizzi tagħhom itejbu l-pożizzjoni kompettitiva tagħhom b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-fornituri ta' servizzi ta' Stati Membri oħra.

Skond il-Kummissjoni, dan huwa preċiżament dak li t-tieni Direttiva 89/646, iċċitata iktar ‘il fuq, fuq l-attività bankarja riedet tevita. Din id-direttiva, li kienet armonizzat il-kundizzjonjiet ta' ftehim fi ħdan il-Komunità, fiha effettivament ukoll dispożizzjonijiet fuq il-kummerċ tas-servizzi finanzjarji mal-pajjiżi terzi (ara t-Titolu III ddedikat għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi, Artikoli 8 u 9). Hija hija intiża sabiex tevita differenzi fil-kundizzjonijiet ta' aċċess tal-banek ta' pajjiżi terzi fis-suq intern u, reċiprokament, sabiex kull pajjiż terz jagħti aċċess lill-istabbilimenti finanzjarji tal-Komunità, indipendentement mill-Istat Membru fejn dawn ikunu rreġistrati, aċċess effettiv paragunabbli ma dak li l-Komunità toffri lill-istabbilimenti finanzjarji tagħha stess. F’dan ir-rigward, meta l-Kummsissjoni tikkonstata li l-pajjiż terz ma jagħtix dan l-aċċess, “hija tista' tagħmel proposti lill-Kunsill sabiex tikseb mandat sabiex tagħmel negozjazjoni xierqa sabiex jinkisbu possibilitajiet ta' kompetizzjoni paragunabbli għall-istabbilimenti finanzjarji tal-Komunità. Il-Kunsill jiddeċiedi skond maġġoranza kwalifikata“ (ara l-Artikolu 9(3) tat-tieni direttiva).

Wara dan, il-Kummissjoni tenfasizza li, la darba jkunu installaw ruħhom ġewwa Stat Membru, l-istabbilimenti l-kumpanniji sussidjarji ta' banek ta' pajjiżi terzi, li jiġu ikkunsidrati, skond l-Artikolu 58 tat-Trattat, bħala ċittadini tal-Komunità, ikunu jistgħu jikkompetu mal-banek ta' l-Istati Membri l-oħra, mingħajr ma dawn ta’ l-aħħar ikunu jistgħu jgħidu tagħhom.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tgħid li mhuwiex possibbli li jiġi deċiż li, fl-applikazzjoni stretta tas-sentenza ERTA, iċċitata iktar ‘il fuq, il-kompetenza tal-Komunità tillimita ruħha għall-oqsma li kienu s-suġġett ta' armonizzazzjoni fuq livell intern, peress li s-setturi kollha tas-servizzi ma ġewx armonizzati. Fil-fatt, jekk dan il-kriterju ta' tqassim tal-kompetenza jiġi adottat, l-Istati, li s-setturi l-iktar importanti tagħhom fil-qasam tas-servizzi ikunu s-suġġett ta' regoli armonizzati, ikunu kompletament suġġetti għad-dritt Komunitarja filwaqt li dawk l-Istati li s-setturi prinċipali tagħhom tas-servizzi ma kienux jew inkella kienu ftit is-suġġett ta' regoli armonizzati, iżommu libertà ta' innegozzjar kważi intatta. Skond il-Kummissjoni, sitwazzjoni bħal din ma tħallix lill-Komunità il-possibbiltà li tinnegozja b’mod ekwilibrat fl-interess ta' l-Istati Membri kollha fis-setturi kollha tas-servizzi.

It-tieni nett il-Kummissjoni ssostni li jekk l-Istati Membri jżommu xi kompetenzi, dan jista' jaffettwa jew ibiddel ir-regoli Komunitarji eżistenti. F'dan ir-rigward hija tressaq tliet argumenti.

L-ewwel nett hija tosserva li, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ODK, il-Membri jkunu jistgħu jbiddlu unilateralment il-lista tagħhom ta' impenji speċifiċi permezz ta' l-għoti ta' kumpens lill-Membri tal-GATS li jkunu jistgħu jsostnu li d-drittijiet tagħhom huma “annulati jew kompromessi” b’dan it-tibdil. Il-kumpens fis-sistema tal-GATS jista jikkonsisti biss fl-emendi tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari (sabiex per eżempju tagħmel anqas iebsin il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq f’wieħed mis-setturi tas-servizzi), il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li dawn ser jaffettwaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew li ser ibiddlu l-portata tagħha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Istati Membri ma jistgħux jiġu magħrufa s-setgħa li jikkonkludu l-GATS.

Wara dan il-Kummissjoni ssostni li sabiex l-impenji internazzjonali jkunu ta' natura li jaffettwaw ir-regoli Komunitarji eżistenti, mhuwiex neċessarju li dawn ikunu f’kuntradizzjoni ma' dawn ir-regoli. Huwa biżżejjed li dawn ikunu jikkonċernaw qasam li jkun diġà kopert “fil-parti l-kbira tiegħu” minn regoli Komunitarji (ara l-opinjoni 2/91, tad-19 ta' Marzu 1993, p. I-1061, punti 25 u 26). Issa, l-oqsma kollha li għandhom ikunu kkonċernati mill-GATS huma koperti mir-regoli Komunitarji.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-ebda bidla ta' l-impenji speċifiċi mhija possibbli, bħala prinċipju, matul it-tliet snin ta' wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu. Għaldaqstant, jekk l-Istati Membri jikkonkludu l-Ftehim ODK f’isimhom, huma jkunu jistgħu, matul dan il-perjodu kollhu, jużaw bħala skuża l-eventwali inkompatibbiltajiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarji ma l-impenji tagħhom abbażi tal-GATS, sabiex ma japplikawx id-dritt Komunitarju.

2.     Il-pożizzjoni tal-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet.

Il-Kunsill u l-Gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet jikkontestaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni.

L-Istati, l-istess bħall-Kunsill, ma jagħmlu l-ebda osservazzjoni f'dak li jirrigwarda n-neċessità ta' azzjoni esterna tal-Komunità. Liema huma l-argumenti li jikkuntestaw it-teżi tal-kompetenza tal-Komunità li l-Kummissjoni tallega li hija bbażata fuq dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat jew fuq id-dispożizzjonijiet ta' natura ġenerali ta’ l-Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE?

i)     Fuq il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat KE.

L-ewwel nett, il-Kunsill, il-Gvern Spanjol u l-Gvern Portugiż isostnu li l-kunċett tas-servizzi huwa iktar wiesa' fil-GATS milli fid-dritt Komunitarju. Fil-fatt, bid-differenza tal-GATS, it-Trattat ma jirrigwardax il-provvista ta' servizzi mingħajr ħlas (Artikolu 60 tat-Trattat).

Skond il-Kunsill, il-Kummissjoni telimina kull distinzjoni bejn is-sistema applikabbli għaċ-ċittadini u kumpanniji ta' l-Istati Membri u s-sistema applikabbli għaċ-ċittadini u l-kumpanniji ta' pajjiżi terzi. Il-Kunsill josserva li l-Artikoli tat-Trattat li jirrigwardaw id-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jgħidu xejn fuq it-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini u lill-kumpanniji ta' pajjiżi terzi. L-Artikolu 59(2) tat-Trattat huwa l-unika eċċezzjoni. Din id-dispożizzjoni toħloq bażi leġali speċifika sabiex tilleġiżla f'dak li jirrigwarda l-fornituri ta’ servizzi tat-pajjiżi terzi, dejjem jekk dawn ikunu diġà stabbiliti fl-intern tal-Komunità. Din id-dispożizzjoni tkun kompletament żejda jekk, kif issostni l-Kummissjoni, il-Komunità diġà għandha, fuq livell intern, kompetenza fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati terzi fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment.

Skond il-Kunsill id-dritt Komunitarju jirregola biss, f'dak li jirrigwarda ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-problemi tat-tieni stabbilimenti u provvista ta' servizzi b'effett mill-ewwel stabbiliment fil-Komunità. F'dak li jirrigwarda l-“preżenza kummerċjali”, il-Kunsill jagħmel distinzzjoni bejn kumpanniji sussidjarji ta’ kumpannija ta’ pajjiż terz u s-sempliċi fergħat ta’ xi kumpannija ta’ pajjiż terz. Huwa jammetti li d-dritt Komunitarju jista’ jkun applikabbli għal xi kumpannija sussidjarja Komunitarja ta’ xi kumpannija ta' Stat terz. Bil-kontra ta dan, is-sempliċi fergħat tal-kumpanniji ta' pajjiżi terzi, li huma stabbiliti fil-Komunità, jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri peress li l-Artikolu 58 tat-Trattat jikkonċerna biss il-Kumpanniji.

Il-Kunsill jikkontesta l-kompetenza li għandha l-Komunità, skond il-Kummissjoni, fir-rigward ta' l-impenji speċifiċi li jirrigwardaw l-aċċess għas-swieq tas-servizzi. Fil-fatt, wara ħafna dibattiti, il-listi ta' impenji speċifiċi ġew iddepożitati f’isem il-Komunità u l-Istati Membri, u l-limitazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet magħmulin fuq dawn l-impenji jvarjaw minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor. Il-Kunsill jenfasizza li meta wieħed jagħti daqqa t’għajn ta’ malajr lid-dokumenti li fihom l-impenji speċifiċi fil-qasam tas-servizzi, dokument li huwa jqis bħala ta’ importanza kbira, jirriżulta b' mod ċar li huma l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li huma direttament previsti. Konsegwentament, l-offerta ta' impenji speċifiċi magħmula mill-Komunità u mill-Istati Membri, tagħa taħt, fil-parti l-kbira tagħha, il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Skond il-Kunsill, l-eżistenza biss ta’ din il-lista tippermetti li tingħata risposta għal-kwistjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Skond il-Gvern Spanjol, partijiet sħaħ mill-GATS ikopru oqsma fejn il-Komunità m’għandha l-ebda setgħa fuq livell intern. Għalhekk, jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri d-dispożizzjonijiet tal-GATS li jirrigwardaw:

–       il-provvista ta’ servizzi minn kumpanniji ta’ pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi ħdan il-Komunità (preżenza kummerċjali);

–       il-provvista ta’servizzi permezz ta' moviment ta’persuni fiżiċi ċittadini ta' pajjiżi terzi;

–       il-provvista ta’servizzi bla ħlas;

–       l-impenji fil-qasam tal-moviment tal-kapital ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux stabbiliti fi ħdan il-Komunità (Artikoli XI tal-GATS), peress li l-Artikolu 67 tat-Trattat jeżiġi t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital biss fir-rigward ta' dak il-kapital li jkun ta’ persuni residenti fi Stat Membru;

–       l-impenji li jirrigwardaw ir-rikkoniximent ta’ diplomi jew ta’ titoli akkwistati f'pajjiżi terzi.

Il-Gvern Portugiż jenfasizza li l-metodi ta' provvista ta’ servizzi kkontemplati fil-GATS, minbarra l-“provvisti transfruntaljieri”, jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri.

Huwa jinsisti fuq il-fatt li “l-oqsma l-iktar importanti u l-iktar sensittivi tal-liberalizzazzjoni internazzjonali tas-servizzi jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta’ stabbiliment tal-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi u s-sistema applikabli għall-professjonisti independenti u għall-impjegati tal-kumpanniji ta' pajjiżi terzi”. Fl-opinjoni tiegħu dawn l-aspetti jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati.

Skond il-Gvern Daniż, mhemm l-ebda dubju li l-atti ġuridiċi Komunitarji adottati fis-settur tas-servizzi jirrigwardaw biss ċerti oqsma. F’dawn l-oqsma, l-atti ġuridiċi adottati jirrigwardaw biss ċerti aspetti tal-provvista ta' servizzi. Minn dan jirriżulta li l-Istati Membri għandhom kompetenza sabiex jikkonkludu ftehim internazzjonali, kemm fl-oqsma fejn mhemmx leġiżlazzjoni Komunitarja kif ukoll f’dawk fejn teżisti leġiżlazzjoni Komunitarja, li madankollu tkun frammentarja.

Il-Gvern Olandiż jingħaqad mal-pożizzjoni tal-Kunsill u mal-każ ta’ kompetenza esklużiva ta' l-Istati Membri jżid dak tal-moviment ta' persuni fiżiċi minn Stat terz lejn il-Komunità (mobilità tal-ħaddiema).

Fil-qosor, il-Gvern tar-Renju Unit iqis li l-Komunità hija kompetenti sabiex tipparteċipa fil-konklużjoni tal-Ftehim GATS fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 54, 57, 66, 75, 84, 99 u 100 A tat-Trattat KE. Fil-fatt ċerti aspetti tal-Ftehim jaqgħu taħt l-oqsma ta' kompetenza tal-Komunità li huma koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet u fejn il-Komunità adottat miżuri interni. Madankollu l-attivitajiet ekonomiċi kollha koperti mill-GATS ma kinux is-suġġett ta' leġiżlazzjoni Komunitarja u fejn leġiżlazzjoni bħal din ġiet adottata, din ta' spiss tikkonsisti f’miżuri ta’ armonizzazzjoni li jipprevedu xi regoli minimi li l-Istati Membri jistgħu jaqbżu. Minn dan jirriżulta jirriżulta li l-Istati Membri huma, huma wkoll, kompetenti sabiex jipparteċipaw fil-konklużjoni tal-GATS.

Ir-Renju Unit jenfasizza l-ewwel nett li la l-kapitolu fuq l-istabbiliment u lanqas dak fuq is-servizzi ma jirregolaw:

–       il-provvista ta’ servizz mit-territorju ta’ pajjiż terz li jkun destinat għat-territorju ta’ Stat Membru (Artikolu I (2)(a), tal-GATS);

–       il-provvista ta’ servizz minn fornitur ċittadin ta' pajjiż terz permezz ta' preżenza kummerċjali (minbarra kumpannija prevista fl-Artikolu 58 tat-Trattat KE) fuq it-territorju ta’ Stat Membru (Artikolu I (2)(c), tal-GATS);

–       il-provvista ta’ servizz minn fornitur ċittadin ta' pajjiż terz permezz ta' preżenza ta' persuni fiżiċi ta' pajjiż terz fuq it-territorju ta’ Stat Membru (Artikolu I (2)(d), tal-GATS).

Il-Gvern tar-Renju Unit b'mod partikolari josserva li l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma titratta l-ewwel stabbiliment ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jibdew attività ta’ servizzi fl-Istati Membri. Huwa jgħid li t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 59 tat-Trattat jirrigwarda biss ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu diġà stabbilew ruħhonm fi ħdan il-Komunità. Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja interna, dawn il-kwistjonijiet jibqgħu ta' kompetenza ta' l-Istati Membri.

F'dak li jirrigwarda l-kumpanniji sussidjarji u l-fergħat, il-Gvern tar-Renju Unit jammetti madankollu li l-istituzzjonijiet Komunitarji adottaw miżuri li jiddeterminaw “regoli li jirrigwardaw l-eżerċizzju, min-naħa tal-Komunità, tal-kompetenza esterna f'dak li jirrigwarda l-istabbiliment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fi ħdan il-Komunità”, fuq il-bażi tal-Artikolu 57(2) tat-Trattat KE.

Għalhekk, l-Artikolu 9(3) ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1977, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 322, p. 30), jgħid li  ”[...] il-Komunità tista’, permezz ta' ftehim konklużi skond it-Trattat ma’ wieħed jew ma’ diversi pajjiżi terzi, tiftihem fuq l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li, fuq il-bażi tal-prinċipju tar-reċiproċità, jagħtu lill-fergħat ta’ stabbiliment, li jkollu l-uffiċju prinċipali tiegħu barra mill-Komunità, l-istess trattament fuq it-territorju kollu tal-Komunità”. Barra minn dan, l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 89/646, iċċitati iktar ‘il fuq, huma intiżi sabiex jiggarantixxu li l-istabbilimenti finanzjarji Komunitarji, attivi ġewwa pajjiżi terzi, ikunu jgawdu minn vantaġġi ekwivalenti għal dawk li minnhom igawdu l-kumpanniji tal-pajjiż terz, kumpanniji prinċipali ta' kumpanniji Komunitarji li jikkostitwixxu kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 58 tat-Trattat.

Jeżistu wkoll dispożizzjonijiet simili fis-settur ta’ l-assigurazzjonijiet. Għalhekk l-Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE, tal-5 ta’ Marzu 1979, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività ta' l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u l-eżerċizzju ta' din l-attività (ĠU L 63, p.1), jipprovdi li ”il-Komunità tista’, fi ftehim konklużi skond it-Trattat ma’ wieħed jew ma’ diversi pajjiżi terzi, tiftihem dwar l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet differenti minn dawk previsti f'dan it-Titolu sabiex jassiguraw, bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità, protezzjoni suffiċjenti lill-persuni assigurati ġewwa l-Istati Membri”. U l-Artikolu 32 b, introdott mid-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990 (ĠU L 330, p. 50), jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu, li ”Meta l-Kummissjoni tikkonstata [...] li pajjiż terz ma jagħtix aċċess effetif għas-suq lill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni tal-Komunità, paragunabbli għall-aċċess li toffri l-Komunità lill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni ġewwa dawn it-pajjiżi terzi, hija tista’ tressaq proposti quddiem il-Kunsill sabiex tikseb mandat sabiex tagħmel negozjazjoni xierqa sabiex jinkisbu possibilitajiet ta' kompetizzjoni paragunabbli għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni tal-Komunità. Il-Kunsill jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata.”

F'dak li jirrigwarda l-ewwel stabbiliment ta’ persuni fiżiċi ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Gvern tar-Renju Unit josserva wkoll l-eżistenza ta dispożizzjoni ta' dritt sekondarju.

L-Artikolu 1(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 73/148/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1973, dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta' Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi (ĠU L 172, p. 14), adottata abbażi ta’ l-Artikoli 54(2) u 63(2), effettivament jagħti dritt ta' residenza lill-konjugu jew lill-ulied ta' ċittadin ta' pajjiż terz.

Il-Gvern tar-Renju Unit jżid li dawn id-dispożizzjonijiet eċċezzjonali fir-rigward ta' l-ewwel stabbiliment ta’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi ċittadini ta' pajjiżi terzi, huma ta' spiss ta' portata limitata.

Għalhekk, it-Titolu III ta’ l-Ewwel Direttiva bankarja 77/780, iċċitata iktar ‘il fuq, ma tipprekludix lill-Istati Membri milli japplikaw għall-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi, sakemm dawn jibdew jew ikomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan il-Komunità, kundizzjonijiet iktar stretti minn dawk applikati fuq il-fergħat ta’ istituzzjonijiet finanzjarji Komunitarji (ara fl-istess sens, il-premessi tat-Tieni Direttiva 89/646, iċċitata iktar ‘il fuq, u d-disa’ premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, ta' l-10 ta’ Novembru 1992, ĠU L 360, p.1, f'dak li jirrigwarda l-assigurazzjoni).

Il-Gvern tar-Renju Unit jikkonkludi li, bla ħsara għal dawn id-dispożizzjonijiet eċċezzjonali, l-ewwel stabbiliment tal-persuni ġuridiċi u ta' persuni fiżiċi ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jokkostitwixxi qasam fejn l-Istati Membri għandhom kompetenza tranżitorja.

Huwa jkompli billi jeżamina l-kompetenzi rispettivi ta' l-Istati Membri u tal-Komunità f'dak li jirrigwarda s-sistema li għaliha huma suġġetti l-attivitajiet tal-kumpanniji sussidjarji u l-fergħat tal-kumpanniji tat-pajjiżi terzi, la darba dawn ikunu stabbiliti fil-Kommunità.

F’dan ir-rigward, huwa josserva li, fuq livell intern, ladarba l-kumpanniji sussidjarji u l-fergħat tal-kumpanniji rreġistrati f’pajjiż terz ikunu stabbiliti ġewwa Stat Membru, il-Komunità hija kompetenti fid-dawl tal-kapitoli fuq l-istabbiliment u s-servizzi, sabiex tirregola l-attivitajiet tagħhom. Huwa jgħid ukoll li l-Komunità għamlet użu minn din il-kompetenza f’ċerti setturi.

Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE, tat-13 ta’ Frar 1989 (ĠU L 44 ta’ 1989, p.40), dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, p.40), tapplika mhux biss fir-rigward ta’ fergħat ta’ kumpanniji Komunitarji iżda wkoll għal fergħat ta’ kumpanniji ta’ pajjiżi terzi (Artikoli 1 u 3). Hekk ukoll, il-Ħdax id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, p.36), tapplika għall-fergħat tal-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi (Artikoli 7 sa 10). It-titoli III ta’ l-Ewwel Direttiva Bankarja 77/780, iċċitata iktar ‘il fuq, u d-Direttiva 79/267, ukoll iċċitata iktar ‘il fuq, fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-fergħat ta’ kumpanniji li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità.

Iżda mill-bqija, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja interna, is-sistema li għaliha hija suġġetta l-attività ta’ kumpanniji sussidjarji jew ta’ fergħat ta’ kumpannija ta’ pajjiż terz tibqa taqa’ taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri.

F'dak li jirrigwarda l-Artikolu VI(2)(a) tal-GATS (żamma je twaqqif ta’ tribunali jew proċeduri li jippermettu li tinkiseb reviżjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw il-kummerċ tas-servizzi), il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li l-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kompetenza, il-proċedura u l-metodi ta’ rikors jibqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet ta’ drit sekondarju li jarmonizzaw il-proċeduri u l-metodi ta’ rikors nterni.

F’dan irigward, il-Gvern tar-Renju Unit jikkwota d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, p. 33). Huwa jippreċiża madankollu li din id-direttiva hija miżura ta’ armonizzazzjoni parzjali, li tħalli lill-Istati Membri għażla wiesa’ ta’ mezzi sabiex jilħqu l-għanijiet tagħha.

Minn dan huwa jikkonkludi li l-Istati Membri huma kompetenti sabiex jipparteċipaw fil-konklużjoni tal-Ftehim GATS fil-qasam kopert mill-Artikolu VI(2) (a), ta’ l-imsemmi ftehim.

Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ l-Artikolu VII tal-GATS (rikonoxximent tad-diplomi u tal-kwalifiċi), il-Gvern tar-Renju Unit jesponi li, jekk ir-regoli Komunitarji jipprevedu l-armonizzazzjoni u r-rikkonoxximent reċiproku tal-kwalifiċi akkwistati fl-Istati Membri, dawn ta’ l-aħħar jibqgħu, min-naħa l-oħra, kompetenti għall-kwalifiċi miksuba f’pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward huwa jirreferi għas-sentenza Tawil-Albertini, iċċitat iktar ‘il fuq.

ii)  Fuq il-kompetenzi li jistgħu jiġu dedotti minn dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ natura ġenerali (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE)

Il-Kunsill jikkontesta li l-Artikoli 100A u 235 tat-Trattat jimponu fuq il-leġiżlatur Komunitarju, l-obbligu legali sabiex dan jaġixxi. Jekk idea bħal din tiġi aċċettata dan ikun ifisser li tinġieb fix-xejn id-distinzjoni bejn l-eżistenza ta’ kompetenza u l-eżerċizzju tagħha u tkun f’kontradizzjoni evidenti ma’ l-Artikolu 3 B tat-Trattat, li jistabilixxi il-prinċipju ta’ sussidarjetà.

Il-Gvern tar-Renju Unit jsostni li l-Qorti tal-Ġustizzja ma aċċettatx li direttivi li jistabbilixxu regoli minimi jistgħu jkunu sors ta’ kompetenza Komunitarja esklużiva (ara l-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 21). Fil-fatt, kompetenza esterna esklużiva tista’ tkun ibbażata biss fuq miżuri interni ta’ armonizzazzjoni esklużiva. Iktar minn hekk, kompetenza esterna esklużiva ma tistax, fin-nuqqas ta’ regoli interni, tirriżulta biss mill-Artikolu 100.

Il-Gvern Franċiż ma jinterpretax l-Artikolu 235 tat-Trattat bl-istess mod bħall-Kummissjoni. Bil-kontra ta’ din ta’ l-aħħar, il-Gvern Franċiż jikkunsidra li l-Kunsill għandu setgħa wisa’ sabiex ikun jista’ jevalwa jekk azzjoni tal-Komunità hija neċessarja għat-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet tal-Komunità. Huwa jqis li, f’dan il-każ partikolari, din in-neċessità ma dehrietx.

Il-Gvern Ġermaniż jispjega li l-Artikolu 235 ma jagħtix setgħat lill-Komunità fis-setturi li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva ta' l-Istati Membri u li, f’kull każ, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi fuq livell dinji mhijiex wieħed mill-għanijiet tal-Komunità.

Il-Gvern Portugiż jikkontesta li, kif donnha tallega l-Kummmissjoni, huwa possibli li tiġi dedotta kompetenza obbligatorja u esklużiva f’qasam determinat, fuq il-livell intern jew estern, mill-Artikolu 235 tat-Trattat. Huwa jagħti r-raġunijiet li ġejjin.

Min-naħa, l-Kunsill jibqa’ ħieles li jevalwa liema tip ta’ mezzi huma l-iktar approprjati sabiex jiġu realizzati l-għanijiet Komunitarji. Huwa jista’ per eżempju, għal raġunijiet ta’ natura internazzjonali jew interni, jippreferi juża l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri, u dan, fuq livell ta’ relazzjonijiet esterni, iwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim mħallta. Din hija l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkunsidrat li “għalkemm l-Artikolu 235 jippermetti lill-Kunsill sabiex dan jieħu “kull provediment xieraq” anki fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, dan l-Artikolu ma joħloq l-ebda obbligu, imma jagħti lill-Kunsill setgħa li meta ma tiġix applikat ma taffettwax il-validità tal-kunsiderazzjonijiet” (sentenza ERTA, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 95). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 235 ma jippermettix li l-kompetenzi residwi u propji ta' l-Istati Membri jkunu ttrasferiti lill-Komunità. Għal dan, ikun hemm bżonn ta’ reviżjoni tat-Trattati.

Il-Gvern Spanjol jikkunsidra li l-Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat huma, fost dispożizzjonijiet oħrajn, dawk li jipprovdu bażi legali għall-kompetenza Komunitarja.

Il-Parlament Ewropew isostni li l-użu eventwali ta’ l-Artikolu 235 tat-Trattat KE bl-ebda mod ma jkun jista’ jiġi interpretat bħala li jippreġudika l-libertà tiegħu li jirrifjuta li jagħti opinjoni favorevoli jekk jidhirlu li l-ftehim ma jkunx aċċetabbli, fid-dawl ta’ l-għanijiet tat-Trattat u ta’ l-interessi taċ-ċittadini.

C –  TRIPs

1.     Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni

L-istess bħal fir-rigward tal-GATS, l-argumenti tal-Kummissjoni jistgħu jinqasmu f’żewġ partijiet. Fl-ewwel waħda, l-iskop tal-Kummissjoni huwa dak li tidentifika l-kompetenzi interni ta’ l-istituzzjonijiet li minnhom wieħed jista’ jislet kompetenza tal-Komunità fuq livell internazzjonali. Fit-tieni, l-iskop tagħha huwa li tikkonvinċi fuq il-bżonn ta’ azzjoni min-naħa tal-Komunità jew dwar ir-riskju li jġibu magħhom azzjonijiet iżolati min-naħa ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

a)     Dwar l-eżistenza ta’ kompetenza interna.

Il-Kummissjoni tipprova l-ewwel nett turi li l-kompetenza tal-Komunità fuq il-livell intern tirriżulta mill-atti tad-dritt sekondarju li jeżistu fil-qasam tal-proprjetà intelletwali (i). Imbagħad, fil-każ fejn ikun deċiż li l-Komunità m’għandiex setgħat suffiċjenti abbażi ta’ l-atti tad-dritt sekondarju, hija ssostni li l-Komunità tkun tista’ tikkonkludi t-TRIPs abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, bħalma huma l-Artikoli 100 A u 235 (ii).

i)     Fuq il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dritt sekondarju.

F’dak li jirrigwarda t-TRIPs, il-Kummissjoni l-ewwel nett tosserva li l-għan ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat KE mhuwiex li jirriżerva ċerti oqsma għall-kompetenza esklużiva ta' l-Istati Membri (ara s-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 1991, Richardt u “l-Aċċessorji Xjentifiċi”, C-367/89, Ġabra p. I-4621, punti 19 sa’ 21).

Wara dan hija tagħmel paragun punt b’punt u dettaljat ħafna bejn il-Ftehim TRIPs u d-dispożizzjonijiet relevanti tad-dritt Komunitarju sabiex tikkonkludi, b’mod ġenerali, li l-Komunità għandha l-kompetenza esterna neċessarja sabiex tikkonkludi t-TRIPs fit-totalità tiegħu.

Dwar id-dritt ta’ l-awtur (sezzjoni 1 tal-parti II tat-TRIPs, Artikoli 9 sa’ 14) l-ewwel nett il-Kummissjoni tammetti li l-Komunità mhijiex parti la għall-konvenzjonni ta’ Berna (konvenzjoni għall-protezzjoni tax-xogħolijiet litterarji u artistiċi, Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971) u lanqas għall-konvenzjoni ta’ Ruma (konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' artisti, produtturi ta' fonogrammi u organizzazzjonijiet ta' xandara, tas-26 ta’ Ottubru 1961).

Hija tenfasizza li l-Ftehim TRIPs, fis-sezzjonni 1 tal-parti II tiegħu dwar id-dritt ta’ l-awtur u drittiijiet oħra konnessi mad-dritt ta’ l-awtur, jobbliga lill-Membri ta’ l-ODK sabiex jipprevedu protezzjoni minima.

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Kunsill adotta diversi direttivi fil-qasam tad-drittijiet ta’ l-awtur u tad-drittijiet relatati, li hija tqis li jkopru, fuq il-livell intern, l-oqsma ikkonċernati mill-Artikoli 10 sa’ 14 tat-TRIPs.

Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 122, p. 42), tikkorispondi, fir-rigward ta’ l-Artikolu 1(1) tagħha, ma’ l-Artikolu 10(1) tal-Ftehim TRIPs, li jipprovdi li l-programmi informatiċi huma protetti bħala xogħol litterarju abbażi tal-konvenzjoni ta’ Berna. L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 346, p. 61), jikkorispondi, skond il-Kummissjoni, ma’ l-Artikolu 11 tal-Ftehim TRIPs li jirrigwarda d-drittijiet tal-kera. L-Artikoli 6(1), 7 u 8(1) ta’ din id-direttiva jirregolaw, min-naħa tagħhom, il-qasam ikkonċernat mill-Artikolu 14 tal-Ftehim TRIPs (id-drittijiet relatati). Id-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU L 290, p. 9), tkopri l-oqsma kkonċernati mill-Artikolu 12 tal-Ftehim TRIPs dwar it-tul ta’ żmien tal-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur. Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tindika li hija ppreżentat proposta ta’ direttiva lill-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tad-‘databases (ĠU C 308 tal- 15.11.1993, p. 1), li l-għan tagħha kien li tiġi ċċarata l-protezzjoni tad-databases f'dak li jirrigwarda d-dritt ta’ l-awtur u li tagħti d-dritt li tiġi pprojbita l-estrazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni li tinsab f’database. Hija tippreċiża li din il-proposta għadha ma ġietx adottata, iżda tenfasizza li s-setgħa li l-Kommunità tadotta direttiva bħal din ma ġietx ikkuntestata.

F’dak li jirrigwarda t-trade marks (Artikoli 15 sa’ 21 tat-TRIPs, fis-sezzjoni 2 tal-parti II tal-ftehim), il-Kummissjoni tosserva li, fl-ordinament intern, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, fuq it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) u l-Ewwel Direttiva 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L40, p. 1)

Hija tammetti li l-Ewwel Direttiva hija limitata għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom l-iktar effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern, iżda tgħid ukoll li l-Kunsill iddikjara ruħu lest sabiex iktar il-quddiem jadotta direttivi ġodda li jqarrbu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fuq it-trade marks.

3 F’dak li jirrigwarda l-indikazzjonijiet ta’ provenjenza, u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini (Artikoli 22 sa 24 tat-TRIPs, fis-sezzjoni 3), il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet Komunitarji adottati f’dan il-qasam huma ħafna iktar preċiżi u wiesa’ minn dawk li tiprovdi s-sezzjoni korrispondenti tat-TRIPs.

L-ewwel nett id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1978, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (ĠU 1979, L33, p. 1), ipprojbiet kull ittikettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li seta jqarraq lix-xerrej fir-rigward ta’ l-oriġni jew l- provenjenza ta’ xi oġġett ta’ l-ikel. Wara dan, il-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU L 208, p.1). Fl-aħħar nett, fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ l-inbid, jew fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 43 u 100 A tat-Trattat, il-Kunsill adotta diversi regolamenti dwar l-indikazzjonijiet u l-preżentazzjoni ta’ l-inbejjed u ta’ l-ispirti.

4.F’dak li jirrigwarda d-disinni u l-mudelli industrijali (koperti mis-sezzjoni 4 tal-parti II tat-TRIPS, Artikoli 25 u 26), il-Kummissjoni tgħid li hija ppreżentat lill-Kunsill, abbażi ta’ l-Artikolu 100 A tat-Trattat, proposta ta’ direttiva intiża sabiex tarmonizza l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fuq id-disinni u l-mudelli Komunitarji. Il-livell ta’ protezzjoni previst minn dawn iż-żewġ proposti huwa, fl-opinjoni tagħha, ħafna akbar mill-obbligi ġenerali elenkati fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim TRIPs.

5. F'dak li jirrigwarda l-privattivi (koperti mis-sezzjoni 5 tal-parti II tat-TRIPs, Artikoli 27 sa 34), il-Kummissjoni tesponi li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku Komunitarju kemm il-Konvenzjoni ta’ Munich tal-5 ta’ Ottubru 1973 fuq il-ħruġ ta’ privattivi ewropej, kif ukoll il-Ftehim tal-Lussemburgu tal-15 ta’ Diċembru 1989 dwar privattivi Komunitarji (ĠU L 401, p. 1) iffirmat mill-Istati Membri iżda li għadu ma daħalx fis-seħħ. Hija ssostni li l-Komunità għandha s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-privattivi, dejjem sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jkunu neċessarji għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Barra minn hekk, il-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p.1), u adotta wkoll pożizzjoni komuni fuq il-proposta ta’ direttiva dwar il-protezzjoni legali ta’ l-invenzjonijiet bioteknoloġiċi, li jarmonizzaw id-dritt ta' l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-privattibbiltà tal-materjal bioteknoloġiku.

6. F’dak li jirrigwarda t-topografija taċ-ċirkwiti integrati, il-Kummissjoni tgħid li d-Direttiva tal-Kunsill 87/54/KEE, tas-16 ta’Diċembru 1986 dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi (ĠU 1987, L 24, p. 36) hija, fuq il-livell intern, ugwali mas-sezzjoni 6 tal-parti II tat-TRIPs (Artikoli 35 sa’ 38 dwar l-iskemi ta’ konfigurazzjoni taċ-ċirkwiti integrati).

7.Dwar il-parti III tal-Ftehim TRIPs, li jistabbilixxi regoli sabiex jiġi assigurat ir-rispett tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali, il-Kummissjoni tgħid li l-setgħat tal-Komunità fuq il-livell intern f’dan il-qasam huma mifruxa daqs kemm huma d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 41 sa 61 tal-Ftehim TRIPs. Hija żżid li l-setgħat tal-Komunità diġà ġew eżerċitati bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 3842/86, iċċitat iktar ‘il fuq, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati.

Fil-qosor, skond il-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim TRIPs isibu l-kontraparti tagħhom, fuq il-livell intern, fid-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju sekondarju.

ii)  Dwar il-kompetenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ natura ġenerali tat-Trattat (Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE).

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ssostni l-istess argumenti favur l-użu tal-Artikolu 100 A jew tal-Artikolu 235 bħala bażi legali għall-konklużjoni tal-Ftehim TRIPs, bħal dawk li ressqet fir-rigward tal-GATS. L-uniku argument li huwa speċifiku għat-TRIPs huwa dan li ġej. Peress li t-TRIPs jistabbilixxi regoli f’oqsma fejn mhemmx armonizzazzjoni Komunitarja, il-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim tippermetti sabiex tiġi realizzata mill-ewwel armonizzazzjoni fi ħdan il-Komunità, u b'dan il-mod, tikkontribwixxi għall-istabbiliment u għall-funzjonament ta’ suq intern.

b)     Dwar in-neċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità

Il-Kummissjoni ssostni li, jekk il-Komunità tkun sempliċement parti tat-TRIPs, fost oħrajn, flimkien ma' l-Istati Membri tagħha, il-koeżjoni tas-suq intern tiġi ppreġudikata b'żewġ modi. Minn naħa, din tkun suġġetta għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, u min-naħa l-oħra, il-possibiltajiet ta' kompetizzjoni fis-suq tal-pajjiżi terzi tiġi atrifiċjalment distorta.

Skond il-Kummissjoni, ir-riskju ta’ distorsjoni tal-kummerċ hija s-segwenti – jekk l-Istati Membri jkunu liberi li jinnegozzjaw u li jikkonkludu l-ftehim tagħhom fil-qasam kopert mit-TRIPs, huma jkunu jistgħu b'dan il-mod ipoġġu l-kumpanniji tagħhom f’sitwazzjoni kompettitiva iktar favorevoli minn dik ta' kumpanniji ta’ Stati Membri oħra, għaldaqstant, jagħtu lill-ekonomija tagħhom vantaġġ inkompatibbli ma’ kompetizzjoni mhux distorta fi ħdan is-suq intern.

Il-Kummissjoni tikkwota eżempju ta’ att ta’ dritt sekondarju li ma jippermettix lill-Istati Membri li jinnegozjaw liberament xi ftehim bilaterali ma pajjiżi terzi.

Fil-kuntest tad-Direttiva 87/54, iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi, l-Istati Membri jistgħu jestendu din il-protezzjoni liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biss taħt ċerti kundizzjonijiet. Din id-direttiva diġà ġiet użata għal diversi drabi sabiex testendi l-protezzjoni tat-topografiji tal-prodotti semikondutturi abbażi tar-reċiproċità għal-lista limitata ta’ pajjiżi li jissodisfaw il-kriterji tad-direttiva u li joffru l-istess livell ta’ protezzjoni liċ-ċittadini tal-Komunità. l-Istati Membri mhumiex awtorizzati jidderogaw mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill li joffru din il-protezzjoni. Ir-raġuni għal dan hija mogħtija fil-preambolu tad-direttiva fejn huwa espost li d-differenzi li jikkaratterizzaw il-protezzjoni legali li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri għandhom effetti negattivi diretti fuq il-funzjonament tas-suq komuni.

Dwar ir-riskju ta dannu għall-koerenza globali tar-regoli Komunitarji fil-każ li jkun hemm kompetenza maqsuma, il-Kummissjoni tgħid li l-adozzjoni tal-Ftehim TRIPs kemm mill-Istati Membri, f’isimhom proprja, kemm mill-Komunità, jista’ "jaffettwa" id-dritt Komunitarju jew li ”ibiddel il-portata”  tiegħu, fis-sens tal-ġurisprudenza ERTA, għar-raġunijiet li ġejjin.

L-ewwel nett, għalkemm it-TRIPs jistabbilixxi biss eżiġenzi minimi, dan xorta waħda ”jaffettwa” id-dritt Komunitarju fl-oqsma fejn il-livell ta’ protezzjoni li dan ta’ l-aħħar jiggarantixxi huwa inferjuri minn dak previst mit-TRIPs.

It-tieni nett, għalkemm it-TRIPs jipprevedi biss livell ta’ protezzjoni minimu, dan irid jiġi estiż għall-Membri kollha ta’ l-imsemmi ftehim. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jinnegozjaw mal-pajjiżi terzi, barra mill-kuntest Komunitarju, sabiex tiġi estiża liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, ikun hemm diverġenzi u kontroversji potenzjali bejn is-sistemi esterni tagħhom f’dan il-qasam u dawk tal-Komunità.

It-tielet nett, għalkemm t-TRIPs jipprevedi biss eżigenzi minimi, ir-regoli Komunitarji fil-qasam tal-proprjetà intelletwali ma jiffissawx, min-naħa tagħhom, livell ta’ protezzjoni minima. Il-Kummissjoni tirreferi għall-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja stmat li sempliċi koeżistenza tar-regoli internazzjonali u tar-regoli Komunitarji li jkopru l-istess qasam tista’ taffettwa d-dritt Komunitarju, anki fin-nuqqas ta’ kuntradizzjoni bejniethom, u minn dan il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-konklużjoni tat-TRIPs mill-Istati Membri ”għandha taffettwa” ir-regoli Komunitarji eżistenti.

Ir-raba’ nett, it-TRIPs iħalli f'idejn il-Membri tiegħu sabiex dawn jgħollu l-livell tal-protezzjoni tagħhom dejjem sakemm il-protezzjoni l-ġdida li tirriżulta tibqa’ konformi mad-dispożizzjonijiet minimi tal-Ftehim. Peress illi l-Kummissjoni min-naħa tagħha, tapplika l-prinċipju ta’ eżawriment nazzjonali jew “Komunitarju”, ikun biżżejjed li Stat Membru jadotta l-prinċipju ta’ “l-eżawriment internazzjonali” previst mit-TRIPs sabiex ir-regoli Komunitarji u l-funzjonament tas-suq intern jiġu affettwati.

Fl-aħħar nett, jekk it-TRIPs jiġi konkluż kemm mill-Komunità u kif ukoll mill-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ kompetenza maqsuma, dan għandu jaffettwa serjament id-dritt Komunitarju, peress li dan fil-prattika jwassal għall- “iffriżar” jew it-twarrib tar-regoli Komunitarji ta’ armonizzazzjoni fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tal-ftehim. Id-dritt Komunitarju jiġi "affettwat" ukoll safejn l-Istati Membri jibqgħu jagħmlu użu mill-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat KE biex jipproteġu l-“iskop” speċifiku tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, u dan jipprekludi l-armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju u l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern.

2.     Il-pożizzjoni tal-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet

Il-Kunsill l-ewwel nett janalizza il-qagħda ta’ l-azzjoni leġiżlattiva tal-Komunità fil-qasam tal-proprjetà intelletwali. Huwa jiddistingwixxi erba’ “blokki” ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja.

–       L-ewwel ‘blokk’ huwa magħmul mill-miżuri Komunitarji li ġew deċiżi, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-Artikolu 43 tat-Trattat KE, li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Il-Kunsill iqis li l-portata ta' dan l-ewwel ‘blokk’ tikkoinċidi ma’ dik tas-sezzjoni 3 tal-parti II tat-TRIPs, dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u jikkunsidra li l-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kompetenza esterna impliċita fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza ERTA, huma ġeneralment sodisfatti f’dan il-każ.

–       It-tieni ‘blokk’ ta’ leġiżlazzjoni huwa magħmul minn miżuri Komunitarji ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li ġew deċiżi fuq il-bażi tal-Artikolu 100A tat-Trattat, kif ukoll, f’ċerti każijiet, fuq il-bażi tal-Artikolu 57 u 66, u li jirrigwardaw ċerti aspetti tas-sistema tal-proprjetà intelletwali.

Dawn huma direttivi fuq id-dritt ta’ l-awtur u drittijiet relatati [Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 346, p. 61), Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU L 248, p. 15), Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU L 290, p. 9) , Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 24, p. 36), u l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p.1)].

Skond il-Kunsill, il-portata tat-tieni ‘blokk’ ta’ leġiżlazzjoni tkopri biss parzjalment l-oqsma koperti mis-sezzjonijiet 1 u 2 tal-parti II tat-TRIPs (dritt ta’ l-awtur u trade marks). Il-Kunsill jgħid li, min-naħa l-oħra, l-ebda miżura ta’ armonizzazzjoni ma ġiet adottata fil-qasam tad-disinni u tal-mudelli industrijali kif ukoll f'dak tal-privattivi (kopert mis-sezzjonijiet 4 u 5 tal-parti II tat-TRIPs).

F’kull ipoteżi, l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju ma timponix l-obbligu li dawn jiġu applikati għal-ċittadini ta' pajjiżi terzi, filwaqt li preċiżament, l-għan tat-TRIPs huwa propju li jippreċiża r-regoli minimi li għandhom jiġu applikati liċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi.

–       It-tielet ‘blokk’ ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja huwa magħmul minn miżuri Komunitarji intiżi li joħolqu, għal ċerti aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, sistema Komunitarja ta’ protezzjoni li tiżdied mas-sistema stabbiliti minn kull leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn huma r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p. 1) u tar-Regolament Nru 40/94, iċċitat iktar ‘il fuq, fuq it-trade mark Komunitarja.

Il-miżuri nkluża f’dan it-tielet ‘blokk’ skond il-Kunsill huma intiżi biss sabiex jistabbilixxu sistema Komunitarja ta’ protezzjoni li tissovraponi ruħha fuq is-sistemi nazzjonali. Konsegwentement, huwa jgħid li, għalkemm it-teorija tas-setgħat impliċiti li jirriżultaw mid-deċiżjoni ERTA tista' tapplika fir-rigward tar-regolamenti Komunitarji, din japplikaw biss safejn jirrigwarda l-għan ta’ dawn is-sistemi komplementari u ma testendix għal dak li jibqa’ jikkostitwixxi l-għan tas-sistemi nazzjonali tat-trade marks (armonizzati parzjalment) u tal-privattivi (mhux armonizzati) .

–       Ir-raba’ ‘blokk’ ta’ leġiżlazzjoni huwa magħmul mir-Regolament Nru 3842/86, iċċitat iktar ‘il fuq, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati.

Skond il-Kunsill, dan ir-regolament jikkorrispondi biss ma’ ċerti dispożizzjonijiet tal-parti III tal-Ftehim TRIPs (parti li tirrigwarda l-mezzi ta’ kif jistgħu jiġu rrispettati d-drittijiet fuq il-proprjetà intelletwali), jiġifieri dawk li jikkonċernaw il-projbizzjoni tat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tal-merkanzija kontrafatta (Artikoli 51 sa’ 60 tat-TRIPs). Min-naħa l-oħra, parti essenzjali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-parti III jibqgħu jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri (Artikoli 41 sa’ 50 u 61). Huwa speċjalment il-każ għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet penali (Artikoli 61 tat-TRIPs).

Għalhekk il-Kunsill iqis li, il-ġurisprudenza ERTA tista tapplika biss, fil-każijiet fejn ir-regolament li jipprojbixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta' merkanzija kontrafatta jikkoinċidi ma xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPs.

Il-Kunsill minn dan jikkonkludi li l-Kommunità u l-Istati Membri huma b'mod konġunt kompetenti sabiex jikkonkludu l-Ftehim TRIPs.

Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid, l-ewwel nett, li, fl-opinjoni tiegħu, kull darba li l-Komunità ħadet xi inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam tal-propretà intelletwali, hija ħadet ukoll ħsieb li tirrikonoxxi l-manteniment tad-dritijiet nazzjonali tal-propretà intelletwali.

Konswegwentement, kull Stat Membru jżomm is-sistema ġuridika tiegħu ta’ protezzjoni tal-privattivi, tat-trade marks u tad-drittijiet ta’ l-awtur u tad-disinni. Il-Gvern tar-Renju Unit jinsisti fuq –il-punt li, kemm it-trade mark Komunitarja u kif ukoll il-privattiva Komunitarja (meta din tiġi ntrodotta) ser jeżistu flimkien mad-drittijiet nazzjonali, u ser iħalluhom essenzjalment intatti.

Wara dan, il-Gvern tar-Renju Unit josserva li r-regoli Komunitarji li jirrigwardaw il-kontenut tad-drittijiet tal-propretà intelletwali huma rari. Jeżistu ftit eżempji ta’ armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali li jiddefinixxu s-suġġett speċifiku tal-proprjetà intelletwali. Ir-Renju Unit jikkwota tnejn - id-Direttiva 89/104, iċċitata iktar ‘il fuq, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks u d-Direttiva 87/54, iċċitata wkoll, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi.

F'dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, d-dritt ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati, ir-Renju Unit josserva li ċertu numru ta’ dispożizzjonijiet tat-TRIPs jittrattaw il-kontenut jew is-suġġett speċifiku tad-dritt ta’ l-awtur u tad-drittijiet relatati, filwaqt li ma kien hemm l-ebda tentattiv ta’ armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju fir-rigward ta' dawn il-punti . Minn dan huwa jikkonkludi li “huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-kontenut tad-dritt ta’ l-awtur u tad-drittijiet relatati, fi ħdan il-leġiżlazzjonijiet interni tagħhom, billi jagħmlu jew ma jagħmlux referenza għall-konvenzjoni“ (ta’ Berna).

Ir-Renju Unit ikaffar ukoll, dwar id-dritt ta’ l-awtur, li l-Artikolu 9 tal-Ftehim TRIPs jeżiġi li l-Membri tiegħu jirrispettaw l-Artikoli 1 sa’ 21 tal-konvenzjoni ta’ Berna. Peress li l-Komunità, bħala tali, ma tagħmilx parti mill-konvenzjoni ta’ Berna, id-deċiżjoni li tikkonkludi ftehim li jimpenja lill-Istati sabiex jirrispettaw il-prinċipji tal-konvenzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma pajjiżi terzi, jaqa' biss taħt is-setgħa ta' l-Istati Membri.

F'dak li jirrigwarda l-privattivi, ir-Renju Unit ifakkar li ma teżisti l-ebda armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju. Il-Gvern tar-Renju Unit jwieġeb lill-Kummissjoni, li tibbaża ruħha fuq il-konvenzjoni dwar il-privattiva Komunitarja, billi jgħid li din il-konvenzjoni – li għadha ma daħlitx fil-prattika – kienet ġiet negozjata fuq livell intergovernattiv u mhux fuq livell Komunitarju, u li din tħalli intatti s-sistemi nazzjonali tal-privattivi.

Barra mil-qasam tal-privattivi u tad-drittijiet ta’ l-awtur, ir-Renju Unit isemmi b’mod partikolari, tliet oqsma oħra tad-dritt tal-proprjetà intelletwali koperti mill-Ftehim TRIPs, u fir-rigward ta' liema ma teżisti l-ebda miżura Komunitarja ta’ armonizzazzjoni:  id-disinni u l-mudelli industrijali, il-protezzjoni ta' l-informazzjoni mhux divulgata u l-mezzi sabiex jiġu rispettati d-drittijiet fuq il-proprjetà intelletwali.

Ir-Renju Unit jenfasizza li, anki fejn kien hemm armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali fuq livell Komunitarju, il-portata tagħha hija madankollu limitata b’referenza espliċita għal-leġiżlazzjonijiet ta' l-Istati Membri jew bir-rikonoxximent impliċita li l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jimplimentaw is-sistema tagħhom ta' protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fl-oqsma li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

F'dan ir-rigward, huwa jikkwota diversi eżempji.

a)      Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 87/54, iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi ma jaffettwawx id-drittijiet mogħtija mill-Istati Membri fit-twettieq ta’ l-obbligi li huma għandhom skond ftehim internazzjonali.

b)      Id-Direttiva 89/104, iċċitata iktar ‘il fuq, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, mhijiex intiża sabiex ikun hemm approssimazzjoni integrali tal-leġiżlazzjonijiet ikkonċernati ta' l-Istati Membri, iżda sabiex ikun hemm approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-iktar effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern (it-tielet premessa). L-Istati Membri jżommu, b’mod partikolari, id-dritt li jipproteġu t-trade marks kummerċjali akkwistati bl-użu.

c)      Id-Direttiva 91/250, iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, ma taffettwax id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-drittijiet ibbażati fuq il-privattivi, it-trade marks, il-kompetizzjoni żleali, is-sigrieti tan-negozju, il-protezzjoni tas-semikondutturi jew għad-dritt tal-kuntratt (artiku 9(1).

d)      Id-Direttiva 92/100 iċċitata iktar ‘il fuq, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self, tħalli sħiħa s-setgħa ta’ diskrezzjoni ta' l-Istati Membri dwar l-opportunità li jiġi impost fuq il-kumpanniji kolletturi, l-obbligu li jeżiġu biss ħlas ekwu, kif ukoll id-determinazzjoni ta’ persuni li mingħandhom għandu jintalab dan il-ħlas (Artikolu 4).

e)      Id-Direttiva 93/83, iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, tippermetti li l-Istati Membri jagħtu lill-propjetarji ta’ dawn id-drittijiet, protezzjoni iktar importanti mid-dritt li wieħed jopponi d-diffużjoni previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/100 (Artikolu 6).

B’mod ġenerali, il-Gvern tar-Renju Unit josserva wkoll li, bl-eċċezzjoni ta’ xi eċċezjonijiet li huwa jippreċiża, l-ebda miżura Komunitarja fil-qasam tal-proprjetà intelletwali ma titratta kwistjonijiet ta’ reċiproċità, ta’ rikonoxximent reċiproku jew tad-drittijiet li għandhom jingħataw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fi ħdan il-Komunità.

Bħala konklużjoni, huwa jqis li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom kompetenza konġunta sabiex jieħdu sehem fil-konklużjoni tal-Ftehim TRIPs. Il-Komunità hija, ċertament, kompetenti sabiex tipparteċipa għall-konklużjoni tat-TRIPs, abbażi tal-prinċipju tal-setgħat impliċiti, peress li ċerti aspetti limitati ta’ dan il-ftehim huma koperti minn miżuri interni adottati skond l-Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE, iżda l-Istati Membri ukoll huma kompetenti, u dan għaliex huma jżommu kompetenza interna importanti fl-oqsma li huma s-suġġett tat-TRIPs.

Dwar it-TRIPs u s-setgħat impliċiti, l-Istati Membri l-oħra bl-esklużjoni tar-Renju Unit jingħaqdu, b’mod ġenerali, ma’ l-osservazzjonijiet tal-Kunsill. Huma biss il-Gvernijiet Ġermaniż, Spanjol, Franċiż, Portugiż u Olandiż li jiżvillupaw xi ftit din il-kwistjoni.

Il-Gvern Ġermaniż isostni li t-TRIPs għandu jiġi konkluż fil-forma ta’ ftehim mħallat. Minn naħa, il-Komunità hija kompetenti safejn hija lleġiżlat fil-qasam tal-proprjetà intelletwali. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri huma wkoll kompetenti għal tliet raġunijuiet. Id-dritt ta’ l-awtur għadu mhux armonizzat fil-parti l-kbira tiegħu; huma l-Istati Membri li ngħaqdu mal-konvenzjonijiet internazzjonali f’dan il-qasam; l-obbligi li jiriżultaw mill-Ftehim TRIPs jistgħu biss ikunu sodisfatti , fil-parti l-kbira tagħhom, mill-Istati Membri (fir-rigward, b’mod partikolari, ta’ l-obbligu li jiġu organiżżati proċeduri amministrattivi, ċivili u anki penali għall-applikazzjoni ta’ drittijiet differenti ta’ proprjetà intelletwali).

Il-Gvern Spanjol jikkunsidra wkoll li t-TRIPs għandu jiġi konkluż fil-forma ta’ ftehim mħallat. Fil-fatt, l-ewwel nett il-leġiżlazzjoni Komunitarja tkopri biss ċerti aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u industrijali. It-tieni nett, din mhux dejjem għandha l-iskop li tarmonizza l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Għalhekk, ir-Regolament Nru 40/94, iċċitat iktar ‘il fuq, fuq it-trade mark Komunitarja jħalli intatta l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trade marks; huwa joħloq sempliċement sistema ta’ protezzjoni speċifika għat-trade mark Komunitarja li teżisti flimkien mat-trade marks nazzjonali. Fl-aħħar nett, ċerti dispożizzjonijiet Komunitarji f’dan il-qasam jillimitaw ruħhom li jistabilixxu protezzjoni minima. L-Istati Membri jżommu għalhekk is-setgħa li jiddeċiedu miżuri iktar restrittivi [ara per eżempju l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 823/87, tas-16 ta’ Marzu 1987, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali rigward l-inbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi (ĠU L 84, p. 59)].

Il-Gvern spanjol jgħid ukoll li d-dispożizzjonijiet tat-TRIPs li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tiġi ggarantita protezzjoni effiċjenti tad-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u industrijali, bħalma huma l-garanzija ta’ proċedura leali u ekwa, il-preżentazzjoni ta’ mezzi ta’ prova, id-dritt li wieħed jinstema, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, id-dritt ta’ rikors, il-miżuri proviżorji u kawtelatorji, l-atti ex officio ta’ awtoritajiet doganali, id-danni u s-sanzjonijiet penali li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Fil-fatt l-ordinament ġuridiku Komunitarju ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni f’dan ir-rigward.

Barra minn hekk, il-Gvern Spanjol jikkritika r-referenza li għamlet il-Kummissjoni għall-Artikoli 36 tat-Trattat . Dan għaliex, fl-opinjoni tiegħu, din kienet barra mis-suġġett. L-Artikolu 36 jista’ biss jiġi applikat għall-kummerċ “bejn l-Istati Membri” u ma japplikax, konsegwentement, għall-limitazzjonijiet fuq l-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi terzi għar-raġunijiet ta’ protezzjoni tal-proprjetà intelletwali (ara s-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1976, EMI, 96/75, Ġabra p. 913).

Il-Gvern Franċiż, min-naħa tiegħu, jingħaqad ma’ l osservazzjonijiet tal-Kunsill.

Madankollu huwa jgħid li f'dak li jirrigwarda l-privattivi, li huma essenzjalment il-qofol tal-Ftehim TRIPs, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija kritikabbli. Huwa jfakkar li, fuq skala Ewropea, il-qasam kollu kemm hu huwa rregolat minn konvenzjonijiet internazzjonali fejn insibu li dik prinċipali fosthom (il-konvenzjoni ta’ Munich, iċċitata iktar ‘il fuq, fuq il-ħruġ ta’ privattivi ewropej) tmur lil hinn mil-kuntest Komunitarji peress li sbatax–il pajjiż ewropej kienu firmatarji tagħha.

Il-Gvern Franċiż iżid ukoll li waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tat-TRIPs hija li tintervjeni f’qasam fejn ġew adottati, għal diversi snin, konvenzjonijiet multilaterali kbar li baqgħu preżenti matul iż-żmien, u li għadhom jiġu amministrati mill-Instituzzjoni speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni dinjija tal-proprjetà intelletwali (ODPI). Il-Komunità qatt ma ppretendiet li tieħu l-post ta’ l-Istati Membri f’dawn il-konvenzjonijiet, hija mhijiex Membru ta’ l-ODPI u lanqas ma kienet staqsiet li ssir wieħed. Jekk wieħed jaċċetta t-teżi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jitilfu kull kompetenza esterna parallela, u la jkunu jistgħu jikkonkludu u lanqas jamministraw mil-lum ’il quddiem xi tratatti bilaterali jew multilaterali fl-oqsma koperti mit-TRIPs.

F’dak li jirrigwarda t-TRIPs, il-Gvern Portugiż jirreferi huwa wkoll għall-osservazzjonijiet tal-Kunsill.

Huwa jgħid sempliċement li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta (sentenza EMI u Phil Collins et, iċċitati iktar ‘il fuq) li fis-sitwazzjoni attwali tad-dritt Komunitarju u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonjiet u l-modalitajiet differenti ta’ protezzjoni tal-proprjetà litterarja u artistika. Fl-opinjoni tiegħu, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni Komunitarji jikkonċernaz biss parti limitata ħafna mill-oqsma koperti mill-Ftehim TRIPs (sezzjoni 6 tal-parti III dwar it-topografiji taċ-ċirkwiti integrati)

Fl-aħħar nett il-Gvern Portugiż jinsisti fuq il-fatt li l-bżonn tal-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri timponi ruħha wkoll minħabba l-preżenza, fil-parti III tat-TRIPs, ta’ dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ġudizjarji (sezzjoni 2 tal-parti III tat-TRIPs) kif ukoll dawk ta’ natura penali (sezzjoni 5 tal-parti III tat-TRIPs), oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri.

Il-Gvern Olandiż min-naħa tiegħu jsostni li t-TRIPs ikopri fil-parti l-kbira tiegħu oqsma fejn l-Istati Membri huma kompetenti, tant li ma kien hemm ebda armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju. Huwa jfakkar li r-regolament fuq it-trade mark Komunitarja jħalli intatta l-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-trade marks u li, barra minn hekk ir-regoli konvenzjonali fil-qasam tal-privattivi għandhom natura intergovernattiva.

Huwa jinsisti wkoll fuq il-fatt li t-TRIPs ikopri oqsma fejn l-Istati Membri għandhom kompetenza esklużiva, b’mod partikolari l-Artikolu 61 tat-TRIPs, dwar il-proċeduri penali. Bid-differenza ta' l-Istati Membri l-oħra kollha, il-Gvern Olandiż jirreferi għad-dispożizzjonijiet tat-titolu VI tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u ta’ l-affarijiet interni. Fl-opinjoni tiegħu, il-fatt fil-konferenza intergovernattiva d-dispożizzjonijiet dwar id-dritt penali ngħataw pożizzjoni distinta minn dik mogħtija lid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, jindika b’mod ċar li dan il-qasam jaqa taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri.

Dawn ir-raġunijiet biss huma biżżejjed, fl-opinjoni tiegħu, sabiex jagħmlu l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni tal-Ftehim TRIPs neċċessarja. Iktar u iktar meta wieħed iqis li l-Istati Membri biss jistgħu jiġu meqjusa responsabbli għar-rispett ta’ l-obbligi li, f’dan il-qasam, jirriżultaw mill-Ftehim.

XIII –  Problema tar-rappreżentazzjoni ta’ ċerti territorji li jiddependu mill-Istati Membri imma li ma jagħmlux parti mill-Komunità.

F’dak li jirrigwarda t-territorji dipendenti li r-relazzjonijiet esterni tagħhom huma assigurati minn uħud mill-Istati Membri, mhemm l-ebda dubju, skond il-Kummissjoni, li l-Istati Membri kkonċernati għandhom il-kapaċità li jikkonkludu l-Ftehim ODK f’isem dawn it-territorji, safejn dawn ta’ l-aħħar jistgħu jkunu huma wkoll parti mill-Ftehim ODK.

Il-Kunsill jesponi li, f’dak li jirrigwarda l-GATT, ċerti stati Membri jibqgħu kompetenti għall-konklużjoni u għall-implimentazzjoni tal-ftehim għat-territorji fir-rigward ta’ liema t-Trattati li jikkonstitwixxu l-Komunitajiet ewropej ma japplikax, jiġifieri l-pajjiżi u territorji extra-ewropej.

Il-Gvern tar-Renju Unit josserva li huwa hu l-uniku wieħed kompetenti sabiex jikkonkludi l-Ftehim ODK f’isem dawk it-territorji li jiddependu minnu li mhumiex Membri individwali ta’ l-ODK. Huwa jirreferi għall-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq (punt 35).

Il-Gvern Franċiż jenfasizza, billi jirreferi għall-istess opinjoni, li, meta d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali ma jaqgħux taħt qasam assenjat lis-sistema ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-ewropej, l-Istati Membri li jassiguraw ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ dawn it-territorji huma kompetenti sabiex jikkonkludu l-ftehim in kwistjoni.

Il-Ftehim ODK u l-ftehim annessi miegħu f’diversi punti ma jaqgħux taħt l-oqsma assenjati lis-sistema ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-ewropej. Dan jirrigwarda, l-ewwel nett, il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu – xi setturi speċifiċi bħalma hija l-provvista ta’ servizzi fil-qasam tat-trasport, imma wkoll l-proprjetà intelletwali, attwalment ma jaqgħux taħt is-sistema ta’ assoċjazzjoni ta' l-OCT (pajjiżi u territorji extra-ewropej). Dan jirriżulta wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni “personali” tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu. Fil-fatt, in-negozju tal-merkanzija bejn il-pajjiżi u territorji extra-ewropej u l-pajjiżi terzi, kif ukoll l-istabbilimenti u l-provvista ta’ servizzi minn ċittadini jew minn kumpanniji ta’ pajjiżi terzi, sakemm dawn ma jkunux stabbiliti ġewwa Stat Membru tal-Komunità, ma jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ assoċjazzjoni ma' l-OCT.

Il-Gvern Olandiż jgħid li, jkun kif ikun it-tqassim finali tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri, l-Istati Membri li jkollhom rabtiet mal-pajjiżi u mat-territorji extra-ewropej għandhom, minn ta’ l-anqas, s-setgħa, sabiex jiddefendu l-interessi ta’ dawn it-territorji, li jikkonkludu l-Ftehim ODK b’mod awtonomu u, waqt l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim, li jaġixxu għall-benefiċċju ta’ dawn il-pajjiżi u territorji.

F’dan ir-rigward huwa jfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-ftehim internazzjonali fuq il-kawċu naturali, u 2/91, ukoll iċċitata iktar ‘il fuq, dwar il-konvenzjoni Nru 170 ta’ l-OIT.

Wara dan, huwa jsemmi wkoll id-dikjrazzjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-pajjiżi u tat-territorji extra-ewropej prevista fl-Artikolu 227, (3) u (5) (a) u (b), tat-Trattat KE, adottati waqt il-konklużjoni tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. Huwa jinterpreta din id-dikjarazzjoni bħala waħda li tgħodd għall-kapitoli kollha tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea(14). Fl-opinjoni tiegħu, abbażi ta’ din id-dikjarazzjoni, l-Istat Membru li jirrappreżenta internazzjonalment xi territorji dipendenti għandu jieħu ħsieb, fejn dan ikun possibli, li l-intervent tiegħu ma jmurx kontra l-pożizzjoni ġenerali adottata mill-Komunità f’dan il-qasam. Dawn il-prinċipji jgħoddu wkoll, skond il-Gvern olandiż, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-Ftehim ODK.

XIV –  Effett tal-kwistjoni tal-kompetenza fuq it-tipi differenti ta’ espressjoni ta’ l-opinjonijiet fi ħdan l-ODK.

Il-Kummissjoni tosserva li hija aċċettat li l-Istati Membri jsiru Membri ta’ l-ODK, u dan għaliex hija tqis li huwa opportun, għal raġunijiet politiċi, li tinżamm is-sitwazzjoni li teżisti fil-kuntest tal-GATT, jiġifieri appartenenza maqgħuda tal-Komunitajiet ewropej u ta' l-Istati Membri, konsolidata mid-dixxiplina Komunitarja fir-rigward tal-pożzzjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan il-GATT.

Hija tqis li l-konklużjoni tal-Ftehim mill-Komunità biss ikollu l-konsegwenza li l-Istati Membri, li jsiru Membri sħaħ ta’ l-ODK, skond l-Artikoli XI u XIV tal-Ftehim ODK (ara iktar ’il fuq II. Il-pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi ħdan l-ODK), ma jkunux jistgħu jeżerċitaw iktar d-drittijiet sovrani kollha tagħhom fi ħdan l-ODK, imma ikunu suġġetti, inkwantu Membri ta’ l-ODK, għall-proċeduri Komunitarji li jirriżultaw mill-Artikolu 113 jew mid-dispożizzjonijiet l-oħra rilevanti tat-Trattat KE. Il-Kummissjoni sservi għalhekk bħala rappreżentant, u punti uffiċjali jkunu jistgħu jittieħdu fi ħdan l-ODK biss fuq il-bażi tal-proċeduri tal-Artikolu 113 (jew ta’ kull Artikolu ieħor rilevanti tat-Trattat). L-istati Membri jkunu jistgħu jesprimu ruħhom u jieħdu pożizzjoni biss safejn dawn ikunu speċifikament awtorizzati, jew jekk huma jkunu qed jesprimu ruħhom f’isem wieħed mit-“territorji dipendenti” tagħhom. Hekk hija, barra minn hekk, is-sitwazzjoni attwali fi ħdan il-GATT.

Il-Kummissjoni ssostni li, jekk l-Istati Membri jżommu ċerti setgħat għall-GATS jew għat-TRIPs, huma jistgħu, bħal Komunità, isibu ruħhom fl-impossibbiltà ġuridika li jeżerċitaw id-dritt li jieħdu xi miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka. Għalekk, fil-każ fejn Stat Membru, fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, ikun legalment awtorizzat jadotta miżuri ta’ ritaljazzjoni imma jqis li dawn il-miżuri ma jkunux effikaċi jekk jittieħdu fl-oqsma koperti mill-GATS jew mit-TRIPs, huwa ma jkollux, fid-dawl tad-dritt Komunitarju, is-setgħa li jieħu xi miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-qasam tal-kummerċ tal-merkanzija, peress li dan il-qasam jaqa taħt, f’kull każ, il-kompetenza esklużiva tal-Komunità, abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat. Bil-kontra, jekk il-Komunità takkwista d-dritt ta’ ritaljazzjoni fil-qasam tal-merkanzija, imma tqis li ma tistax teżerċitaħ, ikun legalment impossibbli għaliha li tieħu xi miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-qasam tas-servizzi jew tat-TRIPs, għaliexx is-setgħat neċessarji jkunu riservati lill-Istati Membri.

Skond il-Kummissjoni, jekk jiġu rikonoxxuti xi kompetenzi lill-Istati Membri fil-qasam tal-GATS u tat-TRIPs, dan jista’ jwassal għal xi sitwazzjonijiet inġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Komunità. Għalhekk, fil-każ fejn pajjiż terz jakkwista d-dritt ta’ ritaljazzjoni fir-rigward tal-Komunità għal xi ksur tal-GATT jew ta’ xi wieħed mill-ftehim fuq il-merkanzija, imma fejn – skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 22 tal-ftehim fuq is-soluzzjoni tal-kontroversji – huwa jkun finalment awtorizzat sabiex jieħu l-miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-qasam li jaqa taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri fil-kuntest tal-GATS jew tat-TRIPs, xi Stati Membri jistgħu għalhekk jiġu kkastigati għal infrazzjoni imputabbli unikament lill-Komunità. Hekk ukoll, il-Komunità tista’ tiġi milquta minn xi miżuri ta’ ritaljazzjoni fis-settur tal-merkanzija għal ksur magħmul minn wieħed mill-Istati Membri tagħha, fil-kuntest tal-GATS u tat-TRIPs.

Il-Kunsill jikkuntesta bis-sod li d-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha fl-ODK hija kwistjoni ta’ natura politika. Huwa jqis li l-parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fl-ODK hija ġġustifikata ġuridikament u tista’ ssir fir-rispett tal-prinċipju tal-koerenza ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni kkonsakrata mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu C(15), u J.1(4) it-tieni u t-tielet sentenzi(16) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 5 tat-Trattat KE, kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni tagħha 2/91, iċċitata iktar ’il fuq.

Il-Kunsill jiddikjara li huwa konxju ta’ l-obbligu ġuridika li l-istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri għandhom sabiex isibu formuli li jigarantixxu azzjoni komuni, koordinata u koerenti tal-Komunità u ta' l-Istati Membri. Huwa jammetti li mhuwiex attwalment f’pożizzjoni li jippreżenta test li jiddefinixxi tali formuli ta’ parteċipazzjoni. Huwa jqiegħed ir-responsabbiltà għal dan fuq il-Kummissjoni li, minħabba l-pożizzjoni “assolutista” tagħha fuq il-kompetenza esklużiva tal-Komunità li tikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu, kienet irrifjutat li tipparteċipa f’diskussjoni ta’ din il-problema.

Fl-opinjoni tiegħu, din il-problema ma tirrappreżentax xi ħaġa li ma tistax tiġi solvuta. In-negozjati ta’ l-Urugwaj kienu mmexxija mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha b’tali mod li tiġi assigurata l-unità ta’ l-azzjoni. It-tmexxija tal-ftehim fi ħdan l-ODK għandha probbabilment tkun anqas ikkumplikat min-negozjati.

Xejn ma jawtorizza lill-Komunità li tissuponi li l-eżiġenzi proklamati fit-Trattat fuq l-Unjoni, it-Trattati u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jiġu miksura fil-futur. Il-Kummissjoni tista’ min-naħa l-oħra tagħmel użu mill-mezzi ġuridiċi li hija għandha (Artikoli 169 u 173 tat-Trattat) sabiex tishar li l-atti tal-Kunsill u ta' l-Istati Membri ikunu konformi mad-dritt Komunitarju.

L-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet huma ta’ l-istess fehma tal-Kunsill.

Wara li rrefera għall-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq, u għat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu Ċ tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, hekk kif kien għamel il-Kunsill, il-Gvern tar-Renju Unit jenfasizza li t-tip ta’ assoċjazzjoni stretta, rakkomandata minn dawn id-dokumenti, tikkaratterizza preċiżament in-negozjati ta’ l-Uragwaj. Dawn urew li huwa possibli li tinsab u li titħaddem, b’mod effiċjenti, sistema ta’ negozjati ma pajjiżi terzi filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Filqaqt li osserva li n-numru ta’ voti tal-Komunità huwa direttament u esklużivament skond l-appartenenza ta' l-Istati Membri fl-ODK, il-Gvern Franċiż jikkunsidra, bħall-Kunsill, li l-appartenenza ta' l-Istati Membri mhijiex iġġustifikata mill-hekk imsejħa raġunijiet politiċi, imma mill-eżistenza tal-kompetenzi li dawn għandhom, fi kliem ieħor min-natura mhux esklużiva tal-kompetenza tal-Komunità sabiex tikkonkludi dan il-Ftehim.

Il-Gvern Olandiż, li jirreferi għall-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq, għall-obbligu tal-lealtà Komunitarja msemmija fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE, kif ukoll għan-neċċessità li tiġi ggarantita l-koerenza ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni, imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu Ċ tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, iqis li l-Kunsill, il-Kommunità u l-Istati Membri jistgħu jifthemu fuq l-aspetti kollha ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed fil-kuntest ta’ l-ODK, bħalma huma t-tqarib ta’ l-opinjonijiet, l-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ rappreżentant waqt in-negozjati u l-intervent fil-kuntest ta’ l-arbitraġġ ta’ kontroversji.

Huwa jgħid li l-elaborazzjoni ta’ arranġament bħal dan, fir-rispett tal-kompetenzi Komunitarji u nazzjonali eżistenti, hija kwistjoni interna, li għandha tiġi rregolata bejn il-Komunità u l-Istati Membri, u li ma tbiddel xejn mal-fatt li l-Komunità m’għandiex kompetenzi esklużivi fl-oqsma koperti mill-Ftehim ODK.

Il-Gvern spanjol jirrikonoxxi, fil-każ ta’ parteċipazzjoni konġunta ta' l-Istati Membri tal-Komunità għall-konklużjoni tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu, in-neċċessità li tiġi koordinata l-azzjoni attwali u futura tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fi ħdan organizzazzjoni ġdida. F’dan ir-rigward huwa jikkwota l-istess ġurisprudenza (opinjoni 1/78 u 2/91) u l-istess testi konvenzjonali msemmija mill-gvernijiet l-oħra li ppreżentaw osservazjonijiet (dover tal-lealtà Komunitarja proklamata fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE).

Il-Gvern Grieg jgħid sempliċement li parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri għall-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjoni ta’ l-ODK tkun tista’ tiffunzjona biss jekk il-prinċipju ta’ koerenza esterna ta’ l-unjoni Ewropea – li huwa s-suġġett tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu Ċ tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea - jiġi rispettat.

XV –  Kwistjonijiet ta’ natura finanzjarja u li jirrigwardaw l-estimi

Dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim ODK, il-Kummissjoni tgħid li l-ispejjeż għall-funzjonament ta’ l-ODK, għalkemm importanti għat-tmixxija ta’ l-organiżazzjoni, m’għadhomx, fi ħdan il-Ftehim, l-istess post ċentrali bħall ma għandhom id-dispożizzjonijiet finanzjarji fit-test tal-ftehim fuq il-kawċu naturali, suġġett ta’ l-opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq (punt 55). L-estimi ta’ l-ODK huma sempliċi konsegwenza tal-persegwiment ta’ l-għanijiet ġenerali ta’ l-Organiżazzjoni.

Konsegwentement, anki jekk il-pagament tal-kontribuzzjonijiet iffissati kellu jsir mill-Istati Membri, dan ma jkunx jista’ jikkuntesta l-kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex din tikkonkludi l-Ftehim ODK – peress li l-Istati Membri jeżerċitaw biss, f’isem il-Komunità, l-obbligi internazzjonali li din biss għandha s-setgħa li tassumi.

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tkun xorta ta’ l-idea li l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu f’isimhom proprju għall-estimi ta’ l-ODK, il-Kummissjoni tgħid li l-kompetenzi maqsuma li jirriżultaw jibqgħu limitati għall-aspetti ta’ estimi u finanzjarji ta’ l-organiżazzjoni l-ġdida.

Il-Gvern Portugiż jgħid li waħda mir-raġunijiet determinanti sabiex ftehim internazzjonali jiġi konkluż b’mod konġunt iżda awtonomu mill-Komunità u mill-Istati Membri, hija l-finanzjament nazzjonali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat. Il- ġurisprudenza Komunitarja ikkonfermat din l-interpretazzjoni fl-opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq.

Il-Gvern Portugiż jgħid li l-Istati Membri jiffinanzjaw l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ħolqien u mill-funzjonament ta’ l-ODK, peress li dawn huma Membri oriġinarji (ara l-Artikolu XI tal-Ftehim li jwaqqaf l-ODK). Huwa jgħid li dan il-fatt huwa biżżejjed sabiex jiġġustifika l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni tal-Ftehim, u dan għal żewġ raġunijiet.

L-ewwel raġuni hija bbażata fuq id-dritt Komunitarju – fil-prattika Komunitarja, waħda mir-raġunijiet determinanti sabiex Ftehim internazzjonali jiġi konkluż mill-Komunità u mill-Istati Membri hija li r-responsabbilta għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat hija ta’ l-Istati Membri.

Bil-kontra ta’ dak li tallega l-Kummissjoni, mhuwiex importanti wisq li l-finanzjament jkollu post essenzjali fit-termini tal-Ftehim (kif kien il-każ tal-ftehim fuq il-kawċu naturali li ta’ lok għall-opinjoni 1/78). Għalhekk, ġew konklużi, wara l-opinjoni 1/78, sensiela ta’ ftehim internazzjonali fuq il-prodotti bażiċi, skond il-formola tal-ftehim imħallat, u dan għaliex ir-responsabbiltà finanzjarja waqgħet fuq l-estimi nazzjonali, anki meta l-kontribuzzjonijiet kienu intiżi biss sabiex ikopru l-ispejjeż inerenti għall-funzjonament ta’ l-organizzazzjonijiet maħluqin sabiex imexxu l-ftehim ikkonċernati. Bil-kontra, ftehim analogi ħadu forma purament Komunitarja għal unika raġuni li ġie miftihem li l-finanzjament tagħhom kellu jsir mill-estimi tal-Komunita.

Il-Gvern Portugiż jagħti raġuni oħra, ibbażata fuq id-dritt kostituzzjonali tiegħu favur il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni tal-Ftehim ODK. Abbażi ta’ l-Artikolu 164 (j) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblikà Portugiża, hija l-assemblea tar-Repubblikà li għandha tapprova t-Trattati internazzjonali li jipprevedu l-parteċipazzjoni tal-Portugall f’organizzazjonijiet internazzjonali u, wara dan, il-president tar-Repubblikà li għandu jirratifikhom (ara l-Artikolu 137, (b). Fl-opinjoni tiegħu, il-fatt li l-Portugall ingħaqad mal-Komunitajiet Ewropej, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, minn ta’ l-anqas fil-każ fejn il-parteċipazzjoni tal-Portugall fl-organizzazzjonijiet internazzjonali jkun jimplika xi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-estimi nazzjonali.

XVI –  Tweġibiet proposti mill-Kummissjoni, il-Kunsill u mill-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet, għad-domandi li saru fit-talba għal opinjoni.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmulin iktar il-fuq, il-Kummissjoni u l-partijiet li ppreżentaw osservazjonijiet, jipproponu t-tweġibiet li ġejjin għall-domandi li saru.

Il-Kummissjoni tikkonkludi –

“- il-partijiet tal-Ftehim li jwaqqaf l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) li jikkonċernaw il-kummerċ tal-merkanzija, jiġifieri l-ftehim GATT tal-1994 u l-annessi tiegħu, jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, probbabilment bl-eċċezjoni ta’ ċerti aspetti dwar il-prodotti KEFA.

–       il-parti tal-ftehim ODK dwar il-kummerċ tas-servizzi (GATS) taqa’ wkoll taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità, fil-kuntest ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE jew ta’ l-Artikoli 235 jew/u 100A ta’ l-imsemmi Trattat, u jekk ikun il-każ, skond il-prinċipju tas-setgħat impliċiti fis-sens tad-duttrina ta’ l-opinjoni 1/76 u tad-duttrina ERTA

–       il-parti tal-Ftehim ODK li tikkonċerna l-kummerċ fil-qasam tad-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali (TRIPs) taqa’ wkoll taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE jew ta’ l-Artikoli 100A u/jew 235 ta’ l-imsemmi Trattat, u jekk ikun il-każ, skond il-prinċipju tal-setgħat impliċiti fis-sens tad-duttrina ta’ l-opinjoni 1/76 u tad-duttrina ERTA”

Il-Kunsill jagħmel il-konklużjonijiet li ġejjin-

“Fuq il-proċedura

Il-Kunsill jgħid li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwar jekk, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-kwistjoni – fir-rigward ta’ ftehim mhux ”previst” imma li huwa diġà ffirmat taħt il-kundizzjoni li jkun hemm konklużjoni – ir-rikors għal opinjoni (preliminari) huwiex ammissibbli. Huwa jqis, f’kull każ, li huwa indispensabbli li l-domandi magħmulin mill-Kommissjoni jiġu magħmulin b’mod differenti mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fuq il-mertu

Il-Kommunità għandha kompetenza esklużiva f'dak li jirrigwarda l-kważi-totalità tal-GATT, ħlief xi eċċezzjonijiet, b’mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sistema applikabli għall-prodotti koperti mit-Trattat KEFA u pajjiżi u territorji extra-ewropej li mhumiex koperti mit-Trattati Komunitarji. Barra minn hekk, il-Komunità għandha kompetenza esklużiva, skond il-ġurisprudenza ERTA, fir-rigward ta’ ċerti aspetti partikolari tal-ftehim GATS u TRIPs.

Barra minn hekk u fuq kollox, safejn il-Kunsill diġà ddeċieda li ma jeżerċitax il-kompetenza potenzjali tal-Komunità f'dak li jirrigwarda l-ftehim GATS u TRIPs, il-kompetenza ta' l-Istati Membri, għall-parti l-kbira ta’ l-oqsma koperti minn dawn iż-żewġ ftehim, hija predominanti. Fl-aħħar nett, ċerti oqsma koperti mil-ftehim GATS u TRIPs, fl-istat attwali tat-Trattat. jistgħu jkunu biss, f’kull każ, ta’ kompetenza ta' l-Istati Membri”

Il-Kunsill jissuġerixxi –

“Safejn ir-rikors għal opinjoni hija ammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb fis-sens li –

Il-konklużjoni, b’mod konġunt, mill-Komunità u mill-Istati Membri tal-ftehim li rriżultaw min-negozjati ta’ l-Urugwaj hija kompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi stabbilit mit-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet ewropej”.

Il-Gvern tar-Renju Unit jitlob dan li ġej –

“1.      Il-Komunità hija kompetenti sabiex tieħu parti għall-konklużjoni tal-Ftehim GATS, abbażi ta’ l-Artikoli 54,57, 66, 75, 84, 99 u 100 A tat-Trattat KE.

2.      L-Istati Membri huma wkoll kompetenti sabiex jipparteċipaw għall-konklużjoni tal-ftehim GATS.

3.      L-Istati Membri huma kompetenti sabiex jipparteċipaw għall-konklużjoni tal-ftehim TRIPs.

4.      Il-Komunità hija kompetenti wkoll sabiex tieħu sehem fil-konklużjoni tal-ftehim TRIPs, abbażi ta’ l-Artikoli 100 A, 113 u 235 tat-Trattat KE.

5.      L-Istati Membri huma kompetenti sabiex jipparteċipaw għall-konklużjoni tal-ftehim li jistabbilixxi l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ”.

Il-Gvern Franċiż “jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex it-tweġiba tagħha għad-domanda tal-Kummissjoni tkun li l-konklużjoni tal-Ftehim ODK (flimkien mal-ftehim annessi miegħu) jaqa’, fl-istess ħin, kemm taħt il-kompetenzi tal-Komunità u kif ukoll taħt il-kompetenzi ta' l-Istati Membri, u li, f'dak li jirrigwarda l-Komunità, id-deċiżjoni m’għandiex tkun ibbażata fuq bażi legali limitata biss għall-Artikolu 113, u lanqas ibbażata biss fuq l-Artikoli 100 A, 113 u 235”.

Il-Gvern Spanjol jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabix tagħti opinjoni li tikkonstata li jeżistu xi kompetenzi maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri fil-kuntest tal-ftehim li jistabbilixxi l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li, konsegwentement, dan il-ftehim huwa ta’ tip mħallat.

Il-Gvern Portugiż jitlob–

“- Il-parti tal-Ftehim ODK li titratta dwar is-servizzi, id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali, ir-regolamentazzjoni tal-kummerċ ta’ prodotti koperti mit-Trattat KEFA, tirregola oqsma li, parzjalment, jaqgħu taħt, ,il-kompetenza konġunta jew proprja ta' l-Istati Membri.

–       il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għall-funzjonament ta’ l-ODK mill-estimi nazzjonali hija kwistjoni riżervata għall-kompetenza ta' l-Istati Membri.

–       safejn l-oqsma koperti mill-Ftehim ODK jaqgħu parzjalment taħt il-kompetenza tal-Komunità u fil-parti l-oħra taħt dik ta' l-Istati Membri, il-forma ta’ ftehim mħallat mhux biss talli huwa kompatibbli mas-sistema Komunitarja tat-tqassim tal-kompetenzi prevista mit-Trattati bażiċi iżda talli hija wkoll l-unika waħda li tassigura l-unità u l-koerenza fir-rapreżentazzjoni internazzjonali ta’ l-interessi ta’ l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri fi ħdan l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ”.

Il-Gvern Ġermaniż jitlob –

“il-ftehim GATS u TRIPs, id-dazji doganali KEFA u l-Ftehim ODK għandhom jiġu konklużi fil-forma ta’ ftehim mħallta . Dawn għandhom jiġu rratifikati mir-Repubblikà federali tal-Ġermanja”.

Il-Gvern Daniż jitlob –

“il-Komunitajiet ewropej m’għandhomx(…) il-kompetenza esklużiva sabiex jikkonkudu l-ftehim li jistabbilixxi l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ”.

Skond il-Gvern Daniż ,

“huwa permess lill-Istati Membri li jiddeċiedu jekk il-Komunità tistax tikkonkludi l-ftehim. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu l-forma mħallta, b’tali mod li l-ftehim ikun konkluż kemm mill-Komunità kif ukoll mill-Istati Membri. Skond il-Gvern Daniż, il-kwistjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim għandha tidħol f’din l-evalwazzjoni. Fl-oqsma fejn l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni, fil-preżent jew fil-futur, li jimplimentaw il-ftehim b’mod nazzjonali, mhuwiex opportun li l-Komunità tikkonkludi l-ftehim waħedha. Dan jogħodd ukoll għal ċerti partijiet tal-ftehim GATS u TRIPs. Il-Gvern Daniż iqis li huwa neċċesarju, f'dak li jirrigwarda maż-żewġ oqsma koperti minn dawn iż-żewġ ftehim, li tingħażel il-kompetenza mħallta u li jżidu mal-ftehim l-indikazzjoni tal-bażi legali neċessarja”.

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li r-rikors ta’ opinjoni imressaq mill-Kummissjoni huwa ammissibbli, il-Gvern Olandiż jgħid li l-konklużjoni tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu jaqgħu taħt il-kompetenza konġunta ta' l-Istati Membri u tal-Komunità.

Il-Gvern Grieg

“jistenna li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi favur il-pożizzjonijiet esposti mill-Kunsill”

Fir-rigward tal-Parlament Ewropew, huwa jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja –

–       “-     tiddikjara li l-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandu jiġi konkluż fuq il-bażi tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 228(3), tat-Trattat KE,

–       tiddikjara li, indipendentament minn dak li għandu jingħad, l-Artikolu 113 tat-Trattat KE ma jikkostitwixxix bażi legali suffiċjenti,

–       tiddikjara li bl-ebda mod użu ta’ l-Artikolu 235 tat-Trattat KE jew tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tkun tista’ tiġi interpretata bħala li tista’ ġġib magħha l-obbligu ġuridika li il-Parlament jagħti opinjoni favorevoli, anki fil-każ fejn il-konklużjoni tal-ftehim, fid-dawl tal-kontenut tiegħu, ma tkunx aċċettabbli għall-Parlament Ewropew”.

XVII –  Domandi magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri u t-tweġibiet mogħtija għal dawn id-domandi.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħmel lill-Kummissjoni u lill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet id-domandi li ġejjin.

A –  L-ewwel domanda

Il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb għall-argument tal-Kunsill ibbażat fuq il-mod ta’ kif il-lista tar-impenji speċifiċi ddepożitati f’isem il-Komunità u ta’ l-Istati kienet ġiet magħmula. Minn eżami ta’ dan id-dokument, jirriżulta, fil-fatt, li-kundizzjonijiet impost għat-tneġġija tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għas-suq tas-servizzi u l-limitazzjonijiet magħmulin għal din it-tneħħija jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-mod ta’ kif l-offerta Komunitarja  ġiet ippreparata, il-kontenut u t-titolu tagħha mhumiex rilevanti fir-rigward tal-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-kompetenza Komunitarja.

Għalhekk, hija aċċettat li l-lista tkun iddepożitata f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha biss sabiex tnaqqas il-biża’ ta’ dawn ta’ l-aħħar li ma jkunux jistgħu jakkwistaw il-kwalità ta’ Membru ta’ l-ODK fin-nuqqas ta’ offerta “Servizzi” ippreżentata f’isimhom. Din il-konċezzjoni, purament politika, ma ġġibx magħha r-rikonoxximent tal-kompetenza ta' l-Istati Membri li jikkonkludu l-GATS.

Dwar il-varjazzjonijiet skond l-Istati Membri fil-kundizzjonijiet imposti għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet għal aċċess għas-swieq tas-servizzi, li jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, hija tispjega ruħha permezz tal-metodoloġija użata mill-GATS u mill-fatt li għad mhemmx armonizzazzjoni Komunitarja.

L-għan fondamentali tal-GATS huwa li jilliberalizza l-kummerċ internazzjonali tas-servizzi. Madankollu, sabiex ikun hemm flessibbiltà, l-Artikoli XVI u XVII tal-GATS jawtorizzaw il-Membri ta’ l-ODK sabiex jindikaw limitazzjonijiet u kundizzjonijiet fil-listi ta' impenji speċifiċi tagħhom. Għal raġunijiet ta' trasparenza, kien ikkunsidrat li jkun aħjar li jiġu elenkati t-tipi ta' restrizzjonijiet eżistenti minflok ma tiġi maħruġa klawżola ġenerali ta' “standstill”.

Il-lista ta' restrizzjonijiet eżistenti tvarja minn Stat Membru għall-Stat Membru ieħor għaliex l-armonizzazzjoni Komunitarja għadha mhijiex totali u għaliex l-Istati Membri għad għandhom kompetenza kompettitiva fl-isfera interna. Imma madankollu minn dan ma joħroġx il-fatt li l-kompetenzi fuq livell estern huma maqsuma wkoll.

Il-qasam tal-merkanzija joffri eżempju tajjeb ta' kompetenza esklużiva esterna tal-Komunità sovrapposta għal kompetenza interna parzjalment kompettitiva. Per eżempju, il-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ l-ostakli tekniċi għall-kummerċ tibqa’ parżjalment taqa taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri fuq livell intern, filwaqt li fl-isfera internazzjonali, il-Komunità għandha kompetenza esklużiva fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat. Huwa abbażi ta’ din id-dispożizzjoni li l-Komunità kkonkludiet il-Kodiċi fuq l-ostakli tekniċi tal-GATT. Jekk illum, ikollu jsir inventarju tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-“istandards” u r-regoli tekniċi applikabbli għall-merkanzija, li jista' jiġi mqabbel mal-lista ta' impenji fil-qasam tas-servizzi, id-differenza li tirriżulta tkun kunsiderevoli. Madankollu dan ma jikkuntestax il-kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim internazzjonali intiż għal-liberalizzazzjoni ta’ dan il-qasam. Minn dan il-Komunità tikkonkludi li l-ebda argument ma jista’ jiġi bbażat fuq il-mod ta' elaborazzjoni u tal-kontenut tal-listi ta' impenji speċifiċi sabiex jiġu determinati l-kompetenzi rispettivi tal-Kommunità u ta' l-Istati Membri sabiex jikkonkludu l-GATS.

B –  It-tieni domanda.

Skond is-sunt li l-Kummissjoni tagħmel ta’ l-opinjoni 1/76, il-kompetenza li l-Komunità għandha sabiex tieħu impenji internazzjonali mhijiex limitata għal eventwalità fejn il-kompetenza interna kienet diġa ġiet użata, imma tista’ wkoll teżisti sakemm il-miżuri Komunitarji interni jiġu adottati biss għall-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali. Il-Kummissjoni hija mitluba sabiex tindika l-miżuri interni li l-adozzjoni tagħhom hija prevista għall-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-GATS u tat-TRIPs.

Il-Kummissjoni tgħid li fil-proposta tagħha ta’ atti ta’ implimentazzjoni tan-negozjati ta’ l-Urugwaj, reċentement mibgħuta lill-Kunsill, hija pproponiet –

–       emenda ta’ l-Artikoli 5 u 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta’ l-20 ta' Diċembru 1993, fuq it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

–       emendi tar-Regolamenti tal-Kunsill li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ l-inbejjed, ta’ l-inbejjed aromatizzati u ta’ l-ispirti [Regolementi tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87, tas-16 ta' Marzu 1987, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (ĠU L 84, p. 1); Nru 1576/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ l-ispirti (ĠU L 160, p.1), u Nru 1601/91, tal-10 ta' Ġunju 1991, li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (ĠU L 149, p.1)];

–       deċiżjoni li l-protezzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 87/54/KEE, tas-16 ta' Diċembru 1986, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi (ĠU 1987, L 24, p. 36) tiġi estiża għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Pajjiżi Membri ta’ l-ODK.

–       proposta emendata tar-regolament li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġi pprojbit ir-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni, l-esportazzjoni tal-merkanzija kontrafatta u tal-merkanzija pirata.

Il-Kummissjoni żżid li, fil-preżent, hija llimitat ruħha sabiex tipproponi biss il-miżuri li huma assolutament neċċesarji għall-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu. Huwa għal din ir-raġuni li hija ser tipproponi biss iktar ‘il quddiem il-miżuri Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-GATS .

C –  It-tielet domanda.

1. Il-Kummissjoni qalet li l-ebda dispożizzjoni tal-kapitoli tat-Trattat KE fuq id-dritt ta’ l-istabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tobbliga lil-leġiżlatur Komunitraju sabiex jagħmel użu purament intern (jiġifieri fir-rigward taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri) tas-setgħat mogħtija lilu minn dawn il-kapitoli. Il-Kummissjoni hija mitluba sabiex tindika l-każijiet li fihom, u l-kundizzjonijiet abbażi ta’ liema, il-leġiżlatur Komunitarju diġà għamel użu minn dawn is-setgħat fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni pprovdiet lista ta' tlieta u tletin att ta' dritt sekondarju, li jinkludu aspett estern. Uħud minnhom ittieħdu fis-setturi bankarji, finanzjarji, ta’ l-assigurazzjonijiet u tat-telekommunikazzjoni u huma bbażati fuq l-Artikoli 54, 57(2) jew 66, tat-Trattat. Xi oħrajn ġew adottati fil-qasam tat-trasport u huma ibbażati fuq l-Artikoli 84(2) tat-Trattat. L-iktar atti importanti minn dawk li ġew iċċitati mill-Kummissjoni jistgħu jinġabru fi gruppi kif ġej-.

a)      Ċerti atti ta' dritt sekondarju mhux biss jipprovdu li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma applikabbli wkoll għall-fergħat Komunitarji tal-kumpanniji ta’ Stati terzi, iżda jipprovdu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tagħhom –

Ara -

–       l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE, tat-13 ta' Frar 1989, dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, p. 40), ibbażata fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat

–       l-Artikolu 7 tal-Ħdax id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, p. 36), ibbażata fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat

–       id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1991, dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus, ibbażata fuq l-Artikoli 57(2) u 100 A (ĠU L 166 p. 77)

–       id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19/KE, tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU L 135, p. 5), ibbażat fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat. L-Artikolu 6 ta' din id-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-fergħat maħluqa minn dawn l-istabbilimenti finanżjarji li jkollhom l-uffiċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità, għandhomx kopertura ekwivalenti ta' dik prevvista minn din id-direttiva. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Istati Membri jistgħu jimponulhom sabiex jidħlu f’sistema ta' garanzija tad-depożiti li teżist fit-territorju tagħhom.

b)      Fil-qasam finanzjarju, il-leġiżlazzjoni Komunitarja tapplika għall-garanziji trasferibbli kollha li huma aċċettati jew li huma s-suġġett ta’ applikazzjoni ta' ammissjoni għall-listi ta' Borża uffiċjali li tinsab jew li topera ġewwa Stat Membru, anki jekk dan ikun stabbilit ġewwa pajjiż terz.

Ara l-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE, tal-5 ta' Marzu 1979, li tikkoordina l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ Borża uffiċjali (ĠU L 66, p. 21) u d-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE, tas-17 ta' Marzu 1980, li tikkoordina l-ħtiġijiet għat-tfassil, stħarriġ u distribuzzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista li għandhom ikunu ppubblikati għall-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta' Borża uffiċjali (ĠU L 100, p. 1), it-tnejn li huma bbażati fuq l-Artikoli 54(3) (g) u 100 tat-Trattat.

ċ)      F’ordni ta’ideat viċini ħafna, direttiva tapplika għall-kumpanniji ta' pajjiżi terzi li l-ishma tagħhom ġew ammessi għal-listi ta' Borża uffiċjali Komunitarja.

Ara d-Direttiva tal-Kunsill 82/121/KEE, tal-15 ta' Frar 1982, fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq bażi regolari mill-kumpanniji li l-ishma tagħhom ġew ammessi għal-listi ta' Borża uffiċjali (ĠU L 48, p. 26), ibbażżata fuq l-Artikoli 54(3) (g), u 100 tat-Trattat.

Direttiva oħra li tapplika għall-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi li jakkwistaw jew li jċedu sehem importanti f’kumpannija li taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru u li l-ishma tagħhom ġew ammessi għal-listi ta' Borża uffiċjali Komunitarja.

Ara d-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE, tat-12 ta' Diċembru 1988, fuq l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata meta jinxtara jew jinbiegħ sehem maġġuri f'kumpannija ammessa fil-lista ta' Borża uffiċjali (ĠU L 348, p. 62), ibbażata fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat.

d)      Id-direttia “televiżjoni mingħajr fruntieri” tinkariga lill-Istati Membri sabiex jishru li x-xandiriet kollha televizizi trażmessi kemm minn organi televiżivi li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, jew inkella minn organiżmi organi televiżivi li jużaw il-frekwenza jew l-kapaċità ta' sattelita aċċettata minn dan l-Istat Membru, jew b’konnesjoni ma’ sattelita li tinsab ġewwa dan l-Istat Membru imma li ma tkunx tiddependi mill-kompetenza ta' dan l-Istat Membru, ikunu jirrispettaw id-dritt applikabbli għax-xandiriet intiżi għall-pubbliku ta' dan l-Istat Membru.

Ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p.23), ibbażata fuq l-Artikoli 57(2) u 66 tat-Trattat.

e)      Xi atti ta' dritt sekondarju jawtorizzaw lill-Komunità sabiex tikoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex tiġi msaħħa l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Ara –

–       id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE, tas-6 ta' April 1992, dwar is-sorveljanza ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata (ĠU L 110, p. 52), ibbażata fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat. L-Artikolu 8 jawtorizza lill-Kunsill sabiex jikkonkludi ftehim ma’ pajjiżi terzi sabiex jiġu miftehma l-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-surveljanza fuq bażi konsolidata, min-naħa, lill-istabbilimenti finanzjarji li l-uffiċju prinċipali tagħhom jinsab f’pajjiż terz, u, min-naħa l-oħra, lill-istabbilimenti finanzjarji li jinsabu f’pajjiż terz iżda li għandhom l-istituzzjoni finanżjarja jew il-kumpannija finanzjarja li hija l-kumpannija prinċipali rreġistrata fil-Komunità,

–       id-Direttiva tal-Kunsill 89/592/KEE, tat-13 ta' Novembru 1989, li tikkkonċerna l-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet dwar l-insider dealings (ĠU L 334, p. 30), ibbażata fuq l-Artikolu 100A tat-Trattat. L-Artikolu 11 jawtorizza lill-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma rregolati mid-direttiva.

f)      Xi atti tad-dritt sekondarju jawtorizzaw lill-Komunità sabiex din tikkonkludi ftehim ma’ wieħed jew ma’ diversi pajjiżi terzi bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar regoli iktar favorevoli għall-fergħat Komunitarji tal-kumpanniji ta’ dawn il-pajjiżi terzi minn dawk previsti minn dawn l-atti tad-dritt sekondarju, dejjem sakemm trattament simili jingħata lill-fergħat tal-kumpanniji Komunitarji f’dawn il-pajjiżi terzi (prinċipju tar-reċiproċità ). F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirreferi –

–       għal Artikolu 9(3) ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE, tat-12 ta' Diċembru 1977, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 322, p. 30), ibbażat fuq l-Artikolu 57 tat-Trattat,

–       għal Artikolu 32 ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE, tal-5 ta' Marzu 1979, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività ta' l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u l-eżerċizzju ta' din l-attività (ĠU L 63, p.1) ibbażata wkoll fuq l-Artikolu 57 tat-Trattat

–       għal Artikolu 29 ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta' Ġunju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, p.3), ibbażata fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat. Abbażi ta’ l-Artikolu 29 ta' din l-ewwel direttiva, ġie konkluż ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 57(2) u 235 (ĠU 1991 L 205, p. 2).

ġ)       Atti oħra tad-dritt sekondarju jistabbilixxu proċedura permanenti ta' evalwazzjoni ta’ l-aċċess riservat għal operaturi ekonomiċi Komunitarji tas-swieq ta’ pajjiżi terzi. Jekk ikun jidher li l-kumpanniji Komunitarji ma jibbenefikawx minn aċċess għas-suq paragunabbli għal dak li toffri l-Komunità lill-kumpanniji ta' dawn il-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tibda negozjati ma’ dawn il-pajjiżi terzi bil-għan li tirranġa s-sitwazzjoni, kif ukoll li tipproponi lill-Kunsill sabiex jingħalaq is-suq Komunitarju għall-kumpanniji sussidjarji Komunitarji tal-kumpanniji ta’ dawn it-pajjiżi terzi.

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirreferi għal –

–       Artikoli 8 u 9 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE, tal-15 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u li temenda d-Direttiva 77/780/KEE (ĠU L 386, p.1), ibbażata fuq l-Artikolu 57(2)

–       għal Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE, tat-8 ta' Novembru 1990, li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur, id-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 88/357/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 330, p. 44)

–       għal Artikolu 8 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta' Novembru 1990, dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal assigurazzjoni diretta tal-ħajja, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet għall-faċilitazzjoni ta' l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu provduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (ĠU L 330, p.50)

–       għal Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, tal-10 ta' Mejju 1993, dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU L 141, p. 27), ibbażata fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat.

h)       Fil-qasam finanzjarju, xi direttivi tal-Kunsill jawtorizzaw lill-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim ma’ pajjiżi terzi bil-għan li jiġi rikonoxxut, permezz tar-reċiproċità, il-prospectus stabbiliti u kontrollati skond il-leġiżlazzjoni ta' dan jew ta' dawn il-pajjiżi terzi bl-iskop ta' ammissjoni fil-listi tal-borża jew bl-iskop ta’offerta pubblika.

Ara d-Direttiva 87/345/KEE tal-Kunsill, tat-22 ta' Ġunju 1987, li temenda d-Direttiva 80/390 iċċitata iktar ‘il fuq (ĠU L 185, p. 81), ibbażata fuq l-Artikolu 54(2) tat-Trattat, u d-Direttiva tal-Kunsill 89/298/KEE, tas-17 ta' April 1989, li tikkoordina l-ħtiġiet għat-tħejjija, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospectus li għandu jiġi ppubblikat meta titoli trasferibbli jiġu offerti lill-pubbliku (ĠU L 124, p. 8), ibbażata fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat.

i)      Fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, hemm direttiva li tipprovdi li l-offerta magħmula għall-attribuzzjoni ta' kuntratt ta' provvista, li jinkludi parti mill-prodotti oriġinarji minn pajjiż terz li jaqbeż il-50% tal-valur totali tal-prodotti li jagħmlu din l-offerta, tista’ tiġi rrifjutata, sakemm il-Komunità ma tkunx ikkonkludiet xi ftehim ma’ dan il-pajjiż terz li jkun jassigura li l-kumpanniji tal-Komunità jkollhom aċċess paragunabbli u effetiv għas-swieq tiegħu.

Ara l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE, tas-17 ta'
Settembru 1990, dwar il-proċedura għall-għoti ta' kuntratti fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet, ibbażati fuq l-Artikoli 57(2) 66, 100A u 113 tat-Trattat (ĠU L 297, p.1).

Abbażi ta’ l-Artikolu 29 ta’ din id-direttiva, il-Komunità Ewropea kkonkludiet ftehim fil-forma ta' memorandum ta' ftehim ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar il-kuntratti pubbliċi. Dan jassigura aċċess paragunabbli u effetif tal-kumpanniji tal-Komunità fis-swieq ta’ l-Istati Uniti f'dak li jirrigwarda t-trasferiment ta' swieq ta' provvista u ta' xogħolijiet min-naħa tal-entitajiet kontraenti tagħha tas-settur ta’ l-enerġija elettrika [ara d-deċiżjoni tal-Kunsill 93/323/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993, li tapprova l-ftehim (ĠU L 125, p.1), ibbażata fuq l-Artikolu 113, u d-deċiżjoni tal-Kunsill 93/324/KEE, ta’ l-10 ta' Mejju 1993, dwar l-estensjoni tal-benefiċju tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/531/KEE għall-Istati Uniti, ibbażata wkoll fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat (ĠU L 125, p. 54)].

Skond direttiva oħra, meta l-Kummissjoni tikkonstata li pajjiż terz, f'dak li jirrigwarda l-attribuzzjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi, ma jagħtix lill-kumpanniji tal-Komunità aċċess effetif paragunabbli għal dak mogħti mill-Kommunità lill-kumpanniji ta’ dan il-pajjiż terz, din tista’ tipproponi lill-Kunsill li tiġi deċiża s-sospendsjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-attribuzzjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi -

–       lill-kumpanniji suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat

–       lill-kumpanniji li huma konessi mal-kumpanniji msemmija fil-punt a) li l-uffiċju prinċipali tagħhom jinsab fil-Komunità, iżda li m’għandhomx konnesjoni diretta u effettiva ma’ l-ekonomija ta' Stat Membru

–       lill-kumpannij li jippreżentaw xi offerti li jkollhom bħala suġġett servizzi li jkunu ġejjin mill-pajjiżi terzi kkonċernati

Ara l-Artikolu 37(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 199, p.84), ibbażata fuq l-Artikoli 57(2), 66, 100 A, u 113 KEE.

j)       Fil-qasam tat-trasport marittimu, hemm regolament li jistabilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tagħmel tajjeb għal prattiċi tarrifarji żleali ta' ċerti sidien ta’ vapuri ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jassiguraw is-servizzi tal-linji internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija.

Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86, tat-22 ta' Diċembru 1986, dwar prattiċi ta' prezzijiet mhux ġusti fit-trasport marittimu (ĠU L 378, p. 14), ibbażat fuq l-Artikolu 84(2) tat-Trattat.

Regolament ieħor jistabilixxi l-proċedura li għandha tiġi applikata meta jkun hemm miżura, abottata minn pajjiż terz jew mill-aġenti tiegħu, li tkun tillimita jew tirriskja li tillimita l-aċċess liberu tal-kumpanniji marittimi ta' l-Istati Membri jew tal-vapuri reġistrati ġewwa Stat Membru (Artikolu 1). Dan huwa applikabbli għall-kumpanniji marittimi ta' pajjiż terz li jassiguraw servizz bejn il-pajjiż tagħhom stess jew bejn pajjiż terz ieħor u wieħed jew diversi Stati Membri (Artikolu 2). L-Artikolu 4(1) (b), jawtorizza l-adozzjoni koordinat ta’ kontro-miżuri fir-rigward ta’ kumpanniji bħal dawn (punt b).

Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86, tat-22 ta' Diċembru 1986, dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani (ĠU L 378, p.21) ibbażat fuq l-Artikolu 84(2) tat-Trattat.

2.      B’mod iktar ġenerali, il-Kummissjoni hija mitluba sabiex tiżvilluppa, fil-każ fejn il-kompetenza tkun, hekk kif isostni l-Kunsill u ċerti pajjiżi li ppreżentaw osservazzjonijiet, limitata biss għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, l-argumenti li jippermettu li minn kompetenza interna, hekk limitata, tiġi dedotta kompetenza esterna li tinkludi t-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Preliminarjament, il-Kummissjoni tenfasizza li l-GATS u t-Trattat KE huma t-tnejn ibbażati fuq il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u jużaw l-istess mezzi legali sabiex iwettqu l-għan tal-liberalizzazzjoni tal-provvista ta’ servizzi. Għalhekk, l-Artikoli 52 u 59 tat-Trattat jipprekludu lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri li jkunu ta’ dannu għall-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità. Min-naħa tiegħu l-GATS jipprojbixxi lill-Membri tiegħu milli jidiskriminaw bejn iċ-ċittadini tal-Membri differenti (klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit) kif ukoll milli jitrattaw lill-fornituri ta’ servizzi lokali jew barranin, b’mod differenti f'dak li jirrigwarda l-aċċess għas-suq u l-kundizzjonijiet ta’ l-eżerċizzju ta’ l-attività tagħhom (klawżola dwar l-aċċess għas-suq u dwar it-trattament nazzjonali).

Huwa għal din ir-raġuni li, il-fatt li jiġi deċiż li l-Komunità għandha, abbażi tat-teorija tal-parallelliżmu tal-kompetenzi, kompetenza esterna sabiex tikkonkludi l-GATS, dan ma jkunx ifisser li s-setgħat esterni tal-Komunità jkollhom portata akbar mis-setgħat interni tagħha, imma pjuttost li dawn għandhom portata paragunabbli, jekk mhux saħansitra iktar stretta..

Il-Kummissjoni tkompli billi ssemmi żewġ argumenti favur kompetenza esterna tal-Komunità li tkun tinkludi fiha t-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – minn naħa, in-neċċessità ta' azzjoni esterna u, min-naħa l-oħra, ir-riskju li jiġu affettwati r-regoli Komunitarji.

F’dak li jirrigwarda n-neċċessità ta' azzjoni esterna, il-Kummissjoni tosserva li l-vantaġġi ekonomiċi li l-fornituri Komunitarji ta’ serviżżi għandhom abbażi tat-Trattat qegħdin fil-punt li jilħqu l-limitu tagħhom meta jiġi mwettaq is-suq intern. Hija l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-sevizzi fil-pajjiżi terzi li, attwalment, hija l-iktar waħda li x’aktarx tista’ ssostni l-iżvillup ekonomiku ta' l-Istati Membri. Skond il-Kummissjoni, il-Komunità ma tistax tfittex li tikseb vantaġġi kummerċjali għall-operaturi ekonomiċi Komunitarji fis-swieq ta’ pajjiżi terzi mingħajr ma tkun f’pożizzjoni li toffri kumpens lilll-fornituri ta’ servizzi ta’ pajjiżi terzi fis-suq komuni, u dan jimplika li hija hija kompetenti sabiex tirregola l-aċċess tagħhom fis-suq komuni.

Sabiex turi l-interdipendendenza stretta bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet ta’ l-azzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni tagħti żewġ eżempji - il-ftehim, tal-10 ta' Ottubru 1989, bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta apparti dik fuq il-ħajja u t-tieni direttiva bankarja, iċċitata iktar ‘il fuq. Il-ftehim konkluż mal-Konfederazzjoni Żvizzera “għandu l-għan li jistabbilixxi, fuq bażi ta' reċiproċità, il-kundizzjonijiet neċċessarja u suffiċjenti sabiex jippermettu lill-aġenti u lill-fergħat ta' kumpanniji li jkollhom l-uffiċju prinċipali tagħhom fit-territorju ta' waħda mill-partijiet kontraenti, u li jixtiequ jistabilixxu ruħhom jew li huma diġà stabbiliti fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, sabiex ikunu jistgħu jaċċedu għall-attività mhux imħallsa ta’ l-assigurazzjoni diretta, differenti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja jew inkella li teżerċita din l-attività (Artikolu 1). It-tieni direttiva bankarja tipprevedi l-possiblità li jiġu sospiżi l-applikażżjonijiet għal-liżenżji tal-kumpanniji sussidjarji Komunitarji ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiżi terzi bil-għan li jingħata lill-Komunità mezz sabiex din tinnegozja aċċess effetif għas-suq tal-pajjiżi terzi kkonċernati favur kumpanniji sussidjarji, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji Komunitarji, stabbiliti f’dawn il-pajjiżi..

It-tieni argument mressaq mill-Kummissjoni, huwa li, jekk il-kompetenza interna tal-Komunità tiġi limitata għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, il-prinċipji tal-libertà ta’ l-istabbiliment u tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi jistgħu jiġu affettwati.

L-ewwel nett jista’ jkun hemm abbużi fil-provvista ta’ sevizzi u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jekk kull Stat Membru jkun f’pożizzjoni li jiddetermina, għaċ-ċittadini tat-pajjiżi terzi, ir-regoli li jirregolaw l-aċċess għas-suq tagħhom u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet mhux imħallsa. Per eżempju, l-Istat Membru l-iktar liberali fil-qasam tal-bank u ta’ l-assigurazzjoni jieħu l-parti l-kbira tal-fornituri ta’ dawn is-serviżżi provenjenti minn pajjiżi terzi billi jadotta kundizzjonijiet anqas stretti minn dawk previsti fid-dritt Komunitarju (fil-qasam tal-kapital minimu, tar-reservi tekniċi, limiti ta’ solvenza…) U l-persuni assigurati residenti fl-Istati membri anqas liberali jinjoraw il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni stabbiliti f’dawn il-Istati Membri sabiex jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni li joperaw ġewwa l-Istat Membru iktar liberali.

Barra minn dan, dejjem hemm ir-riskji li jiġu affettwati l-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju, kemm jekk kien hemm jew le armonizzazzjoni Komunitarja. Per eżempju, fil-qasam tar-rikonoxxenza tal-kwalifiċi professjonali, jekk Stat Membru jadotta, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, sistema iktar favorevoli minn dik applikabbli għaċ-ċittadini Komunitarji, huwa jkun qiegħed jostakola d-dritt ta’ stabbiliment u d-dritt għall-liberta li jiġu pprovduti servizzi fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri l-oħra. Leġiżlazzjoni bħal din tmur, barra minn hekk, kontra l-prinċipju tal-koerenza jew tal-preferenza Komunitarja, kif ukoll kontra l-Artikolu 5 tat-Trattat.

D –  Ir-raba’ domanda.

Il-Kunsill essenzjalment iqis li l-kapitoli tat-Trattat KE li jirrigwardaw id-dritt ta' l-istabbiliment u s-sevizzi ma jgħid xejn fuq it-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini (kumpanniji u persuni fiżiċi) ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-metodu ta’ fornitura “preżenza kummerċjali”, skond it-terminoloġija tal-GATS, huwa jagħmel distinzjoni bejn kumpanniji sussidjarji ta' kumpannija ta' Stat terz u s-sempliċi fergħat ta' kumpannija ta' Stat terz. Il-Kunsill huwa mitlub jelabora iktar il-pożizzjoni tiegħu.

Preliminarjament, il-Kunsill jinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja li, waqt il-Kunsill (Affarijiet ġenerali) tal-4 ta’ Ottubru 1994 ġewwa l-Lussemburgu, huwa approva abbozz ta’ deċiżjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim tan-negozjati ta’ l-Urugwaj li intbgħat lill-Parlament Ewropew sabiex dan ikun jista’ jiddeċiedi l-pożizzjoni tiegħu fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-opinjoni favorevoli. Dan l-abbozz ta' deċiżjoni gġandu, eventwalment, jiġi rivedut fid-dawl ta’ l-opinjoni li ser tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja fil-15 ta' Novembru 1994. F’din il-fażi, il-Kunsill adotta bħala bażi legali għal kompetenza Komunitarja, l-Artikoli 43, 54, 57, 66, 75, 84(2) 99, 100, 100 A, 113 u 235, b’konnesjoni mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 228(3), tat-Trattat KE.

Wara s-seduta tal-11 ta’ Ottubru 1994, il-Kunsill ippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja l-“kodiċi tal-kondotta” stabbilit bi qbil bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda n-negozjati ta' “wara l-Uruguay-Round” fuq is-servizzi. Dan jipprovdi kif ġej –

“1. Fir-rigward tan-negozjati fuq il-kummerċ fil-qasam tas-servizzi msemmija fid-deċiżjonijiet ministerjali adottati ġewwa Marrakech fil-15 ta' April 1994 u waqt kull diskussjoni oħra dwar il-kummerċ f’dan il-qasam, immexxija taħt il-awspiċi jew tal-Kumitat preparatorju jew tal-Kunsill ta’ l-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ għal kummerċ tas-servizzi, ġie miftiehem li, filwaqt li jinżammu l-pożizzjonijiet ta' wieħed u ta’ l-ieħor fuq il-mandat ġdid u fuq il-kwistjoni tat-tqassim tal-kompetenzi u bla ħsara għall-eżitu tar-rikors ta' opinjoni imressaq mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq is-suġġett tal-kompetenzi, il-Kummissjoni għandha tkompli(17) -

a)       tinnegozja f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fil-kuntest tan-negozjati u tad-diskussjonijiet msemmija iktar ’il fuq

b)      tinforma lill-Istati Membri, l-iktar kmieni possibli, fuq id-data u l-post tad-diskussjonjiet kollha jew tan-negozjati ppjanati mal-partijiet l-oħra, kemm jekk dan ikun fil-kuntest ta' gruppi ta' negozjati uffiċjali jew oħrajn, metali l-Istati Membri ma jkunux ġew direttament informati

c)      tesprimi, dwar il-kwistjonijiet, il-pożizzjonijiet meħuda skond il-proċeduri deċizjonali relevanti (18)

d)      tishar li r-rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha jkunu f'pożizzjoni li jassistu għal-laqgħat u n-negozjati kollha fuq il-mertu, dejjem jekk l-Istati Membri jistgħu jqabbdu lill-presidenza sabiex tirrapreżenthom.

e)      tqassam malajr kull nota lill-Istati Membri, uffiċjali jew mingħajr garanzija uffiċjali – li tkun ġejja mis-Sekretarjat tal-GATT jew ta' parteċipanti oħra, inkluża l-Kummissjoni stess – li ma tkunx ġiet mibgħuta direttament lill-Istati Membri

2. Il-Kunsill jieħu r-reżoluzzjoni li jwaqqaf regolarment is-sunt jew l-evalwazzjoni tan-negozjati fuq il-bażi tar-rapporti li l-Kummissjoni ser tippreżenta lill-Kunsill f’mument utli għalih sabiex jingħatalu ż-żmien biex jipprepara x-xogħolijiet tiegħu. Il-Kunsill jeżamina l-formulazzjoni tal-għanijiet tan-negozjati għal kull settur tas-servizzi u jżomm id-dritt li jagħti lill-Kummssjoni, fi żmien utli, id-direttivi rilevanti”

Il-Kunsill essenzjalment iqis li, il-kapitoli tat-Trattat KE li jirrigwardaw id-dritt ta’ stabbiliment u s-servizzi ma jgħidu xejn fuq it-trattament li għandu jingħata lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi ċittadini ta’ pajjiżi terzi , u dan għaliex, fl-opinjoni tiegħu, mill-kliem stess użat fl-Artikoli 52 etseq, 59 et seq u 221 jirriżulta li t-Trattat KE ma jimponi, fuq l-Istati Membri, l-ebda obbligu dwar it-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kunsill jelabora l-argument tiegħu billi jagħti eżempju – il-privatizzazzjoni ta' impriża pubblika tas-servizzi.

Fin-nuqqas ta' miżura Komunitarja ta' armonizzazzjoni f’dan il-qasam, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-privatizzazzjoni. Madankollu, fl-eżerċizzju ta' din il-kompetenza, l-Istati Membri jgħandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet u l-limiti li huma għandhom skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat (per eżempju l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, li l-Artikolu 58 jestendi għall-kumpanniji). F’dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni bejn kumpanniji rreġistrati fl-Istati Membri u l-kumpanniji “barranin”, jiġifieri rreġistrati ġewwa pajjiż terz. Għaqlhekk, ,eta jiġu stabbiliti, mil-liġi nazzjonali, il-kundizzjonijiet abbażi ta’ liema l-kumpanniji privati jkunu jistgħu jaċċedu għall-kapital tal-kumpannija li tgħandha tiġi privatizzata, ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni bejn il-kumpanniji rreġistrati fl-Istati Membri minħabba n-”nazzjonalità” tagħhom. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kumpanniji barranin, il-kompetenza ta' l-Istati Membri tibqa’ sħiħa u tista’ wkoll tiġi eżerċitata mingħajr ma l-ebda dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju ma tkun applikabbli.

L-istess eżempju jippermetti sabiex il-Kunsill ikun jista’ jispjega d-distinzjoni li huwa jagħmel, għall-metodu ta’ fornitura “preżenza kummerċjali”, bejn kumpanniji sussidjajrji u l-fergħat jew l-aġenti tal-kumpanniji tat-pajjiżi terzi.

Fl-opinjoni tiegħu, jekk kumpannija ta' pajjiż terz ikollha żewġ kumpanniji sussidjarji stabbiliti ġewwa Stati Membri differenti, l-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel il-privatizzazzjoni ma jkunx jista’, abbażi ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 52, jiddiskriminazzjoni bejn dawn iż-żewġ kumpanniji sussidjarji, meta huwa jiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-kapital mill-kumpanniji privati.

Jekk, min-naħa l-oħra, kumpannija ta' pajjiż terz ikollha biss, fl-Istati Membri, fergħat jew aġenziji (għalhekk mingħajr personalità ġuridika), l-Artikolu 58 – li jikkontempla biss il-kumpanniji – ma japplikax u l-Istat Membru li jipprivatizza jkun jista’ jagħti trattament differenti lil dawn id-diversi fergħat jew aġenziji.

E –  Il-ħames domanda

Ir-Renju Unit jesponi li l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma titratta l-ewwel stabbiliment tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jibdew attività ta' servizzi ġewwa Stat Membru. Madankollu huwa josserva li l-istituzzjonijiet Komunitarji adottaw miżuri li jiddeterminaw “ir-regoli li jirrigwardaw l-eżerċizzju mill-Komunità tal-kompetenza esterna f’dak li jikkonċerna l-istabbiliment taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi ħdan il-Komunità”. Ir-Renju Unit f’dan ir-rigward jikkwota direttivi adottati fil-qasam tal-banek u ta’ l-assigurazzjonijiet. Ir-Renju Unit huwa mitluba jindika kif hija jgħaqqad din il-prattika (li hi ma jikkuntestax) mal-pożizzjoni li huwa jiddefendi fir-rigward tal-portata tal-kapitoli fuq l-istabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi.

Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li l-kapitoli tat-Trattat KE, li jirrigwardaw l-istabbiliment u s-servizzi ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kompetenza interna tal-Komunità, fil-qasam ta’ l-ewwel stabbiliment taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri.

L-uniku għan tal-kapitolu fuq id-dritt ta’ stabbiliment huwa dak li jiġi ggarantit l-istabbiliment taċ-ċittadini ta' l-Istat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. L-għan tal-kapitolu fuq il-liberta li jiġu pprovduti servizzi huwa li din il-libertà tiġi assigurata liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Komunità. Dawn il-kapitoli, għalhekk, ma jippersegwu l-ebda għan speċifiku, fis-sens tal- ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-kompetenza internazzjonali, li jista’ jikkostittwixxi l-bażi ta' kompetenza internazzjonali impliċita sabiex jiġu konklużi ftehim ma’ pajjiżi terzi.

F’dan ir-rigward hemm kuntrast bejn, minn naħa, il-kapitoli fuq l-istabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi, u, min-naħa l-oħra, il-kapitoli dwar it-trasport.

Fis-sentenza ta’ l-14 ta' Lulju 1976, Kramer (3/76, 4/76 u 6/76, Ġabra p. 1279), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat KEE u ta’ l-att ta’ adeżjoni, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2142/70, tal-20 ta' Ottubru 1970, li jġib organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-setturi tal-prodotti tas-sajd (ĠU L 236, p. 5), jagħtu kompetenza interna lill-Komunità sabiex tirregola l-attività tas-sajd fl-ibħra internazzjonali, bil-għan li jiġu ppreżervati r-riżorsi bioloġiċi tagħha. Hija kkunsidrat li mill-obbligi imposti u mis-setgħat mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-Komunita fuq il-livell intern jirriżulta li l-Komunità hija kompetenti sabiex tissottometti ruħha għal impenji internazzjonlai bil-għan li jiġu kkonservati r-riżorsi bioloġiċi li jinsabu fl-ibħra nternazzjonali. Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li l-ġurisdizzjoni ta' kull Stat Membru fl-ibħra internazzjonali hija limitata għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu u li r-riservi tal-ħut huma migratorji. Konsegwentement, il-miżuri ta' konservazzjoni adottati minn Stat Membru (jew mill-Komunità għall-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità ta' l-Istati Membri) mhuma ser jipproduċu l-ebda effett utli sakemm ma jiġux adottati miżuri simili mill-Istati ġara. Minn dan isegwi, li min-natura tagħha, il-konservazzjoni tar-riżorsi ta’ l-ibħra internazzjonali tista’ sseħħ biss permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali bejn il-partijiet li għandhom ġurisdizzjoni fuq dawn l-ibħra.

Il-Gvern tar-Renju Unit jenfasizza li, fis-sentenza ERTA, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tikkonkludi li teżisti kompetenza interna ta’ l-Artikoli 74 u 75 tat-Trattat KEE, minħabba li setgħet tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 75, (a) li “jikkonċerna wkoll, fir-rigward tal-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Komunità, it-trasport li jkun ġej jew li jkun sejjer lejn pajjizi terzi". Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tiddeċiedi li "il-kompetenza tal-Komunità testendi ruħha għal relazjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam internazzjonali u timplika, għalhekk, fil-qasam ikkonċernat, in-neċessita ta' ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati".

Min-naħa l-oħra, il-bażi ta’ kompetenza esterna tal-Komunità sabiex din tikkonkludi l-GATS m’għandiex tiġi mfittxa fir-regoli tat-Trattat fuq l-istabbiliment u s-servizzi, imma fir-regoli tad-dritt sekondarju adottati fil-kuntest tal-kapitoli fuq l-istabbilimenti u s-servizzi.

Il-fatt li l-kapitoli fuq l-istabbiliment u s-servizzi ma jiddefinixxu l-ebda għan speċifiku f'dak li jirrigwarda l-ewwel stabbiliment jew mi-liberta li jiġu pprovduti servizzi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ma jeskludix li l-Komunità tista’ tadotta, f’ċerti ċirkustanzi, xi atti li jirrigwardaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Il-Gvern tar-Renju Unit jindika żewġ sitwazzjonjiet fejn hija tista’ tagħmel dan.

L-ewwel nett, fejn l-Kunsill jadotta xi regoli interni bil-għan li jiffaċilita l-eżerċizzju, min-naħa taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, tal-libertà ta’ l-istabbiliment u tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi, dawn ir-regoli interni jistgħu jirregolaw ukoll is-sitwazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi safejn ikun meħtieġ sabiex jiġi assigurat l-eżerċizzju effetiv, tad-drittijiet imsemmija iktar ‘il fuq, miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri fil-kundizzjonijiet previsti mit-Trattat għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-Renju Unit jagħti żewġ eżempji ta’ dan. Sabiex jiġi ffaċilitat d-dritt ta’ stabbiliment taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, ġiet adottata direttiva sabiex il-membri tal-familja ta’ dawn ta’ l-aħħar li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dritt tad-dħul u ta’ soġġorn. L-eżempju l-ieħor huwa dak fejn ir-regoli dwar il-fergħat ta’ kumpanniji li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru ġew estiżi għall-fergħat ta’ kumpanniji li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom f’pajjiżi terzi. Il-Gvern tar-Renju Unit jirreferi f’dan ir-rigward, għall-ħdax–il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, p. 36).

It-tieni nett, regoli interni jistgħu, permezz ta’ dispożizzjoni espliċita, jipprovdu kompetenza esterna tal-Komunità fir-riġward ta’ l-oqsma koperti minnhom. Għalhekk, ir-regoli interni li jistgħu jipprovdu għall-konklużjoni ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi, jindikaw li l-fergħat tal-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, jew inkella l-konklużjoni ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi b’tali mod li l-fergħat ta’ kumpanniji ċittadini ta’ Stati Membri jibbenefikaw minn trattament li ma jkunx anqas favorevoli minn dak mogħti fil-Komunità lill-fergħat ta’ kumpanniji ta’ pajjiżi terzi. Ir-Renju Unit jirreferi, f’dan ir-rigward, għad-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel u tat-tieni direttivi bankarji, iċċitati iktar ‘il fuq, kif ukoll għal dawk ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE, tal-5 ta' Marzu 1979, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività ta' l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u l-eżerċizzju ta' din l-attività (ĠU L 63, p.1), li huwa espona iktar fid-dettall fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu (B. 2 i) (XII)).

Il-Gvern tar-Renju Unit jfakkar fl-aħħar nett, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta l-Komunità, abbażi tal-kapitoli fuq l-istabbiliment u s-servizzi, adottat regoli li jikkostitwixxu, fihom infushom, miżuri ta' armonizzazzjoni esklużiva, anki mingħajr ma pprovdiet dispożizzjonijiet espliċiti għal eżerċizzju ta' kompetenza internazzjonali, dawn ir-regoli interni jistgħu, fihom infushom, jikkostitwixxu l-bażi ta’ kompetenza internazzjonali impliċita ffi ħdan il-Komunità (ara s-sentenza ERTA, iċċitat iktar ‘il fuq). Iżda, fejn ir-regoli interni rilevanti ma jkunux miżura ta’ armonizzazzjoni esklużiva, il-kompetenza esterna li taqa' taħt il-eżerċizzju tal-kompetenza interna l-anqas mhija ta’ natura esklużiva.

F –  Is-sitt domanda

Peress li la l-Kunsill u lanqas l-Istati li ppreżentaw osservazzjonijiet ma jagħtu tweġiba għall-argumenti li l-Kummissjoni żvillupat sabiex turi n-neċċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità u tagħha biss. Huma għalhekk mitluba sabiex jew jirrispondu jew jindikaw għaliex huma ma jqisux li huwa neċċesarju li jagħtu tweġiba.

Il-Kunsill jenfasizza d-diffikultajiet li kellu sabiex jifhem l-argumenti żvillupati mill-Kummissjoni sabiex turi n-neċċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità u tagħha biss. Mill-kumplament, huwa qies li ma kienx neċċessarju li jagħti risposta espliċita f’dan ir-rigward u jipprovdi l-ispjegazzjoni segwenti.

L-ewwel nett, il-Kunsill josserva li l-preċedent invokat mill-Kummissjoni sabiex issostni n-“neċċessità” tal-parteċipazzjoni esklużiva tal-Komunità għall-ftehim GATS huwa dak ta’ ftehim imsejjħa “ewropej” mal-pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u orjentali, li kienu ġew speċifikament konklużi b’mod konġunt mill-Komunità u mill-Istati Membri.

Wara dan, il-Kunsill jikkunsidra, hekk kif jagħamel il-Parlament Ewropew, li l-Kummissjoni qed tħallat żewġ kwistjonijiet distinti, dik tal-kuntest legali li għandha jiġi rrispettata mil-leġiżlatur Komunitarju u dik tal-kriterji ta’ l-opportunità politika abbażi ta’ liema l-leġiżlatur Komunitarju jiddeċiedi li jaġixxi (jew le) u dwar il-portata li għandha tingħata lil din l-azzjoni.

Fl-aħħar nett, skond il-Kunsill, l-argument tal-Kummissjoni li jirrigwarda r-riskju ta’ azzjonijiet internazzjonali mifruxin ta' l-Istati Membri, jekk dawn jikkonkludu l-GATS u t-TRIPs abbażi tal-kompetenzi tagħhom proprja, huwa bbażat fuq preżentazzjoni żbaljata tal-fatti.

Il-Kunsill isostni li, s’issa, il-kompetenza ta' l-Istati Membri, fil-parti l-kbira ta’ l-oqsma koperti minn dawn iż-żewġ ftehim ma ġietx ikkontestata u ġiet eżerċitata b’mod konstanti fuq livell internazzjonali (per eżempju, il-konvenzjonijiet konklużi fil-kuntest ta’ l-ODPI). Dan ma pprekludiex l-iżvillup progressiv tal-leġiżlazzjoni Komunitarja interna u ta’ l-azzjoni internazzjonali tal-Komunità.

Il-Gvern Daniżi u dak Griegi ma elaborawx fuq din id-domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Skond il-Gvern Ġermaniż, jekk wieħed jaċċetta, hekk kif issostni sussidjarjament l-Kummissjoni, li l-Komunità għandha l-obbligu li taġixxi, billi tuża s-setgħat mogħtija lilha mill-Artikoli 100A u 235 tat-Trattat KE, din il-pożizzjoni tmur kontra l-Artikolu 4 ta’ l-istess Trattat u twassal għal tibdil ta’ dan it-Trattat. Il-Gvern Federali jsemmi l-problemi istituzzjonali li tqajjem pożizzjoni bħal din fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Bundersverfassungsgericht fis-sentenza tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar ir-ratifikazzjoni tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-parti CII 3b li tgħid -

“It-Trattat ta’ l-Unjoni jagħmel differenza ta’ prinċipju bejn l-eżerċizzju ta’ kompetenza ta’ setgħa pubbliku definit b’mod restrittiv, minn naħa, u r-reviżjoni tat-Trattat, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni ta’ dan ma tistax għalhekk twassal għal riżultat ekwivalenti għall-estensjoni tiegħu, interpretazzjoni simili tar-regoli tal-kompetenza ma jkollix natura obbligatorja għall-Ġermanja”.

Skond il-Gvern Spanjol, l-argumenti li l-Kummissjoni żvillupat sabiex turi n-neċċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità u tagħha biss, jmorru kontra l-prinċipju ta’ l-attribuzzjoni speċifika tal-kompetenzi msemmija fl-Artikoli 3B u 4(1), tat-Trattat KE. Fiha nfisha, il-konstatazzjoni tan-neċċessità ta’ azzjoni esterna komuni ma tistax tintuża bħala bażi tal-kompetenza esklużiva tal-Komunità jekk din ma ġietx mogħtija lilha mill-Istati Membri. Li tiġi aċċettata teżi kuntrarja jkun ifisser tibdil tat-Trattat bi ksur tal-proċedura prevista għal dan il-għan mill-Artikolu N tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern spanjol iżid li t-teorija tal-paralleliżmu tal-kompetenzi interni u tal-kompetenzi esterni, żvillupata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma tfissirx li, fl-oqsma fejn il-Komunità m’għandhiex kompetenza interna, hija tkun tista’ tikseb din il-kompetenza minħabba l-konklużjoni ta’ ftehim estern u tilleġiżla fuq livell intern f’oqsma fejn hija ma setgħetx, preċedentement, tagħmel dan.

Il-Gvern Franċiż iqis li l-Artikoli 100A u 235 tat-Trattat KE, indikati sussidjarjament mill-Kummissjomi bħala bażi tal-kompetenza esklużiva tal-Komunità, iħallu lill-Kunsill setgħa kbir sabiex jevalwa jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni humiex sodisfatti.

F’dan ir-rigward, il-Gvern Franċiż josserva li, fil-parti l-kbira tas-setturi koperti mit-TRIPs u mill-GATS, mhemmx tibdil fir-regoli Komunitarji li kienu diġà jeżistu. Lanqas mhemm bżonn ta’ azzjoni esklużiva tal-Komunità sabiex jiġu mwettqa l-għanijiet tal-Komunità. Ħlief għal xi eċċezjonijiet rari, peress li mhemmx implimentazzjoni Komunitarji ta’ dawn il-ftehim, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti fuq diversi punti. Il-Gvern Franċiż minn dan jikkonkludi li la huwa neċċessarju u lanqas possibli li l-Komunità tikkonkludi waħedha l-Ftehim ODK.

Skond il-Gvern Olandiż, l-argumenti żviluppati mill-Kummissjoni sabiex turi n-neċċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità u tagħha biss, jagħmlu parti minn politika ppjanata, ta’ lege ferenda, mill-Kummissjoni. Imma, fl-istat attwali ta’ l-integrazzjoni Komunitarja, dawn ma jistgħux jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ġurisprudenza ERTA.

Il-Gvern Portugiż jgħid li l-kompetenza esterna tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura legali u ma tistax tkun tiddependi fuq evalwazzjoni tan-natura jew tal-livell ta’ neċċessità ta’ azzjoni komuni. Il-kompetenza esterna tista’ tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu kompetenza interna sakemm l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza esterna tkun ikkunsidrata bħala neċċessarja sabiex jitwettaq wieħed mill-għanijiet tal-Komunità u ma jwassalx għas-sitwazzjoni fejn il-Komunità tieħu f’idejha d-dritt li tadotta miżuri fl-isfera tal-kompetenzi interni proprji ta' l-Istati Membri. Il-Gvern Portugiż ifakkar ukoll il-prinċipju ta’ l-attribuzzjoni speċifika tal-kompetenzi li, ,fl-opinjoni tiegħu, huwa ppreġudikat mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gvern Portugiż jikkunsidra li n-neċċessità ta’ azzjoni esterna tal-Komunità mhijiex biżżejjed sabiex turi l-esklużività tal-kompetenza Komunitarja. Huwa stabbilit li l-Ftehim ODK jirrigwarda, fl-annessi dwar il-GATS u t-TRIPs, l-oqsma li parżjalment jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, b’tali mod li l-argumenti żviluppati mill-Kummissjoni sabiex turi l-esklużività tal-kompetenza tal-Komunità f’dan il-qasam jirriflettu biss evalwazzjoni ta’ natura politika.

Bħala tweġiba għall-argument tal-Kummissjoni li jgħid li, fil-każ ta’ rikonoxximent tal-kompetenza maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri sabiex jikkonkludu ftehim, il-koeżjoni tas-suq intern ser tiġi affettwata, ser ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-possibbiltà ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ pajjiżi ser tiġi distorta, il-Gvern tar-Renju Unit jenfasizza li s-sitwazzjoni li l-Kummissjoni għażlet li tippreżenta bħala ipoteżi hija dik li fil-fatt intużat waqt in-negozjati ta’ l-Urugwaj. Sa mill-bidu, u matul in-negozjati kollha, kien indikat b’mod ċar li dawn kienu mmexxija mingħajr preġudizzju tal-kompetenza tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fuq xi suġġetti partikolari. In-negozjati kienu mmexxija mill-Kummissjoni li kienet inkarigata sabiex tirrappreżenta lill-Komunità u lill-Istati Membri. L-interessi ta’ dawn l-aħħar kienu protetti minn proċeduri Komunitarji intiżi sabiex jinkiseb konsensus. Mill-perspettiva ta' l-Istati Membri, in-negozjati seħħew billi ttieħdet l-ipoteżi li l-kompetenza kienet maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri. Ir-riżultat ta’ dawn in-negozjati iriffletta b’mod sħih kemm l-interessi tal-Komunità kif ukoll dawk ta’ l-Istati.

Il-Kummissjoni tieħu s-settur tas-servizzi finanzjarji bħala eżempju ta’ settur fejn jista’ jkun hemm distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Imma din l-ipoteżi ġiet impoġġija fi prova matul in-negozjati multilaterali (ir-Renju Unit ifakkar li l-GATS jinkludi anness fuq is-servizzi finanzjarji). Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li f’dan il-każ wieħed jista’ jara l-manifestazzjoni ta’ din s-setgħa ta’ negozjati ekwilibrati li, skond il-Kummsisjoni, tista’ tinkiseb biss permezz ta’ kompetenza komunutarja esklużiva. Fil-fatt, skond dan il-gvern, kien hemm bosta diffikultajiet li jixbħu lil dawk li kienu qamu matul in-negozjati ta’ l-annessi tal-GATS fuq is-servizzi finanzjarji, diffikultajiet li reġgħu tfaċċaw fil każ fejn kellu jintlaħaq ftehim fi ħdan il-Kunsill fuq l-oqsma kkunsidrati li jaqgħu taħt il-komptenza esklużiva Komunitarja (reċiproċità għal stabbilimenti finanzjarji, abbażi ta’ l-Artikolu 9 tat-tieni direttiva bankarja).

Skond ir-Renju Unit il-Kummissjoni hija ġġustifikata li tammetti, hija stess, li s–servizzi ma jistgħux jiċċirkulaw liberament bejn l-Istati Membri. Dan ifisser li l-aċċess ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għas-suq ta’ Stat Membru ma jiggarantilux, fiħ innifsu, id-dritt li jipprovd servizzi jew li jistabbilixxi ruħhu ġewwa Stati Membri oħra, peress li l-kapitoli fuq l-istabbiliment u s-servizzi huma applikabbli biss għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri.

Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li l-Kummissjoni madankollu tinsisti fuq żewġ argumenti. L-ewwel wieħed huwa li l-konklużjoni min-naħa ta' l-Istati Membri ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi tista’ toħloq vantaġġi fir-rigward ta’ ċerti Stati Membri li ma jkunux jistgħu jiġu gawduti fi Stati Membri oħra, u dan ikun jikkostitwixxi distorsjoni mhux aċċettabbli tal-kompetizzjoni. It-tieni nett, xi ċittadini ta’ ċerti Stati Membri jakkwistaw xi vantaġġi fuq is-swieq ta’ xi pajjiżi terzi, vantaġġi li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra.

Madankollu, ir-Renju Unit jixtieq josserva li l-possibbiltà li Stat Membru jikkonkludi ftehim ma’ pajjiż terz li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ l-eżerċizzju ta’ attività professjonali fit-territorju tiegħu ma tistax tiġi meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq komuni. Fis-sentenza tad-9 ta’ Frar 1994, Tawil-Albertini (C-154/93, Ġabra p. I-451), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva tal-Kunsill 78/686/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali tal-prattikanti tad-dentistrija, inklużi l-miżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà biex jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 223, p. 1), tħalli intatta l-kompetenza tal-Istati Membri sabiex dawn jikkonkludu ftehim esterni ma’ pajjiżi terzi f’dan il-qasam. Hawnhekk għandu jingħad li l-użu ta’ kompetenza bħal din tista’ taffettwa l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri., Il-kwalifiċi miksuba ġewwa pajjiż terz jistgħu għalhekk ikunu jistgħu jiħu rikonoxxuti ġewwa Stat Membru imma mhux ġo ieħor. Hekk ukoll, l-istess kompetenza tista’ twassal għar-riżultat fejn iċ-ċittadini ta’ xi Stat Membru jkollhom il-kwalifiċi tagħhom rikonoxxuti fit-territorju ta’ xi pajjiż terz, filwaqt li l-kwalifiċi ta’ ċittadini ta’ xi Stat Membru ieħor ma jkunux, u dan kollu minkejja l-fatt li fil-Komunità, il-kwalifiċi ta’ wieħed u ta’ l-oħrajn għandhom jiġu meqjusa bħala ekwivalenti. Sitwazzjoni bħal din, li tirriżulta mit-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri f’dan is-settur partiklolari, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li, fiha nnifisha, tmur kontra s-suq intern. Dan għandu, a fortiori, jogħodd ukoll għall-possibbiltà li l-Istati Membri jikkonkludu ftehim ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-servizzi fis-setturi fejn ma ġewx adottati regoli interni.

Barra minn hekk, fis-setturi ta’ attività fejn ġew adottato regoli interni, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-Komunità għandha teżerċità kompetenza esterna esklużiva (ara per eżempju l-Artikolu 9 tat-tieni direttiva bankarja). Huwa l-Kunsill li għandu jiddetermina, meta jadotta regoli interni għal settur partikolari, jekk għandiex tiġi prevista kompetenza esterna esklużiva tal-Komunità fir-rigward tal-qasam in kwistjoni. Meta l-Kunsill jagħti, b’dan il-mod, lill-Komunità kompetenza esterna ta’ natura esklużiva, dan ikun jippermetti li jiġu ekwilibrati l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kemm internament fil-Komunità, kif ukoll, fl-istess ħin, bejn iċ-ċittadini ta’ Stati Membri differenti, fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, il-portata tal-kompetenza esterna li tibqa ta’ l-Istati Membri wara l-adozzjoni tar-regoli interni abbażi tal-kapitoli fuq l-istabbiliment u s-servizzi, tiddependi mid-deċiżjoni tal-leġiżlatur Komunitarju. Din l-analiżi hija ħafna iktar approprjata mill-pożizzjoni esposta mill-Kummissjoni fejn il-kompetenza esklużiva tal-Komunità tirriżulta awtomatikament mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat fih innifsu. Skond il-Gvern tar-Renju Unit, meta l-kapitoli tat-Trattat fuq l-istabbiliment u s-servizzi ma jkunux jippermettu, waħedhom, li jiġi identifikat “għan speċifiku” ta’ natura tali li jagħti lill-Komunità kompetenza esterna impliċita, huma neċessarjament ir-regoli interni tad-dritt sekondarju, adottati abbażi ta’ dawn il-kapitoli, li jistgħu jipprovdu bażi legali għall-kompetenza esterna tal-Komunità fil-qasam tas-servizzi. Madankollu, dawn ir-regoli ma jeżistux għal kull kamp ta’ attività ekonomika kopert mill-GATS, u anki fejn jeżistu, dawn mhux dejjem jikkostitwixxu armonizzazzjoni esklużiva tas-sistema tas-setturi koperti minnhom.

Il-Kummissjoni ssostni li kompetenza konġunta ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità tkun ta’ dannu għas-suq intern. Sabiex issostni dan l-argument, hija qalet li l-fornituri ta’ servizzi u li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu f’ pożizzjoni li jikkostitwixxu kumpannija abbażi l-liġi ta’ xi Stat Membru li jippermettilhom dan, u li, wara dan, huma jistabbilixxu aġenziji u fergħat fl-Istati Membri l-oħra u dan il-mod iċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati jiġu esposti għal kompetizzjoni akbar min-naħa tal-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi in kwistjoni. Dan l-argument ma jikkonvinċiex lill-Gvern tar-Renju Unit.

L-ewwel nett, kumpannija sussidjarja stabbilita fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz hija suġġetta għal-liġi nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, u l-fergħat u l-aġenti tagħha huma, huma wkoll, suġġetti għal-liġijiet ta' l-Istati Membri fejn dawn ikunu stabbiliti.

It-tieni nett, il-GATS m’għandux l-effett li s-sempliċi stabbiliment ta’ kumpannija fi Stat Membru jkun jista’ jservi ta’ mezz ta’ dħul sabiex ikunu jistgħu jiġu ppenetrati s-swieq ta' l-Istati Membri l-oħra. Il-lista tar-impenji speċifiċi tipprovdi, taħt it-titolu “Limitazzjonijiet tat-trattament nazzjonali” li “trattament anqas favorevoli jista’ jingħata lil kumpanniji sussidjarji (ta’ kumpanniji ta’ pajjiżi terzi) li jkunu kostitwiti skond il-liġi ta’ Stat Membru meta dawn ikollhom biss, fit-territorju tal-Komunità, l-uffiċju prinċipali statutorju tagħhom, sakemm ma jkunx jista’ jiġi pprovat li din ikollha rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija ta’ Stat Membru”.

Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-ħolqien ta’ kumpannija sussidjarja, huwa biss wieħed mill-metodi ta’ provvista ta’ servizzi previsti mill-GATS. Is-sevizzi jistgħu wkoll jiġu pprovduti permezz ta’ aġenti jew ta’ fergħat. Il-fatt li xi ċittadini ta’ pajjiżi terzi joħolqu aġenziji jew fergħat ma jistax, f’kull każ, ikollu l-konsegwenzi fis-suq intern li l-Kummissjoni tatribbwixi għall-ħolqien, minn dawn iċ-ċittadini, ta’ kumpanniji susidjarji fl-Istati Membri. Fil-fatt, fergħat jew aġenzija ta’ kumpannija ċittadina ta’ pajjiż terz, u li tkun stabbilita ġewwa Stat Membru, la għandha d-dritt li tistabbilixxi ruħha u lanqas id-dritt li tipprovdi servizzi fuq it-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra; għaldaqstant, bla ħsara għal-limitazzjonijiet indikati hawn fuq, il-GATS huwa applikabbli għall-istabbiliment permezz ta’ aġenziji jew ta’ fergħat, bl-istess mod bħalma huwa applikabbli għall-istabbiliment permezz ta’ kumpanniji sussidjarji.

Huwa għalhekk impossibli li tiġi konkluża kompetenza esterna esklużiva billi wieħed jibbaża ruħu fuq il-konsegwenzi li l-Artikolu 58 tat-Trattat għandu fuq iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistabbilixxu ruħhom fit-territorju ta’ Stat Membru. L-argument li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-Artikolu 58 ma jistax, f’kull ipoteżi, jaffettwa lill-kompetenza ta' l-Istati Membri fir-rigwarda ta’ l-applikazzjoni tal-GATS għall-istabbiliment permezz ta’ aġenziji jew ta’ fergħat fl-Istati Membri

F’dak li jirrigwarda l-argument li l-Kummissjoni tibbaża fuq il-possibbiltà li jittieħdu miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka, il-Gvern tar-Renju Unit iqis li l-kwistjoni tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri sabiex jikonkludu ftehim internazzjonali ma tistax tiġi solvuta fid-dawl ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, waħedha, imma trid tiġi solvuta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tiegħu. Fiha nniffisha, il-klawżola fuq il-miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka ma jistax ikollha bħala effett li tkabbar il-kompetenzi tal-Komunità f’dak li jirrigwarda l-ftehim fuq is-servizzi jew li tnaqqas dawk ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istess ftehim.

Fir-rigward ta’ l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-konklużjoni tal-GATS mill-Istati Membri ser taffettwa jew tbiddel il-portata tad-dritt Komunitarju għar-raġuni li r-regoli Komunitarji ikopru t-totalità tal-GATS, ir-Renju Unit iwieġeb li din l-affirmazzjoni hija għal kollox żbaljata. Fil-fatt, ir-regoli Komunitarji interni ma jirrigwardaqx l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-qasam ta’ l-istabbiliment u tas-servizzi u, fejn dawn ir-regoli jeżistu, dawn ta’ spiss huma biss miżuri ta’ armonizzazzjoni parzjali, jew jillimitaw ruħhom li jiffissaw standards minimi.

Ir-Renju Unit jistgħaġeb għall-affirmazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-GATS jista’ b’xi mod jew ieħor, ikun kontra d-dritt Komunitarju – primarju jew sekondarju -, fatt li jimponi, abbażi tal-ġurisprudenza ERTA, il-kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-GATS. Fil-fatt, meta nnegozjat il-GATS, il-Kummissjoni kellha probabbilment bħala għan li tassigura l-konformita tiegħu mad-dritt Komunitarju. Il-Kummissjoni tafferma li waqt in-negozjati hija żammet dejjem quddiem għajnejha d-dritt Komunitarju kollu eżistenti. Il-Gvern tar-Renju Unit ma jistax jaħbi l-opinjoni tiegħu fuq il-fatt li l-Kummissjoni qed tipprova tagħmel minn kollox sabiex issib kull tip ta’ nuqqas ta’ qbil li jista’ jeżisti bejn il-GATS u d-dritt Komunitarju, b’tali mod li din tkun tista’ tuża dan in-nuqqas ta’ qbil bħala skuża sabiex tikkonferma l-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Dak li l-Kummissjoni tonqos milli turi, jgħid ir-Renju Unit, huwa l-fatt li effettivament jeżistu xi kuntradizzjonijiet bejn il-GATS u r-regoli Komunitarji fis-seħħ. F’kull każ, jekk kuntradizzjonijiet bħal dawn jirriżultaw bejn il-GATS u ċerti regoli Komunitarji eżistenti, dawn il-kuntradizzjonijiet ma jeskludux il-kompetenza ta' l-Istati Membri barra mill-kamp tar-regoli Komunitarji in kwistjoni.

Fir-rigward ta’ l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-fatt li l-Istati Membri xorta waħda jikkonkludu f’isimhom il-Ftehim TRIPs jista’ jaffettwa jew ibiddel il-portata tad-dritt Komunitarju, ir-Renju Unit iwieġeb li għalkemm huwa minnhu li l-Komunità għandha kompetenzi f’dak li jirrigwarda t-TRIPs, madankollu dan huwa minnu biss safejn it-TRIPs jista’ jaffettwa l-miżuri ta’ armonizzazzjoni adottati abbażi ta’ l-Artikolu 100 A jew tar-regolament fuq it-trade mark Komunitarja adottat fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 235. Ir-Renju Unit jgħid li, għalhekk, in-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-Kummissjoni ma jirrigwardax il-kompetenza esterna tal-Komunità fil-qasam kopert mit-TRIPs, imma fuq in-natura esklużiva ta’ din il-kompetenza.

Ir-Renju Unit, filwaqt li jirreferi għall-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni tagħha 2/91, jgħid li l-kompetenza sabiex jiġi konkluż it-TRIPs hija maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri għaliex il-parti l-kbira ta’ l-oqsma koperti mit-TRIPs jew jibqgħu kompletament il-barra mill-armonizzazzjoni Komunitarja, jew huma biss is-suġġett ta’ armonizzazjoni parzjali, limitata mir-rikonoxximent espliċitu jew impliċitu tad-dritt nazzjonali tal-proprjetà intelletwali.

Il-Kummissjoni tikkwota biss eżempju wieħed ta’ qasam fejn il-kundizzjonijiet minimi msemmija mit-TRIPs jidhru iktar stretti minn dawk msemmija mil-leġiżlazzjoni Komunitarja (jiġifieri l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzji obbligatorji fil-qasam tat-topografiji tas-semikondutturi, li huma ppreċiżati mid-Direttiva 87/54, iċċitata iktar ‘il fuq). Il-fatt li t-TRIPs jista’ jaffettwa jew ibiddel il-portata ta’ din id-direttiva huwa raġuni tajba sabiex il-Komunità tipparteċipa għall-konklużjoni tal-Ftehim TRIPs. Imma dan il-fatt ma jistax jiġġustifika t-trasferiment ta’ kompetenza esterna lill-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim li jirrigwardam fil-parti l-kbira tiegħu, oqsma fir-rigward ta’ liema l-leġiżlatur Komunitarju m’għamel l-ebda azzjoni jew għal liema ż-żamma tal-kompetenza ta' l-Istati Membri hija rikonoxxuta espliċitament kemm mit-Trattat KE, u kif ukoll mid-dritt sekondarju applikabbli.

Fir-rigward ta’ l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-fatt li l-Istati Membri, jkollhom is-setgħa li jaġixxu fil-qasam kopert mit-TRIPs jista’ jwassal għal xi diverġenzi u għal xi kontroversji fis-sistemi esterni tagħhom li jkunu jistgħu, min-naħa tagħhom, jinterferixxu ma’ l-armonizzazzjoni eżistenti jew futura fuq livell Komunitarju, ir-Renju Unit iwieġeb li l-kompetenza li l-Istati Membri jaqsmu mal-Komunità f’dak li jirrigwarda l-konklużjoni tal-ftehim TRIPs bl-ebda mod u fl-ebda każ ma mawtorizzhom jaġixxu b’mod inkompatibbli mar-regoli Komunitarji kemm billi jadottaw leġiżlazzjonijiet, jew billi jikkonkludu ftehim ġdid internazzjonali li jkun imur kontra d-dritt Komunitarju.

G –   Is-seba’ domanda.

Il-Kummissjoni hija mitluba telabora l-argumenti li hija tiżvilluppa sabiex turi li, fil-każ ta’ parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni tal-GATS u tat-TRIPs, ser jiġu affettwati jew mibdula r-regoli Komunitarji eżistenti.

Skond il-Kummissjoni, jekk il-kompetenza mħallta tiġi rikonoxxuta fil-qasam bankarju, ir-regoli Komunitarji jistgħu jiġu affettwati jew mibdula fis-sens tal-ġurisprudenza ERTA bi tliet modi.

L-ewwel nett, jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw l-impenji speċifiċi tagħhom proprja fil-qasam ta’ l-aċċess għall-attività bankarja fit-territorju tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-tieni direttiva bankarja, iċċitata iktar ‘il fuq, u, b’mod partikolari, dawk li jirrigwardaw l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għal ħruġ ta’ liċenzji (titolu II) ikunu affettwati. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ negozjati previst mill-Artikolu 9 tat-tieni direttiva, intiż sabiex jinkiseb, favur istituzzjonijiet finanzjarji komunitarji, aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi paragunabbli ma’ dak mogħti lill-kumpanniji ta’ pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju, ma jibqgħalu l-ebda sustanza. U b’dan il-mod nerġgħu lura għaż-żmien meta kull Stat Membru kellu s-sistema tiegħu individwali tar-reċiproċità.

It-tieni punt huwa li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà, fil-kuntest tal-kompetenza tagħhom, li jiddeterminaw in-natura u l-livell ta’ l-impenji speċifiċi tagħhom. Għalhekk, jista’ jkun hemm koeżistenza ta’ diversi livelli ta’ eżiġenzi – għas-setturi li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, ser ikun hemm livell A ta’ impenji speċifiċi fil-GATS u, għas-setturi li jaqgħu taħt il-kompetenzi Komunitarji, ser ikun hemm, min-naħa, il-leġiżlazzjoni Komunitarja (livell B), u, min-naħa l-oħra, l-impenji speċifiċi meħuda mill-Komunità fil-kuntest tal-GATS (livell Ċ). Peress li dawn it-tliet livelli jistgħu jkunu diverġenti, huwa possibli li r-regoli Komunitarji jiġu affettwati jew mibdula fis-sens tas-sentenza ERTA.

Fl-aħħar nett, il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq l-aċċess għas-suq bankarju tispiċċa titlef il-valur tagħha b’mod kunsiderevoli kieku kull Stat Membru jkun jista’ jiddetermina l-impenji tiegħu, li, bħal dawk tal-Komunità, għandhom ikunu applikati fuq il-bażi tal-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit. Hekk ikun b’mod partikolari l-każ fis-setturi fejn kompetenza mħallta hija affermata għar-raġuni li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tinkludi xi dispożizjonijiet minimi. Peress li f’każ bħal dan, il-kompetenzi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri jirrigwardaw l-istess suġġett, kull impenn meħud minn Stat Membru jneħħi l-valur ta’ l-impenn meħud mill–Komunità.

Il-Kummissjoni terġa’ tirreferi għall-problema ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Hija tgħid li t-TRIPs iħalli lill-membri tiegħu liberi sabiex jiddeterminaw is-sistema tagħhom għall-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. sakemm huma japplikawha skond il-prinċipji tan-nazzjon l-iktar favorit u tat-trattament nazzjonali (ara l-Artikolu 6), u li, min-naħa tiegħu, id-dritt Komunitarju japplika l-prinċipju Komunitarju ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. Għalhekk, fil-każ ta’ kompetenza mħallta, jista’ jkun hemm il-koeżistenza ta’ tliet sistemi ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha:

–       fil-kuntest tal-kompetenza tagħhom, ċerti Stati Membri jistgħu japplikaw is-sistema internazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi;

–       l-Istati Membri l-oħra jadottaw il-prinċipju nazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha;

–       u ovvjament, fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja, l-Istati Membri kollha jkollhom għandhom japplikaw il-prinċipju Komunitarju ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha.

Peress li mhux dejjem ikun faċli li jiġi ddeterminat taħt liema sistema prodott jew servizz li jinkludi dritt fuq il-proprjetà intelletwali jkun importat ġewwa Stat Membru, azzjonijiet għal-ksur tad-drittijiet ta’ propjeta intelletwali jistgħu jiġu mressqa fl-Istati Membri. Hemm ir-riskju li l-importazzjonijiet paralleli ikunu kkonċernati. Huwa probabbli li l-portata tal-libertà ta’ ċirkulazzjoni tkun affettwata jew mibdula.

Per eżempju, jekk prodott tqiegħed fis-suq ta’ pajjiż terz minn proprjetarju ta' dritt tal-proprjetà intelletwali jew bil-permess tiegħu, dan il-prodott jista’ jiġi importat minn importatur parallel fl-Istati Membri tal-Komunità li japplikaw il-prinċipju internazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. Madankollu, il-proprjetarju jkun fil-pożizzjoni li jopponi għal importazzjoni ta’ dan il-prodott ġewwa s-swieq ta' l-Istati Membri li japplikaw il-prinċipju nazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. Mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja EMI vs CBS, iċċitat iktar ‘il fuq, jirriżulta b’mod impliċitu, li l-proprjetarju tad-dritt ikun fil-pożizzjoni li jipprojbixxi l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn importatur parallel fl-Istati Membri l-oħra b'effett minn dak l-Istat li japplika l-prinċipju internazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. Dan jiġri għaliex il-proprjetarju ma jkunx, fir-realtà, aċċetta l-ewwel importazzjoni tal-prodott fil-Komunità li tkun saret mill-importatur parallel. Konsegwentement, ma jkunx possibli li jiġi applikat il-prinċipju Komunitarju ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha. L-armonizzazzjoni tidher għalhekk neċċessarja f’dan il-qasam u kienet diġa applikata għal ċerti drittijiet tal-proprjetà intelletwali b’tali mod li teskludi l-possibbiltà ta’ l-użu tl-prinċipju nazzjonali ta’ l-użu sħiħ tad-drittijiet kollha.

Il-Kummissjoni tfakkar li l-GATS ma jippermettiex bidla unilaterali tal-listi ta' l-impenji speċifiċi matul it-tliet snin li jiġu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Konsegwentement, jekk bidla bħal din tħassar jew tikkomprometti d-drittijiet ta' Membri oħra tal-GATS, huma għandhom jingħataw kumpens (Artikolu XXI). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li, fil-każ ta’ kompetenza maqsuma, l-Istati Membri jista' jkollhom ix-xewqa li jopponu kull żvilupp ġdid tad-dritt Komunitarju minħabba l-biża li jkollhom jagħtu kumpens lil pajjiżi terzi. Dan ir-riskju ta' iffriżar tad-dritt Komunitarju jikkostitwixxi, skond il-Kummissjoni, effett jew bidla tad-dritt Komunitarju fis-sens tal-ġurisprudenza ERTA.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu V tal-GATS jipprovdi deroga ġenerali għal integrazzjonijiet ekonomiċi. Madankollu għad hemm inċertezzi fuq il-portata eżatta ta’ uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu V. Mhuwiex kompletament ċert li l-ftehim ewropej konklużi ma' Pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u orjentali (ara l-ftehim konklużi mill-Komunitajiet mar-Repubblikà tal-Polonja, tas-16 ta’ Diċembru 1991, ĠU 1993 L 348, p. 2; mar-Repubblikà Federattiva Ċeka u Slovakka, tas-16 ta’ Diċembru 1991, ĠU 1992 L 115, p. 2; mar-Reppublikà ta’ l-Ungerija, tas-16 ta’ Diċembru 1991, ĠU 1993 L 347, p. 2; mar-Repubblikà tal-Bulgarija, tat-8 ta’ Marzu 1993, ĠU L 323, p. 2; mar-Rumanija, tal-1 ta’ Frar 1993, ĠU L 81, p. 2) jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu V. Jekk jirriżulta li xi ftehim mhumiex konformi ma din id-dispożizzjoni, dawn ikunu jistgħu jinżammu, bħala ftehim preferenzjali, biss jekk tinkiseb deroga tal-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit. Jekk l-Istati Membri jirrifjutaw li talba bħal din issir, il-benefiċċju ta’ dawn il-ftehim ikollu jiġi estiż, abbażi tal-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit, għall-Membri kollha tal-GATS.

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 87/54, iċċitat iktar ‘il fuq, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi jipprovdi kundizzjonijiet anqas eżiġenti mill-kundizzjonijiet minimi stabbiliti mit-TRIPs f'dak li jirrigwarda l-għoti tal-liċenzji obbligatorji. Filwaqt li ssemmi l-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq (punti 25 u 26), il-Kummissjoni tfakkar li s-sempliċi koeżistenza tar-regoli internazzjonali u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju f'qasam jista’ jaffettwa d-dritt Komunitarju, u dan anki fin-nuqqas ta’ kunflitt bejniethom.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tosserva li, minħabba n-natura tal-pakkett uniku tal-Ftehim ODK u tar-regola fuq il-miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka fil-memorandum fuq is-soluzzjoni tal-kontroversji, ksur imwettaq minn wieħed mill-Istati Membri ta’ wieħed mill-Ftehim annessi ma' l-ODK, jista’, jekk il-kompetenza mħallata tiġi rikonoxxuta, jwassal għall-miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-kuntest tal-ftehim, u dan jaqa' taħt l-isfera tal-kompetenza Komunitarja. Din il-possibbiltà ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni reċiproka tikkostitwixxi, fiha nfisha, affettwazzjoni jew tibdil tar-regoli Komunitarji fis-sens tas-sentenza ERTA.

H –  It-tmien domanda

Is-sezzjoni 3 tal-parti II tal-Ftehim TRIPs jobbliga lil kull Membru sabiex jipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Membri l-oħra. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jesponu li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) n 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU L 208, p. 1), iwieġeb parzjalment għal din l-eżiġenza. Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma mitluba sabiex jindikaw kif dan ir-regolament jista’ jservi bħala bażi għall-protezzjoni tal-provenenza u tad-denominazzjonit ta’ l-oriġini ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni tgħid li, abbażi ta’ l-Artikolu 12, dan ir-regolament huwa applikabbli wkoll għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi - dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li huwa jimponi (b'mod partikolari li jkunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet u li jkunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll) ikunu jistgħu jiksbu, billi jsegwu l-istess proċedura, il-protezzjoni speċifika offruta mill-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament.

Il-Kunsill ifakkar li s-sezzjoni 3 tal-parti II tat-TRIPs tobbliga lil kull parti kontraenti sabiex tagħti protezzjoni lid-denominazzjonijiet protetti tal-partijiet l-oħra kontraentii. Il-loġika stess tal-Ftehim tgħid li l-applikazzjoni tiegħu tista’ tikkontesta l-protezzjoni mogħtija mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Sabiex jelabora din is-sitwazzjoni, il-Kunsill jagħti l-eżempju ta’ ilment min-naħa tar-Repubblikà ta’ l-Ungerija, Membru ta’ l-ODK, li ssostni li l-protezzjoni li l-Komunità tagħti lid-denominazzjoni “Tokay” hija kontra t-TRIPs għaliex din għandha tkun riservata għal inbejjed magħmula fir-regjun Ungeriż ta’ Tokay. Peress illi d-denominazzjoni “Tokay” hija protetta mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kunsill iqis li hija l-Komunità, u mhux l-Istati Membri, li hija kompetenti sabiex tiddefendi ruħha kontra dawn il-pretenzjonijiet tar-Repubblikà ta’ l-Ungerija fil-kuntest ta’ kontroversja bħal din.

Il-Kunsill jirrikonoxxi madankollu li l-problema tal-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi tista’ wkoll titfaċċa mingħajr ma taffettwa l-leġiżlazzjoni Komunitarja u li sitwazzjoni bħal din ma ġietx ikkunsidrata fl-osservazzjonijiet bil-miktuba tiegħu.

F’dan ir-rigward, il-Kunsill jikkwota l-eżempju tal-protezzjoni li għandha tingħata ġewwa Spanja għal xarba alkoħolika prodotta fil-Messiku u msejħa “Tequila du Mexique”. Skond il-Kunsill, bla ħsara għal att Komunitarju tad-dritt sekondarju dwar il-kwistjoni, problema bħal din taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. F’dak li jirrigwarda dan l-aħħar eżempju, il-Kunsill jixtieq ibiddel l-osservazzjonijiet bil-miktuba tiegħu – il-portata tal-miżuri Komunitarji fil-qasam ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi ma taqbilx totalment ma’ dik tas-sezzjoni 3 tal-parti II tat-TRIPs. Il-kompetenza Komunitarja li tirriżulta mill-effett ERTA ma tiġborx it-totalità ta’ din is-sezzjoni 3, u għalhekk parti mill-kompetenzi ta' l-Istati Membri tibqa’.

I –  Id-disa’ domanda

Il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mitluba sabiex jindikaw jekk, meta jkun hemm att Komunitarju ta’ armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali,, l-Istati Membri għandhomx l-obbligu li japplikaw ir-regoli, li huma għandhom jadottaw, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni tgħid li, għal atti Komunitarji li jarmonizzaw id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali koperti mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-proprjetà industrijali jew il-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni tax-xogħolijiet litterarji u artistiċi, il-kwistjoni hija rregolata minn dawn il-Konvenzjonijiet internazzjonali nniffishom.

L-Artikoli 2 u 3 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi jipprovdu, fil-fatt, għaċ-ċittadini tal-Pajjiżi ta’ l-unjoni ta’ Pariġi kif ukoll għall-persuni li huma residenti jew li għandhom stabbiliment effetif u serju fit-territorju ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi, trattament nazzjonali għall-“vantaġġi” attwali u futuri mogħtija mil-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-proprjetà industrijali. Dan il-prinċipju għalhekk huwa applikabbli awtomatikament għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989 L 40, p. 1).

Abbażi ta’ l-Artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni ta’ Berna, l-awturi, ċittadini ta’ wieħed mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni ta’ Berna jew li huma residenti abbitwali hemmhekk, igawdu mid-drittijiet attwali u futuri li l-leġiżlazzjonijiet jagħtu lin-nies tal-lokal.

Dan il-prinċipju għandu jkun awtomatikament applikat għad-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet ta’ l-awtur ta’ -

–       id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 346, p. 61)

–       id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU L 248, p. 15).

F’dak li jirrigwarda d-drittijiet l-oħra fuq il-proprjetà intelletwali, it-tweġiba tvarja skond l-atti Komunitarji. Abbażi ta’ l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/54/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1986, dwar il-protezzjoni legali ta' topografiji ta' prodotti semikundutturi (ĠU 1987, L 24, p. 36), l-estensjoni tal-protezzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi hija deċiża mill-Kunsill. Fid-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 346, p. 61), kien sottointiż li l-Istati Membri jkomplu jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi ta’ reċiproċità u jagħtu t-trattament nazzjonali liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-Kunvenzjoni ta’ Ruma. Din il-pożizzjoni ġiet ikkonfermata espliċitament fid-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU L 290, p. 9). Fil-fatt it-tlieta u għoxrin premessa tirreferi għal protezzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi abbażi ta' ftehim internazzjonali.

Il-Kunsill l-ewwel nett isostni li, fil-prinċipju, meta jkun hemm att Komunitarju ta’ armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, l-Istati Membri ma jkollomx l-obbligu li japplikaw, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ir-regoli li huma għandhom jadottaw.

B’mod ġenerali, fil-fatt, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni jirrigwardaw l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, u l-iskop tagħhom huwa li jeliminaw l-ostakli li jeżistu għaċ-ċirkulazzjoni liberà fi ħdan il-Komunità. Dawn il-miżuri m’għandhomx l-iskop li jarmonizzaw it-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini u lill-kumpanniji ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, ta’ spiss jiġri li dawn ma jgħidu xejn fuq it-trattament li kull Stat Membru jista’ jagħti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kunsill madankollu jammetti li, xi kultant, il-miżuri Komunitarji ta’ armonizzazzjoni jistgħu jinkludu regola ġenerali li tapplika għal kull attività magħmula fit-territorju ta' l-Istati Membri, inklużi attivitajiet ta' ċittadini jew kumpanniji ta' pajjiżi terzi. Per eżempju, miżura ta’ armonizzazzjoni tista’ timponi obbligu ta’ reġistrazzjoni fuq kull persuna professjonali li tixtieq teżerċita l-attivitajiet tagħha fil-Komunità jew għal kull persuna, fiżika jew legali, li tixtieq tipproteġi dritt ta' proprjetà intelletwali. Din ir-regola ġenerali tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Huwa għalhekk li l-Kunsill iqis li t-tweġiba li għandha tingħata lid-disa’ domanda tista' tingħata biss fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali ta’ l-armonizzazzjoni Komunitarja – fil-preżent, huwa biss f'każijiet eċċezzjonali li l-leġiżlazzjoni Komunitarja timponi xi obbligazjonijiet fuq l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li għandhon jingħataw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

J –  L-għaxar domanda

Peress li l-Komunità mhijiex parti għal diversi kunvenzjonijiet li saru fil-qasam tal-proprjetà intelletwali u li kienu mmexxija mill-ODPI, il-Kummissjoni hija mitluba sabiex tindika min jipparteċipa għat-tmexxija ta’ dawn il-konvenzjonijiet, jekk il-Kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi dawn il-konvenzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-proprjetà intelletwali tiġi rikonoxxuta.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tippreċiża li hija sostniet li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva sabiex tikkonkludi l-Ftehim ODK għaliex dawn huwa prinċipalemnt ftehim li jitratta dwar il-kummerċ (trade-related), u mhux li l-Komunità għandha l-kompetenza esklużiva li tikkonkludi l-konvenzjonijiet kollha ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-proprjetà intelletwali.

Fl-opinjoni tagħha, il-konvenzjonijiet għandhom jiġu eżaminati każ b’każ sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn humiex ftehim kummerċjali, u, fil-każ ta’ tweġiba negattiva, jekk il-leġiżlatur Komunitarju adottax diġà miżuri li jistgħu jiġu affettwati mill-konvenzjoni in kwistjoni jew li qed ifittex li jagħmel dan billi jikkonkludi l-konvenzjoni msemmija.

Il-Kummissjoni tgħid li l-kompetenzi esterni tal-Komunità għandhom natura evoluttiva, speċjalment fil-qasam tal-proprjetà intelletwali. Għalhekk, attwalment il-Komunità ma tistax issir Membru ta’ l-ODPI jew tidħol fil-konvenzjonijiet eżistenti bħalma huma l-Konvenzjonijiet ta’ Pariġi u ta’ Berna, għaliex din il-possibbiltà disponibbli biss għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha biss status ta' osservatur fi ħdan l-ODPI fejn hija tieħu azzjoni koordinata ma' l-Istati Membri. Bil-kontra ta' dan, il-Komunità ġiet assoċjata iktar fil-qrib ma' l-elaborazzjoni taż-żewġ konvenzjonijiet ODPI, stabbiliti reċentement, jiġifieri t-Trattat ta’ Washington tas-26 ta’ Mejju 1989 fuq il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fil-qasam taċ-ċirkwiti integrati u l-Protokoll ta’ Madrid tat-28 ta’ Ġunju 1989 dwar l-Arranġament ta’ Madrid li jirrigwarda r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks. Fil-fatt, hija ħadet sehem fil-Konferenza diplomatika bl-istatus ta’ delegazzjoni u hi tista’ ssir parti kontraenti ta’ dawn il-Konvenzjonijiet.

K –  Il-ħdax-il domanda

Il-Kunsill u l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet huma mitluba sabiex jindikaw bi preċiżjoni b'lima mod l-unità ta' l-azzjoni esterna tal-Komunità u ta' l-Istati membri jkunu jistgħu jiġu assigurati fil-każ fejn ikun ġudikat li l-konklużjoni tal-Ftehim GATS u TRIPs ikollhom bżonn il-parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Il-Kunsill jindika li l-kwistjoni tal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fl-ODK għadha ma ġietx solvuta, u dan għaliex, sakemm l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ġiex mogħti, tibqa’ l-inċertezza dwar l-eżistenza ta’ kompetenza maqsuma tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Il-Kunsill jillimita ruħu li jipprepara abozz tas-soluzzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta’ parteċipazzjoni konġunta.

L-ewwel nett, is-soluzzjoni għandha tirrispetta kompletament it-Trattati u l’acquis communautaire. Wara dan, il-prinċipju ta’ rappreżentant komuni u uniku, anki fl-oqsma li ma jaqgħux taħt jew li ma jaqgħux kompletament taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità, għandu jiġi meqjus. F’dak li jirrigwarda d-deċizjonijiet proprji, dawn għandhom jittieħdu fi ħdan il-Kunsill, anki fl-oqsma mhux Komunitarji, sabiex dan iwettaq bis-sħieħ ir-rwol mogħti liliu mit-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ “kaxxa ta' l-ittri” unika għandha titqies sabiex ma jiġix impost l-obbligu, fuq il-Membri ta’ l-ODK, li jiddeterminaw min, mill-Komunità jew mill-Istati Membri, huwa kompetenti. Kull talba ta’ konsultazzjoni u kull ilment jistgħu jiġu indirizzati jew “lil Unjoni Ewropea”, jew “lill-Komunità u lill-Istati Membri” u għandhom jiġu aċċettati indipendement mill-kwistjoni ta' min huwa kompetenti.

Il-Kunsill iżid li l-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex bżonn li tkun taf il-modalitajiet li għandhom jiġu adottati fil-każ ta’ parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri sabiex twieġeb għad-domanda li saritilha, li hija dwar jekk l-Istati Membri għandhomx kompetenza fir-rigward ta' tali jew tali qasam partikolari fejn ikun hemm xi obbligi imposti mill-GATS jew mit-TRIPs. Huwa jiddikjara, f’kull każ, li huwa konxju ta’ l-obbligi imposti fuqu mill-Artikoli tat-Trattat li jimponu l-koerenza ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-unjoni Ewropea.

Skond il-Gvern Daniż, mill-Artikoli Ċ tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u 5 tat-Trattat KE kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikooperaw b’mod leali u li dan id-dover ta’ kooperazzjoni leali jogħodd kemm fil-każ tal-kompetenza esklużiva tal-Komunità kif ukoll fil-każ ta' kompetenza maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri. F’din l-aħħar ipoteżi, dan id-dover għandu jiġi rrispettat, ikun xi jkun il-mod ta’ kif l-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom.

Il-Gvern Ġermaniż jirreferi għall-“kodiċi tal-kondotta” adottat f’Mejju 1994 mill-Kunsill sabiex jippermetti t-tkomplija tan-negozjati “post-Urugwaj Round” fil-qasam tas-servizzi (ara t-test ta’ dan il-ftehim, espost iktar ’il fuq, fit-tweġiba għar-raba’ domanda), kif ukoll għall-abbozz tal-“kodiċi ta’ kondotta”, li qiegħed jiġi diskuss fil-Kunsill, previst b’mod iktar ġenerali għall-ODK kollha. Dawn il-kodiċi huma ta’ natura tali li jeliminaw id-diffikultajiet konnessi mas–salvagwardja ta’ l-unità ta’ l-azzjoni esterna tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Il-Gvern Grieg jesponi wkoll li l-unità ta’ l-azzjoni ta' l-Istati Membri u tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-ODK tista’ tiġi assigurata minn “kodiċi ta’ kondotta” adottat permezz ta' deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, miġbura fi ħdan il-Kunsill. Dan il-kodiċi għandu jindika l-Kummissjoni bħala r-“rappreżentant komuni ta' l-Istati Membri tal-Komunità fi ħdan l-ODK, kemm għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja esklużiva kif ukoll għal dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. F'dak li jirrigwarda t-tieni kategorija ta’ kwistjonijiet, l-Istati Membri jkunu mistiedna sabiex jiddefinixxu l-pożizzjonijiet komuni li l-Kummissjoni mbgħad tesponi fi ħdan l-organi kompetenti ta’ l-ODK. Fl-aħħar nett, fil-każ fejn l-Istati Membri ma jirnexxielhomx jiddefinixxu pożizzjoni komuni, u f’dan il-każ biss, huma jkunu jistgħu, skond il-Gvern Grieg, jiddefendu l-opinjonijiet nazzjonali tagħhom fi ħdan l-ODK.

Il-Gvern Spanjol jenfasizza wkoll fuq in-neċċessità li jiġi adottat kodiċi ta’ kondotta li jkun jipprovdi l-użu tal-proċeduri previsti mit-Trattati għall-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja u t-tfittxija ta’ konsensus bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. Jekk dan il-konsensus ikun jidher impossibli li jintlaħaq, l-Istati Membri jkunu liberi, skond il-Gvern Spanjol, li jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom proprja. Fl-aħħar nett il-Kummissjoni hija mistiedna tesprimi ruħha u tinnegozja f’isem il-Komunità u l-Istati Membri billi ssegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Kunsill jew mill-Istati Membri, skond il-każ.

Il-Gvern Franċiż josserva wkoll li l-koerenza ta’ l-azzjoni tal-Komunità u dik ta' l-Istati Membri tagħha għandha tkun assigurata għall-applikazzjoni tal-ftehim li rriżultaw min-negozjati ta’ l-Urugwaj, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikoli Ċ tat-TUE u 5 tat-Trattat KE. Skond il-Gvern Franċiż, l-abbozz ta' kodiċi tal-kondotta li huwa s-suġġett ta' diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill, jippermetti sabiex tiġi assigurata din l-unità ta' azzjoni. Dan il-kodiċi għandu jkun jinkludi fih l-elementi li ġejjin – il-prinċipju ta’ rappreżentant uniku tal-Kummissjoni fi ħdan l-ODK, it-tmexxija tan-negozjati fi ħdan l-ODK mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fil-kuntest ta’ mandat, rendikont regolari tan-negozjati lill-Kunsill u lid-dipartimenti tiegħu inkarigati li jsegwu tali negozjati, l-involviment ta' l-Istati Membri f’kull fażi tan-negozjati jew tad-diskussjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tilqa’ d-domandi ta’ konsultazzjoni ta' l-Istati Membri u tissospendi temporanjament id-diskussjonijiet jekk dan ikun neċċessarju. Kooperazjoni stretta għandha tinħoloq bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-segretarjat ġenerali tal-Kunsill sabiex ikun hemm tmexxija organizzata tan-negozjati. L-azzjonijiet u l-pożizzjonijiet meħuda għandhom ikunu bbażati fuq pożizzjoni komuni adottata, f'dak li jirrigwarda l-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat u, f'dak li jirrigwarda oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza nazzjonali, bil-konsensus. l-Istati Membri jesprimu ruħhom fuq il-kwistjonijiet ta' kompetenza nazzjonali biss jekk ma setgħetx tiġi adottata pożizzjoni komuni.

Il-Gvern Olandiż jirreferi għall-opinjoni 2/91 sabiex jenfasizza n-neċċessità ta’ kollaborazzjoni stretta kemm jista’ jkun bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fil-każ ta’ kompetenza konġunta. Din il-kollaborazzjoni għandha tintwera bl-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta. F’dan ir-rigward, il-Gvern Olandiż ifakkar il-kontenut ta’ l-ex Artikolu 116 tat-Trattat KEE, l-arranġament eżistenti fil-kuntest tal-FAO, kif ukoll il-proċeduri eżistenti fil-kuntest tat-tielet pilastru tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dik prevista fl-Artikolu K.5.

Skond il-Gvern Portugiż, id-diffikultajiet eventwali li jistgħu jinqalgħu fil-livell tar-rappreżentazzjoni ta’ l-interessi proprja ta' l-Istati Membri fi ħdan l-ODK jew fil-livell tal-formazzjoni tar-rieda tagħhom, mhumiex ta’ natura tali li jiddeterminaw it-tweġiba għall-kwistjoni tat-tqassim tal-kompetenzi u li jipprekludu l-konklużjoni li l-ftehim in kwistjoni huma ta' natura mħallta. Il-Gvern Portugiż ifakkar li l-obbligi tal-kooperazzjoni u ta' koerenza previsti mill-Artikoli C, J.1(4) u J.2(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u mill-Artikolu 5 tat-Trattat KE. L-għan ta’ l-unità ta’ l-azzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri intlaħaq matul in-negozjati ta’ l-ODK. L-esperjenza hekk akkwistata għandha, skond il-Gvern Portugiż, isservi bħala referenza għall-elaborazzjoni ta’ kodiċi tal-kondotta li fl-istess ħin jiddefinixxi kemm id-doveri speċifiċi tal-Kummissjoni bħala rappreżentant ta' l-Istati Membri kif ukoll il-mod ta’ kif iridu jiġu adottati l-pożizzjonijiet komuni jew individwali ta' l-Istati Membri fuq il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. Meta in kwistjoni jkun hemm interessi vitali jew importanti ħafna ta' l-Istat Membru, għandha tiġi mfittxija deċiżjoni li tintlaħaq permezz ta’ konsensus.

Il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li fil-verità d-domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrigwarda l-parteċipazzjoni futura fl-ODK min-naħa tal-Komunità u ta' l-Istati Membri. Huwa jfakkar li l-Komunità u l-Istati Membri kienu effettivament kkooperaw waqt in-negozjati multilaterali ta’ l-Urugwaj, bl-istess mod kif kienu jagħmlu kieku sa’ mill-bidu kienet tkun rikonoxxuta kompetenza konġunta mill-partijiet kollha. Dan juri li kooperazzjoni bħal din hija politikament possibli u tista' wkoll tkun partikolarment effikaċi sabiex jiġi assigurat ir-rispett ta’ l-interessi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Madankollu, metodu determinat ta’ kooperazjoni mhuwiex neċċessarjament approprjat għall-ftehim kollha u fiċ-ċirkustanzi kollha. Għal din ir-raġuni, ir-Renju Unit jista’ biss jagħti indikazzjonijiet fuq il-forma probabbli tal-proċedura ta' ftehim li biha tkun tista’ tiġi milħuqa l-koerenza ta’ l-azzjoni esterna fil-kuntest ta’ l-ODK.

1. Il-proċedura għandha tkopri l-imġieba tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fil-kuntest ta’ l-ODK, kemm jekk l-oqsma jkunu jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja jew inkella taħt dik ta' l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha normalment tkun ir-rappreżentanta unika u tinnegozja f’isem il-Komunità u ta' l-Istati Membri, madankollu, f’każijiet eċċezjonali, l-Istati Membri għandhom wkoll ikunu jistgħu jesprimu ruħhom u jinnegozjaw. Il-proċedura applikabbli għandha tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi li fihom huma jkunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-istat tan-negozjati u tad-diskussjonijiet u tpoġġihom f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod approprjat.

4. Il-Kummissjoni, b'mod diliġenti, għandha tara li d-dokumenti rilevanti kollha jaslu għand l-Istati Membri.

5. Il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-opinjonijiet ta' l-Istati Membri. Il-proċeduri li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu wkoll s-suġġett ta’ ftehim.

6. Il-pożizzjonijiet jew l-azzjonijiet li jiġu deċiżi, għandhom ikunu bbażati fuq regoli u proċeduri Komunitarji hemm fejn dawn ikunu applikabbli (per eżempju fil-kuntest tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(1) tat-Trattat KE) u, fil-każijiet l-oħra, dawn jirriżultaw minn pożizzjoni komuni li tkun milħuqa permezz ta’ konsensus.

7. l-Istati Membri għandhom jesprimu ruħhom, hekk kif jagħmlu fil-preżent, f'isimhom, fuq l-oqsma amministrattivi u li jirrigwardaw l-estimi, iżda huma jevitaw jevitaw li jieħdu pożizzjonijiet diverġenti.

8. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat il-mod ta' kif il-Komunità tmexxi l-proċeduri ta' soluzzjoni ta' kontroversji fil-kuntest ta’ l-ODK. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jipprovdu kooperazzjoni stretta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

9. Fil-każ fejn xi Istati Membri partikolari jiġu affettwati mill-imġieba tal-partijiet l-oħra tal-Ftehim ODK, li jaġixxu bi ksur ta; dan il-Ftehim, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jipprovdu għal proċedura ta’ konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kif ukoll għal kooperazzjoni stretta bejniethom.

Mhemm l-ebda dubju, għall-Gvern tar-Renju Unit, li proċedura li taqbel ma' l-indikazzjonijiet imsemmija iktar ’l fuq ser tkun organizzata dalwaqt. l-Istati Membri m’għandhom l-ebda intenzjoni li jdgħajfu s-setgħa enormi ta' nnegozjar li huma jeżerċitaw b’mod kollettiv; l-interess prinċipali tagħhom huwa li din is-setgħa ta' nnegozjar tintuża bl-iktar mod effettiv possibbli.

 POŻIZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA


I –  Introduzzjoni

1.     Id-domandi li bihom il-Kummissjoni adiet lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rikors għal opinjoni ppreżentat abbażi ta’ l-Artikolu 228(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE, għandhom bħala suġġett prinċipali n-natura esklużiva jew le tal-kompetenza tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija, safejn dawn il-Ftehim jikkonċernaw il-prodotti KEFA u l-prodotti Euratom. Sussidjarjament id-domandi jirrigwardaw il-kompetenza esklużiva li l-Komunità għandha kemm abbażi ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, kemm abbażi tal-paralleliżmu tal-kompetenzi interni u esterni, u kif ukoll abbażi ta' l-Artikoli 100 A u 235 tat-Trattat KE, sabiex tikkonkludi l-Ftehim Ġenerali dwar il-kummerċ tas-servizzi (iktar ’il quddiem il-“GATS”) u l-Ftehim dwar Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, inkluż il-kummerċ tal-merkanzija kontrafatta (iktar ’il quddiem it-“TRIPs”).

2.     Dawn id-diversi Ftehim huma annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-Ftehim “ODK”). Dan joħloq kuntest istituzzjonali komuni għat-tmexxija tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Membri għall-kwistjonijiet kollha konnessi mal-ftehim u l-istrumenti legali annessi miegħu (Artikolu II(1), tal-Ftehim ODK). Dawn id-diversi ftehim jirriflettu r-riżultati tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Urugwaj, li kienu bdew b'effett mid-dikjarazzjoni ministerjali ta’ Punta del Este ta' l-20 ta’ Settmbru 1986.

3.     Meta huma aċċettaw din id-dikjarazzjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri ddeċidew “sabiex jiggarantixxu l-massimu tal-koerenza fit-tmexxija tan-negozjati” li “il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala negozjatur uniku tal-Komunità u ta' l-Istati Membri”. Madankollu, fil-minuti tal-laqgħa kien ġie ppreċiżat li din id-deċiżjoni “kienet b;a ħsara għall-kwistjoni tal-kompetenza tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fuq xi suġġetti partikolari”.

4.     Fil-15 ta’ Diċembru 1993, il-Kumitat tan-negozjati kummerċjali, korp speċifikament imwaqqaf mill-Konferenza ta’ Punta del Este sabiex ikun hemm tmexxija tajba tan-negozjati ta’ l-Urugwaj, li ltaqgħa fuq il-livell ta’ l-uffiċjali għolja, approva l-Att finali li jirrifletti r-riżultati tan-negozjati kummerċjali multilaterali tan-negozjati ta’ l-Urugwaj.

5.     Waqt is-sessjoni tas-7 u tat-8 ta’ Marzu 1994, il-Kunsill iddeċieda li jipproċedi għall-iffirmar ta’ dan l-Att finali u tal-Ftehim ODK. Huwa awtorizza lill-president tal-Kunsill u lil Sir Leon Brittan, membru tal-Kummissjoni, sabiex jiffirma fil-15 ta’ April 1994, ġewwa Marrakech, f’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Atti finali u l-Ftehim ODK. Peress li kkunsidraw li dawn l-atti “jikkonċernaw ukoll kwistjonijiet ta' kompetenza nazzjonali”, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri qablu, fl-istess data, li jiffirmaw l-Atti finali u l-Ftehim ODK. Min-naħa tagħha l-Kummissjoni insistiet li fil-minuti tiddaħħal nota li tgħid li “l-Att finali (…) u l-ftehim annesi miegħu jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità”.

6.     Fis-6 ta’ April 1994, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors għal opinjoni tagħha. Il-domandi tagħha kienu hekk -

“Fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati kummerċjali ta’ l-Urugwaj tal-GATT li jinsabu fl-Att Finali tal-15 ta’ Diċembru 1993 –

1)       Il-Komunità Ewropea hija kompetenti sabiex tikkonkludi l-partijiet kollha tal-Ftehim li jistabbilixxi l-ODK li jirrigwardaw il-kummerċ tas-servizzi (GATS), u l-aspetti tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, inkluż il-kummerċ tal-merkanzija kontrafatta (TRIPs), fuq il-bażi tat-Trattat KE, u b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 113 waħdu jew moqri flimkien ma’ l-Artikoli 100A u/jew 235 ta’ l-istess Trattat KE?

2)      Il-Komunità Ewropea hija kompetenti li tikkonkludi, waħedha, il-partijiet tal-ftehim ODK li jikkonċernaw il-prodotti u/jew is-servizzi li jaqgħu esklużivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati KEFA u KEEA?

3)      Jekk it-tweġiba għal dawn l-ewwel żewg domandi tkun pożittiva, għandu dan jaffettwa l-possibbiltà ta' l-Istati Membri li jikkonkludu l-Ftehim ODK, meta diġà ġie miftihem li dawn ser ikunu Membri oriġinali ta’ l-ODK

7.     Fil-15 ta’ April 1994, il-ftehim li rriżultaw min-negozjati ta’ l-Urugwaj ġew effettivament iffirmati ġewwa Marrakech. Għall-Komunità u għall-Istati Membri tagħha, l-iffirmar seħħ skond id-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq (ara punt 5).

8.     Fl-24 ta’ Mejju 1994, ir-rikors għal opinjoni ppreżentat mill-Kummissjoni ġie nnotifikat lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

II –  Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors

9.     L-ewwel nett għandu jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, abbażi ta’ l-Artikolu 228(6) tat-Trattat, tista’ tintalab fir-rigward, b'mod partikolari, ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kommunità u l-Istati Membri sabiex jikkonkludu ftehim partikolari ma' pajjiżi terzi, bħal f’dan il-każ partikolari (ara b’mod partikolari l-opinjoni 1/75 , tal-11 ta’ Novembru 1975, Ġabra p. 1355 u speċjalment p. 1360, opinjoni 1/78, tal-4 ta’ Ottubru 1979, Ġabra p. 2871, punt 30, u opinjoni 2/91, tad-19 ta’ Marzu 1993, Ġabra p. I-1061, punt 3).

10.   Ir-Renju ta' Spanja jitlob sabiex r-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli. Il-proċedura ta’ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 228 tista’ tintuża biss, fl-opinjoni tiegħu, meta l-Komunità tkun għadha ma ħadet l-ebda impenn internazzjonali. Ir-Renju ta' Spanja jenfasizza li l-ifirmar ta’ l-Att finali ta’ Marrakech kien intiż sabiex jawtentifika t-test li rriżulta min-negozjati u jinkludi, barra minn hekk, l-impenn, min-naħa tal-firmatarji, li dawn jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet rispettivi tagħhom. Il-Kunsill u l-Gvern Olandiż jillimitaw ruħhom li jesprimu dubji fuq jekk ftehim diġà ffirmat jikkostitwixxix ftehim li huwa sempliċement "prospettat" fis-sens ta’ l-Artikolu 228.

11.   Dawn l-oġġezzjonijiet u dawn id-dubji għandhom jiġu miċħuda.

12.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi mitluba tagħti l-opinjoni tagħha, abbażi ta’ l-Artikolu 228(6) tat-Trattat, f’kull mument, qabel ma' jkun hemm espressjoni definittiva ta' l-approvazzjoni tal-Komunità li tkun marbuta mill-ftehim.. Sakemm din l-approvazzjoni tkun għadha ma seħħitx, il-ftehim jibqa’ biss ftehim ipprospettat. Għalhekk xejn ma jipprekludi l-ammissibbiltà ta' dan ir-rikors.

III –  Fuq il-kliem użat fid-domandi tal-Kummissjoni

13.   ”Il-Kunsill jikkritika l-mod ta' kif il-Kummissjoni fformulat id-domandi tagħha. Skond il-Kunsill, peress li l-proċedura tirrigwarda Ftehim li ġie ffirmat mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha abbażi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-kwistjoni mhijiex dwar jekk il-Komunità tistax tiffirma u tikkonkludi waħedha dan il-Ftehim (skond il-Kunsill din hija sempliċi ipoteżi teorika), iżda dwar jekk “il-konklużjoni konġunta tal-ftehim li rriżultaw min-negozjati ta' l-Uragwaj mill-Komunità u mill-Istati Membri hijiex […] kompatibbli tat-tqassim tal-kompetenzi stabbiliti mit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet ewropej”, li ma jkunx il-każ jekk it-totalità tal-ftehim ikun jaqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

14.   Il-kritika tal-Kunsill, li jaqbel magħha l-Gvern Portugiż, għandha tiġi miċħuda. Sew jekk il-domandi isiru fit-termini li jipproponi l-Kunsill, sew jekk dawn isiru fit-termini użati mill-Kummissjoni, il-problema ċentrali tibqa dik li jiġi ddeterminat jekk il-kompetenza tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu, hijiex waħda esklużiva jew le. Hija din il-problema ċentrali li l-Qorti tal-Ġustizzja beħsiebha tikkunsidra fil-kumplament ta' din l-opinjoni, billi teżamina waħda wara l-oħra ċerti problemi partikolari li jqajmu l-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija, il-GATS u t-TRIPs. Imma l-ewwel nett għandhom jiġu kkunsidrati l-argumenti li l-Kunsill u wħud mill-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet għamlu fuq ir-rappreżentazzjoni tat-territorji dipendenti mill-Istati Membri u l-argumenti li l-Gvern Portugiż jibbaża fuq il-parteċipazzjoni ta' l-Istati membri sabiex jiġi ffinanzjat il-funzjonament ta’ l-ODK.

IV –  Fuq ir-rappreżentazzjoni ta’ ċerti territorji li jiddependu mill-Istati Membri.

15.   Fir-rigward ta' l-argument tal Kummissjoni li jgħid li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva sabiex tikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu, il-Kunsill u diversi gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet jesponu l-fatt li ċerti Stati Membri jibqgħu kompetenti għall-konklużjoni u għall-eżekuzzjoni tal-ftehim li jirrigwardaw it-territorji fir-rigward ta' liema t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej mhumiex applikabbli.

16.   Il-Gvern Franċiż jgħid ukoll, li l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu mhumiex koperti, f’diversi punti, mill-qasam mogħti lis-sistema ta’ assoċjazzjoni ta' l-OCT (pajjiżi u territorji extra-ewropej) u li għalhekk, f’dan ir-rigward, huwa biss huwa kompetenti sabiex jikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu.

17.   Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq (punt 62), it-territorji in kwistjoni, peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat KE, jinsabu fl-istess sitwazzjoni, fir-rigward tal-Komunità, bħal dik ta' pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa fil-kwalità tagħhom ta' Stati li jassiguraw ir-relazzjonijiet internazzjonali tat-territorji li jiddependu minnhom imma li ma jagħmlux parti mill-kamp tad-dritt Komunitarju, u mhux fil-kwalità tagħhom ta' membri tal-Komunità, li l-istati li fuqhom jiddipendu dawn it-territorji jridu jipparteċipaw fil-ftehim.

18.   Madankollu, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja f’din l-opinjoni (l-istess punt), il-pożizzjoni partikolari ta’ dawn l-Istati Membri ma taffettwax is-soluzzjoni tal-problema dwar id-delimitazzjoni ta’ l-isferi tal-kompetenza fi ħdan il-Komunità.

V –  Fuq il-domandi ta’ natura finanzjarja u li jirrigwardaw l-estimi

19.   Filwaqt li jirreferi għal Artikolu VII tal-Ftehim ODK, li jgħid li kull membru għandu jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ l-ODK u għall-fatt li l-Istati Membri tal-Komunità akkwistaw il-kwalità ta’ membri oriġinarji ta’ l-ODK (ara l-Artikolu XI(1), il-Gvern Portugiż iqis li din iċ-ċirkustanza hija biżżejjed sabiex tiġġustifika l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni ta’ dan il-ftehim, anki jekk il-finanzjament m’għandux l-istess importanza deċiżiva bħal fil-ftehim internazzjonali fuq il-kawċu li kien is-suġġett ta’ l-opinjoni 1/78 iċċitata iktar ‘il fuq. Il-Gvern Portugiż iżid raġuni ibbażata fuq id-dritt kostituzzjonali tiegħu, li li jeżiġi l-approvazzjoni tal-Parlament nazzjonali fir-rigward ta' Trattati internazzjonali li jipprevedu l-parteċipazzjoni tar-Repubblikà Portugiża f'organizzazzjonijiet internazzjonali.

20.   Fir-rigward ta' l-aħħar argument, huwa biżżejjed li jingħad li d-dispożizzjonijiet ta’ natura legali interni, anki dawk ta’ natura kostituzzjonali, ma jistgħux ibiddlu t-tqassim tal-kompetenzi internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità, hekk kif jirriżulta mit-Trattat.

21.   Lanqas l-ewwel argument ma jista' jiġi aċċettat. Peress li din hija organizzazzjoni internazzjonali li għandha biss ‘estimi’ ta’ funzjonament u mhux strument ta’ azzjoni finanzjarja, it-teħid ta' responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ l-ODK mill-Istati Membri fl-ebda każ ma jista' jiġġustifika, fiħ innifsu, il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri għall-konklużjoni tal-Ftehim.

VI –  Fuq il-Ftehim multilaterali dwar il-kummerċ tal-merkanzija

22.   F'dak li jirrigwarda l-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija, il-Kummissjoni u l-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet jaqblu li dawn huma, fil-parti l-kbira, koperti mill-kompetenza esklużiva li għandha l-Komunità fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE. In-nuqqas ta' qbil huwa biss fuq xi punti partikolari.

23.   Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva sabiex tikkonkludi l-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija, safejn dawn huma applikabbli għall-prodotti Euratom, mhijiex ikkuntestata la mill-Kunsill u lanqas mill-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet. Madankollu, peress li din il-problema ġiet imqajma mill-Kummissjoni fit-tieni domanda tagħha, din għandha tiġi eżaminata.

24.   L-Artikolu 232(2) tat-Trattat KE jippreċiża li d-dispożizzjonijiet tiegħu “m'għandhomx jidderogaw għal dak li jiddisponi t-Trattat li bih ġiet stabbilita l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika”. Peress li t-Trattat Euratom ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni fuq il-kummerċ estern, xejn ma jipprekludi li l-ftehim konklużi abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE jiġu estiżi għall-kummerċ internazzjonali tal-prodotti Euratom.

25.   Min-naħa l-oħra, il-każ tal-prodotti KEFA jikkostitwixxi punt li fuqu hemm nuqqas ta' qbil bejn, minn naħa, il-Kummissjoni li tqis li l-kompetenza esklużiva tal-Komunità abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE tgħodd ukoll fir-rigward tal-prodotti KEFA, u min-naħa l-oħra, il-Kunsill u l-parti l-kbira ta' l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet li jargumentaw favur kompetenza ta’ l-istat billi jirreferu għall-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA.

26.   Huwa minnu li skond l-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA, “il-kompetenza tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-politika kummerċjali mhijiex affettwata mill-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, ħlief fejn ikun ipprovdut mod ieħor ”. Barra minn hekk, l-Artikolu 232(1) tat-Trattat KE jispeċifika li huwa ma jbiddilx id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEFA, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda d-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri u s-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet.

27.   Madankollu, peress li t-Trattat KEFA ġie elaborat fi żmien meta l-Komunità Ekonomika Ewropea kienet għadha ma teżistix, l-Artikolu 71 ta’ dan it-Trattat setgħa biss kien qiegħed jirreferi għall-prodotti tal-faħam u ta' l-azzar. F’kull każ, dan it-Trattat irriżerva kompetenza għll-Istati Membri biss f'dak li jirrigwarda ftehim li jinkludu speċifikament il-prodotti KEFA. Min-naħa l-oħra, il-Komunità hija kompetenti biss abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE sabiex tikkonkludi ftehim estern ta’ natura ġenerali, jiġifieri li jinkludi kull tip ta’ merkanzija anki jekk, fost din il-merkanzija, ikun hemm prodotti KEFA. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja iddeċidiet fl-opinjoni 1/75, iċċitata iktar ‘il fuq (p. 1365, it-tielet paragrafu), huwa eskluż li l-Artikolu 71 tat-Trattat KEFA jista’ “ineħħi l-effett ta' l-Artikoli 113 u 114 tat-Trattat KEE, u jaffettwa l-attribuzzjoni ta' kompetenza lill-Komunità sabiex tinnegozja u tikkonkludi ftehim internazzjonali li jaqgħu taħt il-qasam tal-politika kummerċjali komuni”. F’dan il-każ, wara eżami tal-Ftehim multilaterali fuq il-kummerċ tal-merkanzija, jidher li l-ebda wieħed minnhom ma jirrigwarda speċifikament il-prodotti KEFA. Minn dan jirriżulta li l-kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi dawn il-ftehim ma tistax tiġi kkuntestata minħabba li dawn huma applikabbli wkoll għall-prodotti KEFA.

28.   Il-Kunsill jesponi li l-użu ta’ l-Artikolu 43 tat-Trattat KE bħala bażi għad-deċiżjoni tiegħu li jikkonkludi l-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu huwa neċessarju għall-Ftehim fuq l-agrikoltura, għaliex dan ma jirrigwardax biss il-miżuri kummerċjali li applikabbli għall-kummerċ internazzjonali tal-prodotti agrikoli, iżda wkoll u fuq kollox is-sistema interna ta’ l-organizzazzjoni tas-swieq agrikoli. Il-Gvern tar-Renju Unit jispjega b’mod partikolari li l-impenji meħuda sabiex jitnaqqsu s-sussidji interni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni previsti mil-Ftehim fuq il-prodotti agrikoli, ser jkollhom effett fuq l-organiżazzjoni komuni tas-swieq u li, peress illi dawn jaffettwaw il-prodotti Komunitarji u mhux il-prodotti importati, dawn ma jidħlux fil-kuntest ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE.

29.   F'dak li jirrigwarda l-Ftehim fuq l-agrikoltura, huwa ċertament minnu li l-Artikolu 43 ġie kkunsidrat bħala li huwa l-bażi legali l-iktar approprjata għal direttiva li għandha bħala suġġett ir-regolamentazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, mhux biss fil-kummerċ intrakomunitarju, iżda wkoll meta dawn ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi (ara s-sentenza tas-16 ta’ Novembru 1989, Il-kummissjoni vs Il-Kunsill, C-131/87, Ġabra p. I-3764, punt 27). Madankollu din kienet direttiva li kienet intiża sabiex twettaq wieħed jew iktar mill-għanijiet tal-politika agrikola komuni msemmija fl-Artikolu 39 tat-Trattat. Dan mhux il-każ tal-Ftehim fuq l-agrikoltura anness mal-Ftehim ODK. Fil-fatt, dan għandu bħala għan li jistabbilixxi, fuq livell dinji, “sistema ta’ kummerċ tal-prodotti agrikoli li tkun ekwa u bbażata fuq is-suq” (ara l-preambolu tal-Ftehim fuq l-agrikoltura). Il-fatt li xi impenji previsti fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim jimplikaw li xi miżuri ta’ eżekuzzjoni interna jiġu adottati fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 43 tat-Trattat, ma jipprekludix li l-impenji internazzjonali nfushom ikunu jistgħu jiġu adottati abbażi ta’ l-Artikolu 113 waħdu.

30.   Il-Kunsill jgħid ukoll li l-użu ta’ l-Artikolu 43 tat-Trattat KE għandu jservi wkoll bħala l-bażi tad-deċiżjoni tiegħu li jikkonkludi l-Ftehim fuq l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji, u dan għall-istess raġunijiet li huwa espona fir-rigward tal-Ftehim fuq l-agrikoltura.

31.   Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Il-Ftehim fuq l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji jillimita ruħu, hekk kif jirriżulta mill-għanijiet tiegħu, li “jistabilixxi kuntest multilaterali ta' regoli u ta' dixxiplini sabiex tiġi orjentata l-elaborazzjoni, l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji sabiex jitnaqqsu għall-minimu l-effetti negativi tagħhom fuq il-Kummerċ”. Ftehim bħal dan jista’ jiġi adottat abbażi ta’ l-Artikolu 113 waħdu.

32.   Skond il-Gvern Olandiż, il-parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri għall-Ftehim ODK huwa ġġustifikat, peress illi l-Istati Membri għandhom kompetenza proprja fil-qasam ta’ l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, minħabba n-natura mhux obbligatorja ta’ ċerti direttivi Komunitarji f’dan il-qasam u minħabba l-fatt li armonizzazzjoni kompleta la seħħet u lanqas mhija prevista f’dan il-qasam.

33.   Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-Ftehim fuq l-ostakli tekniċi għall-kummerċ għandu jiġi kkunsidrat bħala li jaqa taħt il-politika kummerċjali komuni, għaliex id-dispożizzjonijiet tiegħu huma sempliċement intiżi sabiex jiġi evitat li r-regoli tekniċi kif ukoll il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità mar-regoli tekniċi joħolqu xi ostakli mhux neċċessarji għall-kummerċ internazzjoinali (ara l-għanijiet u l-Artikoli 2.2 u 5.1.2 tal-Ftehim).

34.   Minn dak li ntqal iktar 'il fuq, jirriżulta li l-Komunità biss hija kompetenti, abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, sabiex tikkonkludi l-Ftehim multilaterali dwar il-kummerċ tal-merkanzija.

VII –  Fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, il-GATS u t-TRIPs

35.   It-teżi prinċipali tal-Kummissjoni hija s-segwenti - il-konklużjoni kemm tal-GATS kif ukoll tat-TRIPs taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità fil-qasam tal-politika kummerċjali, abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE. Din l-opinjoni sabet reżistenza qawwija mill-Kunsill, mill-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet u mill-Parlament Ewropew li ġie awtorizzat, fuq talba tiegħu, sabiex jippreżenta osservazzjonijiet. Għalhekk jaqbel li tiġi eżaminata l-ewwel u qabel kollox, din it-teżi prinċipali tal-Kummissjoni billi jiġu ikkunsidrati suċċessivament il-GATS u t-TRIPs.

A –  IL-GATS

36.   Filwaqt li bbażat ruħha essenzjalment fuq l-interpretazzjoni mhux restrittiva li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għamlet tal-kunċett tal-politika kummerċjali komuni (ara l-opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq, punti 44 u 45), fuq ir-rabtiet jew il-konnessjoni li teżisti bejn il-merkanzija u s-servizzi, fuq l-iskop ewlieni tal-GATS kif ukoll fuq l-istrumenti adottati, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-servizzi jagħmlu parti mill-politika kummerċjali komuni, mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' provvista ta' servizzi, u, b’mod partikolari, bejn is-servizzi li jkunu s-suġġett ta' provvista transfruntaljiera diretta u dawk li jiġu pprovduti permezz ta’ preżenza kummerċjali fil-pajjiż tad-destinatarju tas-servizz. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-ftehim internazzjonali ta’ natura kummerċjali fil-qasam tat-trasport (b'kuntrast ma’ dawk li jirrigwardaw regoli ta’ sigurtà) jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni u mhux taħt it-titolu partikolari li t-Trattat jiddedika għall-politika komuni tat-trasport.

37.   Jaqbel li l-ewwel nett jiġu kkunsidrati s-servizzi li mhumiex relatati mat-trasport, u wara s-servizzi partikolari li jikkostitwixxu t-trasport.

38.   F'dak li jirrigwarda l-ewwel tip ta' servizzi, għandu preliminarjament jiġi mfakkar li, fl-opinjoni 1/75, fejn ġiet interpellata sabiex tiddeċiedi fuq il-portata tal-kompetenzi Komunitarji fir-rigward ta' arranġament li jirrigwarda regola fuq l-ispejjeż lokali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet “li l-qasam tal-politika kummerċjali komuni, u b’mod partikolari dak tal-politika ta’ l-esportazzjoni, tinkludi neċċessarjament is-sistemi ta’ għajnuna għal esportazzjoni u b’mod partikolari l-miżuri li jikkonċernaw krediti intiżi għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż lokali konnessi ma operazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni” (Ġabra 1975, p. 1362). L-ispejjeż lokali in kwistjoni kienu jirrigwardaw l-ispejjeż marbuta mal-provvista kemm ta' oġġetti kif ukoll ta' servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja xorta waħda rrikonoxxiet il-kompetenza esklużiva tal-Komunità, mingħajr ma għamlet l-ebda distinzjoni bejn oġġetti u servizzi.

39.   Fl-opinjoni tagħha 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq (punt 44), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 113 “li l-effett għandu jillimita l-politika kummerċjali komuni għal użu ta’ l-istrumenti intiżi sabiex jaffettwaw biss l-aspetti tradizzjonali tal-kummerċ estern”. Hija kkunsidrat, bil-kontra ta' dan, li “il-kwistjoni tal-kummerċ estern għandha tiġi rregolata f'perspettiva miftuħa” u dan huwa kkonfermat “miċ-ċirkustanza li l-lista, fl-Artikolu 113, ta' l-għanijiet tal-politika kummerċjali…hija meqjusa bħala lista mhux eżawrjenti” (opinjoni 1/78, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 45).

40.   Fir-rikors tagħha għal opinjoni, il-Kummissjoni qalet li, f’ċerti pajjiżi żvilluppati, is-settur tas-servizzi sar is-settur dominanti ta’ l-ekonomija u li l-ekonomija dinjija kienet fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni fondamentali, fejn l-industrija ordinarja għandha t-tendenza li tiġi trasferita lejn l-ekonomiji tal-pajjiżi li jinsabu fi proċess ta’ żvillupp, filwaqt li l-ekonomiji żvilluppati qegħdin fil-proċess li jsiru prinċipalment esportaturi tas-servizzi u ta' oġġetti b'valur għoli miżjud. Il-Qorti tal-Ġustizzja tgħid li dan l-iżvilupp huwa rifless mill-Ftehim ODK u mill-annessi tiegħu li kienu s-suġġett ta' negozjati globali li jinkludu l-merkanziji u s-servizzi.

41.   Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali, in-natura miftuħa tal-politika kummerċjali komuni fis-sens tat-Trattat tipprekludi li l-kummerċ tas-servizzi jiġi, immedjatament u bħala prinċipju, eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113, hekk kif jixtiequ wħud mill-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet.

42.   Sabiex tkun ippreċiżata din il-konklużjoni, għandha madankollu tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tal-kummerċ tas-servizzi mogħtija mill-GATS sabiex jiġi kkunsidrat jekk is-sistema tat-Trattat kollu kemm hu hijiex ta’ natura tali li tillimita l-inklużjoni tal-kummerċ tas-servizzi fl-Artikolu 113.

43.   Il-kummerċ tas-servizzi fis-sens tal-GATS jinkludi, abbażi ta’ l-Artikolu(2) tiegħu, erba’ metodi ta' provvista ta’ servizzi - 1) il-provvisti transfruntaljieri li ma jinvolvu l-ebda ċaqliq ta’ persuni; 2) il-konsum barra mill-pajjiż li jinvolvi ċ-ċaqliq tal-benefiċjarju lejn it-territorju tal-Membru ta’ l-ODK fejn huwa stabbilit il-fornitur, 3)il-preżenza kummerċjali, jiġifieri l-preżenza ta’ kumpanniji sussidjarji jew ta’ fergħat fit-territorju tal-Membru ta’ l-ODK fejn jiġi mogħti s-servizz, 4)il-preżenza ta’ persuni fiżiċi ta’ Membru ta’ l-ODK li permez tagħhom il-fornitur ta' Membru jipprovdi servizzi fuq it-territorju ta’ Membru kompletament differenti.

44.   F'dak li jirrigwarda l-provvista transfruntaljiera, is-servizz jingħata minn fornitur stabbilita f’pajjiż determinanti glill-benefiċjarju residenti ġewwa pajjiż ieħor. Mhemm la ċ-ċaqlieq tal-fornitur lejn il-pajjiż tal-benefiċjarju, u lanqas, bil-kontra ta' dan, iċ-ċaqlieq tal-benefiċjarju lejn il-pajjiż tal-fornitur. Din is-sitwazzjoni tinkludi xi similitudni man-negozju tal-merkanzija, li mingħajr ebda dubju taqa' taħt il-politika kummerċjali komuni fis-sens tat-Trattat. L-ebda raġuni partikolari ma tipprekludi li tali provvista tiġi inkluża fil-kunċett ta’ politika kummerċjali komuni.

45.   Dan jogħodd ukoll għat-tliet metodi l-oħra ta’ provvista ta’ servizzi koperti mill-GATS; il-konsum barra mill-pajjiż, il-preżenza kummerċjali, u l-preżenza ta’ persuni fiżiċi.

46.   F'dak li jirrigwarda l-persuni fiżiċi, mill-Artikolu 3 tat-Trattat, li jagħmel distinzjoni bejn, fil-paragrafu b, “politika kummerċjali komuni”, u fil-paragrafu d, “xi miżuri li jirrigwardaw id-dħul u ċ-ċirkulazzjoni tal-persuni”, jirriżulta li t-trattament taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta dawn jagħddu mill-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ma jistax jiġi meqjus bħala li jaqa' taħt il-politika kummerċjali komuni. B’mod iktar ġenerali, l-eżistenza fit-Trattat ta’ kapitoli speċifiċi iddedikati għal-moviment liberu tal-presuni, kemm jekk fiżiċi kif ukoll jekk ġuridiċi, turi li dawn l-oqsma mhumiex inklużi fil-politika kummerċjali komuni.

47.   Jirriżulta li l-metodi ta’ provvista tas-servizzi li l-GATS isejjaħ “konsum barra mill-pajjiż”, “preżenza kummerċjali” u “preżenza ta’ persuni fiżiċi” mhumiex koperti mill-politika kummerċjali komuni.

48.   Issa, għandhom jiġu eżaminati s-servizzi partikolari li jikkostitwixxu t-trasport. Dawn jikkostitwixxu s-suġġett, fit-Trattat, ta' titolu speċjali (it-titolu IV), li huwa differenti mit-titolu VII li huwa dedikat għall-politika kummerċjali komuni. Huwa preċiżament fir-rigward tal-politika tat-trasport li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, għall-ewwel darba, li l-kompetenza li l-Komunità tikkonkludi ftehim internazzjonali “tirriżulta mhux biss minn attribuzzjoni espliċita tat-Trattat - bħal fil-każ ta’ l-Artikoli 113 u 114 għall-ftehim tariffarji u kummerċjali u ta’ l-Artikolu 238 għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni – iżda li din il-kompetenza tista’ tirriżulta wkoll minn dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat u ta’ l-atti adottati, fil-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, mill-istituzzjonijiet tal-Komunità” (ara s-sentenza tal-31 ta’ Marzu 1971, imsejjħa “ERTA”, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, 22/70, Ġabra p. 263, punt 16). L-idea prinċipali wara din il-ġurisprudenza hija li l-ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport ma jaqgħux taħt l-Artikolu 113.

49.   Il-portata tas-sentenza ERTA ma tistax tiġi mnaqqsa billi ssir distinzjoni bejn ,minn naħa, il-ftehim li jitrattaw ir-regoli tas-sigurtà, bħalma huma dawk li jirrigwardaw it-tul ta’ ħin ta’ sewqan għas-sewwieqa professjonali li kien is-suġġett ta’ l-ERTA u, min-naħa l-oħra, il-ftehim ta’ natura kummerċjali.

50.   Fil-fatt, is-sentenza ERTA ma tagħmel l-ebda distinzjoni bħal din. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-analiżi tagħha fl-opinjoni 1/76, tas-26 ta’ April 1977 (Ġabra p. 741), fir-rigward tal-ftehim li kellu l-għan li jsaħħaħ is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tat-trasport fuq ix-xmajjar, fi kliem ieħor ta’ ftehim ta’ natura ekonomika li m’għandux x’jaqsam mar-regoli tas-sigurtà. Barra minn dan huwa abbażi tat-titolu “trasporti” li ġew konklużi diversi ftehim ma' pajjiżi terzi li jinsabu fil-lista twila li l-Gvern tar-Renju Unit ipprovda fl-osservazzjonijiet tiegħu.

51.   Sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikkwota serje ta’ miżuri ta' embargo li ġew ibbażati fuq l-Artikolu 113 u li kienu jinvolvu l-interruzzjoni tas-servizzi tat-trasport [miżuri meħuda kontra l-Iraq – ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2340/90, tat-8 ta’ Awissu 1990, li jipprojbixxi l-kummerċ tal-Komunità ma' l-Iraq u mal-Kuwait (ĠU L 213, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3155/90, tad-29 ta’ Ottubru 1990, li jestendi u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2340/90 li jipprojbixxi l-kummerċ tal-Komunità ma' l-Iraq u mal-Kuwait (ĠU L 304, p. 1), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1194/91, tas-7 ta’ Mejju 1991, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2340/90 u (KEE) Nru 3155/90 li jipprojbixxi l-kummerċ tal-Komunità ma' l-Iraq u mal-Kuwait (ĠU L 115, p. 37); miżuri meħuda kontra r-Repubblikà Federali tal-Jugoslavja (Serbia u Monténégro) – ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 990/93, tas-26 ta’ April 1993, dwar il-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblikà Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Monténégro) (ĠU L 102, p. 14), miżuri meħuda kontra Haïti – ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1608/93, tal-24 ta’ Ġunju 1993, li jistabbilixxi embargo fuq ċerti skambji kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Haïti (ĠU L 155, p. 2)]. Dawn il-preċedenti mhumiex konvinċenti u deċisivi. Kif ġustament jenfasizza l-Parlament Ewropew, l-embargo kien jirrigwarda l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-prodotti, ma kienx ikun effetif kieku ma ġiex deċiż, fl-istess ħin, li jkun hemm waqfien tas-servizzi tat-trasport. Din ta’ l-aħħar tidher li kienet l-aċċesorju neċċessarju tal-miżura prinċipali. Għalhekk, il-preċedenti mhumiex rilevanti fir-rigward ta' jekk il-Komunità għandiex kompetenza esklużiva, abbażi ta’ l-Artikolu 113, sabiex tikkonkludi ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport.

52.   F’kull każ, skond ġurisprudenza stabbilita, sempliċi prattika tal-Kunsill ma tistax tidderoga mir-regoli tat-Trattat u ma tistax konsegwentement, toħloq preċedent li jorbot lill-istituzzjonijet tal-Komunità fir-rigward ta' l-għażla tal-bażi legali koretta (sentenza tat-23 ta’ Frar 1988, Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill, 68/86, Ġabra p. 855, punt 24).

53.   Minn dak li ntqal iktar 'il fuq, jirriżulta li huma biss il-provvisti transfruntaljiera li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat u li l-ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport huma esklużi minn dan il-kamp.

B –  It-TRIPs

54.   Sabiex issostni kompetenza esklużiva tal-Komunità abbażi ta’ l-Artikolu 113, il-Kummissjoni essenzjalment tesponi li, ir-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali huma strettament marbutin mal-kummerċ ta' prodotti u ta' servizzi li huma applikabbli għalihom.

55.   Għandu l-ewwel nett jiġi osservat li s-sezzjoni 4 tal-parti III tat-TRIPs, li titratta l-mezzi adottati sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, tinkludi indikazzjonijiet speċifiċi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-fruntieri. Kif osserva l-Gvern tar-Renju Unit, din is-sezzjoni hija riflessa fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3842/86, tal-1 ta’ Diċembru 1986, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati (ĠU L 357, p. 1). Għalhekk huwa ġust li dan ir-regolament, peress li jikkonċerna l-projbizzjoni tar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati, kien ibbażat fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat – dan, fil-fatt, jirrigwarda miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Peress li dawn it-tip ta’ miżuri jistgħu jiġu adottati b’mod awtonomu mill-istituzzjonijiet Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, hija biss il-Komunità waħedha li tista' tikkonkludi ftehim internazzjonali li jkollhom dan is-suġġett.

56.   Madankollu, apparti f'dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tat-TRIPs li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati, l-argument tal-Kummissjoni ma jistax jiġi aċċettat.

57.   Huwa minnu li hemm konnessjoni bejn il-proprjetà intelletwali u l-kummerċ tal-merkanzija. Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jippermettu lill-proprjetarji tagħhom li jwaqqfu lil terzi milli jagħmlu ċerti atti. Il-fatt li wieħed jista jwaqqaf l-użu ta’ xi trade mark, il-manifatturazzjoni ta’ xi prodott, il-kopja ta’ xi mudell, ir-riproduzzjoni ta’ xi ktieb, ta’ xi diska, jew ta’ xi videokassette, għandu, mingħajr l-ebda dubbju, effett fuq il-kummerċ. Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali huma, barra minn hekk, preċiżament imfassla sabiex joħolqu dawn l-effetti. Dan mhuwiex biżejjed sabiex dawn jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-Artikolu 113. Fil-fatt, id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali ma jirrigwardawx speċifikament il-kummerċ internazzjonali – huma jaffettwaw il-kummeċ intern bl-istess mod, jekk mhux saħansitra aktar, milli jaffettwaw dak internazzjonali.

58.   Kif ġustament osserva l-Gvern Franċiż, l-għan prinċipali tat-TRIPs huwa li jsaħħaħ u jarmonizza l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fuq skala dinjija. Il-Kummissjoni stess ammettiet li, peress li t-TRIPs jistabbilixxi regoli f'oqsma fejn mhemmx miżuri ta' armonizzazzjoni Komunitarja, il-konklużjoni tiegħu tippermetti li jkun hemm, fl-istess ħin, armonizzazzjoni fi ħdan il-Komunità, u għalhekk, kontribuzzjoni għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq komuni.

59.   F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li, fuq livell leġiżlattiv intern, il-Komunità għandha, fil-qasam tal-proprjetà intelletwali, kompetenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali abbażi ta’ l-Artikoli 100 u 100 A u tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 235 sabiex toħloq drittijiet ġodda li jissovraponu ruħhom fuq id-drittijiet nazzjonali, kif hija għamlet bir-Regolament fuq it-trade mark Komunitarja (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, fuq it-trade mark Komunitarja, ĠU L 11 tal-14 ta’ Jannar 1994, p. 1). Dawn id-dispożizzjonijiet huma suġġetti għal regoli tal-vot (l-konsensus f'dak li jirrigwarda l-Artikoli 100 u 235) jew għal regoli tal-proċedura (konsultazzjoni tal-Parlament fil-każ ta’ l-Artikolu 100 u ta’ l-Artikolu 235, proċedura ta’ ko-deċiżjoni fil-każ ta’ l-Artikolu 100A) differenti minn dawk li huma applikabbli fil-kuntest ta’ l-Artikolu 113).

60.   Jekk kompetenza esklużiva tiġi rikonoxxuta lill-Komunità sabiex din tieħu sehem fi ftehim ma’ xi pajjiżi terzi, bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali u sabiex tinħoloq, fl-istess ħin, armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju, l-istituzzjonijiet Komunitarji jkunu f'pożizzjoni li jevitaw l-obbligi li huma għandhom fuq livell intern f'dak li jirrigwarda l-proċedura u l-mod tal-vot

61.   Prattika ta’ l-istituzzjonijiet li tikkonsisti f’miżuri awtonomi jew xi ftehim esterni adottati abbażi ta’ l-Artikolu 113, ma jistgħux ibiddlu din il-konklużjoni.

62.   Il-Kummissjoni ssemmi tliet każijiet, fejn, abbażi ta' “l-istrument ġdid tal-politika kummerċjali” [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2641/84, tas-17 ta’ Settembru 1984 fuq it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien kontra prassi kummerċjali illeċiti (ĠU L 252, p. 1), regolament li huwa wkoll ibbażat fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat], infetħet proċedura bil-għan li tiddefendi l-interessi tal-Komunità fil-qasam tal-proprjetà intelletwali [deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/251/KEE, tat-12 ta’ Marzu 1987, dwar il-ftuħ ta' proċedura internazzjonali ta’ konsultazzjoni u ta' soluzzjoni ta' kontroversji fir-rigward ta' miżura Amerikana li teskludi l-importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti aramidi mis-suq ta’ l-Istati Uniti (ĠU L 117, p. 18)] notifika tal-ftuħ ta' proċedura “prattiċi kummerċjali illegali” dwar ir-riproduzzjoni mhux awtorizzata, ġewwa l-Indonesja, tar-recordings (ĠU 1987, Ċ 136, p. 3); notifika tal-ftuħ ta' proċedura ta’ eżami dwar il-prattika kummerċjali illegali fis-sens tar-regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 2641/84, li tikkonsisti fl-ikkupjar pirata tar-reġistrazzjonijiet sonori tal-Komunità fit-Tajlandja (ĠU 1991, Ċ 189, p. 26).

63.   Il-miżuri li jistgħu jittieħdu abbażi ta' dan ir-regolament sabiex ikun hemm reazzjoni kontra n-nuqqas ta’ protezzjoni f’pajjiż terz tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li huma propjeta ta' kumpanniji Komunitarji (jew kontra d-diskriminazzjoni li teżisti fir-rigward tagħhom f’dan il-qasam), m’għandhom l-ebda relazzjoni mal-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali li tirrappreżenta l-għan ewlieni tat-TRIPs. Fil-fatt, skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 2641/84, iċċitat iktar ‘il fuq, dawn jinvolvu l-ewwel nett is-suspensjoni jew l-irtirar tal-konċessjonijiet kollha maħruġa min-negozjati ta' politika kummerċjali; u wara din, iż-żieda fid-dazji eżistenti jew l-introduzzjoni ta’ xi ħlasijiet fuq l-importazzjoni; u fl-aħħar nett, l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi jew ta’ kull miżura oħra li tbiddel il-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Dawn il-miżuri kollha jaqgħu, min-natura tagħhom stess, taħt il-politika kummerċjali.

64.   Il-Kummissjoni tibbaża argument ieħor fuq il-miżuri li l-Komunità adottat fir-rigward tal-Korea fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4257/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li japplika t-tariffi preferenzjali ġenerali għas-sena 1989 għal xi prodotti industrijali li jkunu ġejjin minn pajjiżi li qegħdin fi proċess ta’ żvillupp (ĠU L 375, p. 1). Peress li l-Korea kienet għamlet diskriminazzjoni bejn l-imsieħba kummerċjali tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali (ara t-tmintax-il premessa tar-regolament), il-Komunità issospendiet it-tariffi preferenzjali ġenerali fir-rigward tal-prodotti tagħha (Artikolu 1(3) ta’ l-istess regolament).

65.   Dan l-argument, bħal dak ta' qablu, mhuwiex konvinċenti. Peress li l-konċessjoni ta' tariffi preferenzjali ġenerali hija miżura ta’ politika kummerċjali, kif iddeċidiet l-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tas-26 ta’ Marzu 1987, imsejħa “tariffi preferenzjali ġenerali”, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, 45/86, Ġabra p. 1493, punt 21), dan jogħodd ukoll għas-suspensjoni tagħha. Dan bl-ebda mod ma jfisser li l-Komunità għandha kompetenza esklużiva abbażi ta’ l-Artikolu 113, sabiex tikkonkludi ftehim, ma' pajjiżi terzi, intiż għall-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fuq livell dinji.

66.   Sabiex issostni l-argument tagħha, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, li jidhru f’xi ftehim ma' pajjiżi terzi li kienu ġew konklużi fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat.

67.   Għandu jiġi enfasizzat li l-portata ta’ dawn il-klawżoli hija estremament limitata. Il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblikà Popolari taċ-Ċina fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili, iffirmat fid-9 ta’ Diċembru 1988 (ĠU L 380, p. 1), kif ukoll il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili, iffirmat fil-11 ta’ Diċembru 1989 (ĠU L 397, p. 1) jipprovdu sempliċement proċedura ta’ konsultazzjoni dwar il-protezzjoni tat-trade marks jew tal-mudelli ta' prodotti tessili. Barra minn hekk, it-tliet ftehim temporanji konklużi bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant [ftehim ma' l-Ungerija tas-16 ta’ Diċembru 1991 (ĠU 1992, L 116, p. 1), ftehim mar-Repubblikà Federali Ċeka u Slovakka tas-16 ta’ Diċembru 1991 (ĠU 1992 L 115, p. 1); ftehim mar-Repubblikà tal-Bulgarija tat-8 ta’ Marzu 1993 (ĠU L 323, p. 1)] jinkludu kollha kemm huma klawżola, magħmula b’mod identiku, li tistieden lil dawn il-pajjiżi sabiex itejjbu l-protezzjoni tal-propjretà intelletwali sabiex jiġi assigurat, sa' ċertu terminu, “livell ta’ protezzjoni simili għal dak ipprovdut fil-Komunità” mill-atti tal-Komunità. Kif ġustament osserva l-Gvern Franċiż, klawżola ta’ dan it-tip torbot biss lill-pajjiż terz li jkun parti għall-ftehim.

68.   Il-fatt li l-Komunità u l-istituzzjonijiet tagħha għandhom id-dritt li jdaħħlu, f’xi ftehim esterni li, mill-bqija, ikunu jaqgħu taħt l-Artikolu 113, xi dispożizzjonijiet aċċesorji li jorganizzaw proċeduri ta’ sempliċi konsultazzjoni jew ta’ klawżoli li jistiednu l-parti l-oħra sabiex iżżid il-livell ta’ protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, ma jwassalx għall-konklużjoni li l-Komunità hija, waħedha, kompetenti sabiex tikkonkludi ftehim internazzjonali ta’ l-istess natura u ta’ l-istess portata tat-TRIPs.

69.   Fl-aħħar nett huwa ċertament minnu li, kif issostni l-Kummissjoni, fil-ftehim mar-Repubblikà ta’ l-Awstrija tat-23 ta’ Diċembru 1988, dwar il-kontroll u l-protezzjoni reċiproka ta’ l-inbejjed ta’ kwalità kif ukoll ta’ l-inbid “restina” (ĠU 1989, L 56, p. 1), u fil-ftehim mal-Awstralja tas-26 u tal-31 ta’ Jannar 1994, dwar il-kummerċ ta’ l-inbid (ĠU L 86, p. 1), hemm xi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni reċiproka tad-denominazzjonijiet ta’ l-inbejjed. Għalhekk, l-ismijiet tar-reġjuni li jagħmlu l-inbid Awstrijaċi huma riżervati esklużivament, fit-territorju tal-Komunità, għal-inbejjed Awstrijaċi li għalihom dawn japplikaw u jistgħu jintużaw biss skond il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Awstrijaka (Artikolu 3(3) tal-ftehim). Dispożizzjoni simili hija nkluż fil-ftehim mal-Awstralja (Artikolu 7(3).

70.   Madankollu, kif jirriżulta mill-premessi tad-deċiżjoni tal-Kunsill 94/184/KE, tal-24 ta’ Jannar 1994, dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ ta’ l-inbid (ĠU L 86, p. 1), dan il-ftehim kien ġie stabbilit fuq livell Komunitarju għaliex id-dispożizzjonijiet tiegħu huma direttament konnessi mal-miżuri rregolati mill-politika agrikola komuni, jiġifieri mil-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq l-inbejjed u fuq il-vitikultura. Barra minn hekk, l-ebda argument ma jista’ jiġi bbażat fuq dan il-preċedent f'dak li jirrigwarda l-privattivi u l-mudelli, il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni teknika mhux żvelata, it-trade marks jew ukoll id-dritt ta’ l-awtur, li wkoll koperti mit-TRIPs.

71.   Minn dak li ntqal iktar 'il fuq, għandu jiġi konkluż li bl-eċċezjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-projbizzjoni tat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tal-merkanzija kontrafatta, it-TRIPs mhuwiex kopert mill-politika kummerċjali komuni.

VIII –  Fuq il-setgħat impliċiti esterni tal-Komunità Ewropea, il-GATS u t-TRIPs

72.   Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma taċċetax t-teżi prinċipali tagħha dwar il-kompetenza esklużiva tal-Komunità abbażi ta’ l-Artikolu 113, il-Kummissjoni sostniet, sussidjarjament, li l-kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-GATS u t-TRIPs tirriżulta impliċitament mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu l-kompetenza interna tagħha jew mill-eżistenza ta’ atti ta' dritt sekondarju li jikkostittwixxu l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jew inkella min-neċċessità li jittieħdu l-impenji internazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet interni tal-Komunità. Il-Kummissjoni tgħid ukoll li, fil-każ li hija ma jkolliex setgħat suffiċjenti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat jew ta’ l-atti tad-dritt sekondarju, din il-kompetenza esklużiva tal-Komunità tirriżulta mill-Artikoli 100A u 235 tat-Trattat. Filwaqt li rrikonoxxew l-fatt li l-Komunità għandha ċerti kompetenzi, il-Kunsill u l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet jikkontestaw in-natura esklużiva tagħhom.

A –  Il-GATS.

73.   F'dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-GATS, il-Kummissjoni ssemmi tliet sorsi possibli ta’ kompetenza esklużiva tal-Komunità - il-setgħat mogħtija mit-Trattat lill-istituzzjonijiet Komunitarji fuq livell intern, in-neċċessità li il-ftehim jiġi konkluż sabiex jintlaħaq għan tal-Komunità, u fl-aħħar nett l-Artikoli 100A u 235.

74.   Il-Kummissjoni l-ewwel nett tesponi li fil-GATS ma jeżisti l-ebda qasam jew ma hemm l-ebda dispożizzjoni partikolari fir-rigward ta' liema l-Komunità m’għandiex setgħat korrespondenti sabiex tieħu xi miżuri fuq livell intern. Dawn is-setgħat huma previsti fil-kapitoli fuq id-dritt ta’ stabbiliment, fuq il-liberta li jiġu pprovduti servizzi u fuq it-trasport. Minn dawn il-setgħat fuq livell intern tirriżulta kompetenza esterna esklużiva tal-Komunità.

75.   Dan l-argument għandu jiġi miċħud.

76.   Huwa billi bbażat ruħha fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 75(1)(a), li jikkonċerna wkoll, għall-parti tal-vjaġġ li jsir fit-territorju Komunitarju, it-trasporti li jkunu ġejjin jew li sejrin lejn pajjiżi terzi, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza ERTA, iċċitat iktar ‘il fuq (punt 27), li “l-kompetenza tal-Komunità tkopri relazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt internazzjonali u tinkludi, għalhekk, fil-qasam in kwistjoni, in-neċċessità ta’ ftehim ma' pajjiżi terzi interessati”.

77.   Madankollu, anki fil-qasam tat-trasport, il-kompetenza esterna esklużiva tal-Komunità ma tirriżultax ipso facto mis-setgħa li hija għandha sabiex tistabbilixxi regoli fuq livell intern. Kif kien ġie enfasizzat fis-sentenza ERTA (punti 17 u 18), l-Istati Membri, kemm jekk jaġixxu individwalment jew inkella kollettivament, jitilfu id-dritt li jidħlu għal obbligi ma pajjiżi terzi biss kif u meta jkunu ġew adottati regoli komuni li jistgħu jiġu affettwati minn dawn l-obbligi. Huwa biss meta r-regoli komuni jkunu ġew stabbiliti fuq livell intern li l-kompetenza tal-Komunità ssir esklużiva. Fil-preżent, il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw it-trasport għadhom ma kinux diġà s-suġġett ta' regoli komuni.

78.   Waqt is-seduta, il-Kummissjoni sostniet li l-libertà mogħtija lill-Istati Membri sabiex dawn imexxu politika esterna ta’ ftehim bilaterali ma' pajjiżi terzi, bilfors ser iġġib magħha distorsjoni fiċ-ċirkulazzjoni tas-servizzi u tagħmel, progressivament, ħsara lis-suq intern. Għalhekk, hija sostniet, li l-vjaġġatur imur jaqbad l-ajruplan fl-ajruport ta' l-Istat Membru li kkonkluda ftehim bilaterali tat-tip “open-skies” ma’xi pajjiż terz u l-kumpannija ta’ l-ajru tiegħu, liema ftehim jippermetti li tkun offruta l-aħjar kumbinazzjoni kwalità-prezz fil-qasam tat-trasport. Għalhekk ukoll, minħabba l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-Ġermanja u l-Polonja li jeżenta kompletament lit-trasportaturi bl-art ġermaniżi milli jħallsu t-taxxa ta' tranżitu, filwaqt li l-ftehim simili li sar bejn il-Polonja u l-Olanda jimponi taxxa ta’ DM 650 fuq it-trasportaturi bit-trieq olandiżi, jirriżulta li hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn trasportaturi Olandiżi u trasportaturi Ġermaniżi, f'dak li jirrigwarda t-traffiku lejn ir-Russja, il-Bjelorussja u l-pajjiżi baltiċi.

79.   Għal dan l-argument ikun biżejjed li jkun imwieġeb li ma jeżisti xejn fit-Trattat li ma jħalliex lill-istituzzjonjiet sabiex jorganizzaw, fir-regoli komuni li huma jwaqqfu, xi azzjonijiet indirizzati lit-pajjiżi terzi u lanqas li jkunu preskritti l-attitudnijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri lejn l-estern. Bosta regolamenti ċċitatii mill-Kummissjoni, fil-qasam tat-trasport, juru din il-possibbiltà fit-tielet domanda miktuba li kienet indirizzatilha l-Qorti tal-Ġustizzja.

80.   Għalhekk, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani (ĠU L 378, p. 21), jipprovdi li l-Kunsill, li jiddeċiedi skond il-metodi ta’ voti previsti mill-Artikolu 84(2) tat-Trattat, jista’ jiddeċiedi azzjoni koordinata, meta miżura meħuda minn xi pajjiż terz tillimita l-aċċess liberu tal-kumpanniji marittimi ta' l-Istati Membri għat-trasport bil-baħar. Għalhekk ukoll, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, p. 1), jipprovdi (Artikolu 3) it-tneħħija jew il-bdil ta’ l-arranġamenti eżistenti fil-qasam tat-tqassim tal-merkanzija u (Artikolu 5) jissuġġetta l-arranġamenti fil-qasam tat-tqassim tal-merkanzija f’kull ftehim futur għal proċedura Komunitarja ta’ awtorizzazzjoni.

81.   Bid-differenza tal-kapitolu fuq it-trasport, dawk fuq id-dritt ta’ stabbiliment u fuq il-liberta li jiġu pprovduti servizzi ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni li b'mod espliċitu testendi l-kompetenza tal-Komunità għar-“relazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali”. Kif ġustament esponew il-Kunsill u l-parti l-kbira ta' l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet, l-għan ewlieni ta’ dawn l-aħħar kapitoli huwa effettivament li jassiguraw id-dritt ta’ stabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi favur iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. Huma ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni li tirregola l-problema ta’ l-ewwel stabbiliment taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-sistema ta’ l-aċċess tagħhom għal attivitajiet mhux imħallsa. Huwa għalhekk eskluż li minn dawn il-kapitoli tkun tista’ tiġi dedotta kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi ma' pajjiżi terzi ftehim intiż għall-liberalizzazzjoni ta' l-ewwel stabbiliment u ta' l-aċċess għas-swieq tas-servizzi oħra apparti minn dawk li jkunu s-suġġett ta' provvisti transfruntaljiera fis-sens tal-GATS, li jaqgħu taħt l-Artikolu 113 (ara iktar ‘l fuq , punt 42).

82.   Filwaqt li rreferiet għall-opinjoni 1/76, iċċitata iktar ‘il fuq (punti 3 u 4), il-Kummissjoni tesponi, it-tieni nett, li l-kompetenza esterna esklużiva tal-Komunità mhijiex limitata għall-każijiet fejn il-kompetenza interna kienet diġà ġiet użata bil-għan li jiġu adottati miżuri intiżi għat-twettieq ta' politiki komuni. Peress li d-dritt Komunitarju stabbilixxa li l-istituzzjonijiet għandhom kompetenzi interni sabiex jintlaħqu għanijiet determinati, il-kompetenza internazzjonali tal-Komunità tirriżulta impliċitament minn dawn id-dispożizzjonijiet. Ikun biżżejjed li l-parteċipazzjoni tal-Komunità għall-ftehim internazzjonali tkun neċċesarja għat-twettieq ta' wieħed mill-għanijiet tal-Komunità.

83.   F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tressaq raġunijiet kemm interni kif ukoll esterni li jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tal-Komunità u tagħha biss għall-konklużjoni tal-GATS u tat-TRIPs. Fuq livell intern, il-Kummissjoni tgħid li fin-nuqqas ta’ din il-parteċipazzjoni min-naħa tal-Komunità, il-koeżjoni tas-suq intern ser tkun affettwat. Fuq livell estern, il-Komunità Ewropea ma tistax tibqa’ ma tagħmel xejn fix-xena internazzjonali - in-neċċessità li jiġi konkluż il-Ftehim ODK u l-annessi tiegħu, li jirriflettu approwċ globali tal-kummerċ internazzjonali (li jinkludi merkanzija, servizzi u proprjetà intelletwali), mhijiex ikkuntestata.

84.   Din l-applikazzjoni ta’ l-opinjoni 1/76, fil-każ tal-GATS, ma tistax tiġi aċċettata.

85.   L-opinjoni 1/76 tirrigwarda problema differenti minn dik jqajjem il-GATS. Din kienet tirrigwarda t-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika tat-trasport fuq ix-xmajjar fil-baċir tar-Rhine u tal-Moselle, kif ukoll fuq ir-rotot navigabbli Olandiżi kollha u r-rotot navigabbli Ġermaniżi kollegati mal-baċir tar-Rhine billi jiġu eliminati l-konġestjonijiet li jirriżultaw mill-preżenza ta' mezzi żejda. L-istabbiliment ta' regoli komuni awtonomi ma kinux jippermettu li jintlaħaq dan il-għan, minħabba l-parteċipazzjoni tradizzjonali ta' bastimenti Żvizzeri, għan-navigazzjoni fuq dawn ir-rotot navigabbli. Kien għalhekk neċċessarju li l-Iżvizzera tiġi assoċjata mas-sistema pprospettata permezz ta’ ftehim internazzjonali (ara l-opinjoni 1/76, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 2). Hekk ukoll, fil-qasam tal-preservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar, il-fatt li tiġi llimitata, permezz ta’ miżuri leġiżlattivi interni, l-attività tas-sajd fl-ibħra internazzjonali tal-vapuri li jtajjru bandiera ta’ Stat Membru, ma jkunx effettiv wisq jekk l-istess restrizzjonijiet ma jkunux japplikaw għall-vapuri li jtajjru bandiera ta’ pajjiż terz li jbaħħru fl-istess ilmijiet. Għaldaqstant minn dan jirriżulta li l-kompetenza esterna tista’ tiġi eżerċitata mingħajr ma qabel ikun hemm l-adozzjoni ta’ xi att leġiżlattiv intern, u għalhekk issir esklużiva.

86.   Is-sitwazzjoni hija differenti fil-qasam tas-servizzi: l-ilħuq ta' l-għanjijet tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi favur iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, mhijiex indissolubilment marbuta mat-trattament li għandu jingħata fill-Komunità gliċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew fil-pajjiżi terzi liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità.

87.   Il-Kummissjoni tirreferi, it-tielet nett, għall-Artikoli 100A u 235 tat-Trattati bħala l-bażi ta’ kompetenza esterna esklużiva.

88.   F'dak li jirrigwarda l-Artikoli 100 A, huwa stabbilit li, meta l-kompetenza ta’ armonizzazzjoni tkun ġiet eżerċitata, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni li jkunu ġew adottati jistgħu jillimitaw u saħansitra jneħħu l-libertà ta' l-Istati Membri sabiex jinnegozjaw ma' pajjiżi terzi. Iżda huwa eskluż li kompetenza ta’ armonizzazzjoni fuq livell intern, li ma ġietx implimentata f’qasam speċifiku, tista’ twassal għall-ħolqien, favur il-komunità, ta’ kompetenza esklużiva, fuq livell estern f’dan il-qasam.

89.   F'dak li jirrigwarda l-Artikolu 235, li jawtorizza lill-Komunità sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tas-setgħat mogħtija lilha, espliċitament jew impliċitament, bil-għan li twettaq l-għanijiet tagħha, dan ma jistax, fiħ innifsu, joħloq kompetenza esklużiva tal-Komunità fuq livell internazzjonali. Fil-fatt, minn barra l-każ fejn din tkun tista’ tiġi eżerċitata b’mod utli biss tkun eżerċitata fl-istess ħin mal-kompetenza esterna (ara l-opinjoni 1/76, iċċitata iktar ‘il fuq, u l-punt 85 hawn fuq), kompetenza interna tista' toħloq kompetenza esterna esklużiva biss jekk din tkun eżerċitata, u dan jgħodd ukoll a fortiori għall-Artikolu 235.

90.   Minkejja l-fatt li l-uniku għan espliċitament indikat fil-kapitoli dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi huwa t-twettiq ta’ dawn il-libertajiet favur iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità, madankollu minn dan ma jirriżultax li l-istituzzjonijiet Komunitarji huma pprojbiti milli jużaw is-setgħat mogħtija lilhom f’dan il-kuntest bil-għan li jiġi speċifikat it-trattament li għandu jiġi riservat liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Diversi atti deċiżi mill-Kunsill adottati abbażi ta' – iżda mingħajr ma jsemmuhom – l-Artikoli 54 u 57(2) tat-Trattat jinkludu dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni fasslet il-lista bħala tweġiba għad-domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja.

91.   Mill-eżami ta’ dawn l-atti, jidher li għanijiet differenti ħafna bejniethom jistgħu jiġu persegwiti permezz ta’ l-inseriment ta’ dawn il-klawżoli esterni.

92.   Id-direttivi ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-ħtieġa ta' l-iżvelar u tal-kontabbilita tal-kumpanniji huma applikabbli biss għall-kumpanniji nfushom imma mhux għall-fergħat tagħhom. Dan kien joħloq ċertu diżekwilibriju fuq il-livell tal-protezzjoni ta’ l-imsieħba u ta' terzi bejn il-kumpanniji li joperaw ġewwa Stati Membri oħra billi joħolqu fergħat u dawk li joperaw billi joħolqu kumpanniji sussidjarji. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE, tal-21 ta’ Diċemru 1989, dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, p. 36), ibbażata fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat, ġiet għalhekk adottata sabiex tirregola l-obbligi fil-qasam tal-ħtieġa ta' l-iżvelar imposti għal fergħat bħal dawn. Sabiex tevitata kull diskriminazzjoni li tista’ ssir minħabba l-pajjiż ta' l-oriġini tal-kumpannija, din id-direttiva kellha wkoll tinkludi fergħat maħluqa minn kumpanniji li jaqgħu taħt id-dritt ta’ pajjiż terz.

93.   Hekk ukoll, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE, tal-15 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u li temenda d-Direttiva 77/780/KEE (ĠU L 386, p. 1), ibbażata fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat, tinkludi t-titolu III fuq “ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi”. Din id-direttiva stabbiliet is-sistema ta’ l-awtorizzazzjoni unika u tipprovdi r-rikonoxxenza reċiproka tal-kontrolli.

94.   La darba jiġi awtorizzat ġewwa Stat Membru, stabbiliment finanzjarji jista’ jeżerċità l-attività tiegħu ġewwa Stat Membru ieħor, per eżempju billi joħloq fergħat f’dan il-Pajjiż, mingħajr ma jkollu għalfejn isaqsi għal-awtorizzazzjoni ġdida minn dan l-Istat. F’dawn il-kundizzjonijiet, ikun biżżejjed għal stabbiliment finanzjarji rreġistrat ġewwa pajjiż terz li joħloq kumpannija sussidjarja ġewwa Stat Membru jew li jakkwista l-kontroll ta’ xi stabbiliment li kien irreġistrat hemm sabiex ikun jista’ jinstalla xi fergħat fl-Istati Membri l-oħra kollha tal-Komunità mingħajr ma jkollu għalfejn japplika għall-permessi ġodda. Huwa għalhekk li t-titolu III ta’ din id-direttiva jipprovdi serje ta’ miżuri, li jinkludu wkoll xi proċeduri ta’ negozjati, intiżi sabiex jippermettu li possibiltajiet simili ta’ kompetizzjoni jiġu offruti fil-pajjiżi terzi lil-istabbilimenti finanzjarji Komunitarji. Dispożizzjonijiet simili ġew adottati fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni [Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur, id-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 88/357/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 330, p. 44); l-Artikolu 8 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal assigurazzjoni diretta tal-ħajja, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet għall-faċilitazzjoni ta' l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu provduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (ĠU L 330, p. 50], u fil-qasam finanzjarju [Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU L 141, p. 27)].

95.   Peress li l-Komunità inkludiet, fl-atti leġiżlattivi interni tagħha, klawżoli dwar it-trattament li għandu jingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew meta hija espliċitament tagħat kompetenza lill-istituzzjonijiet tagħha sabiex jinnegozjaw ma' pajjiżi terzi, hija akkwistat kompetenza esterna esklużiva fl-oqsma koperti minn dawn l-atti.

96.   Dan jogħodd ukoll fil-każ meta, anki fin-nuqqas ta’ klawżola espressa li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tagħha sabiex dawn jinnegozjaw ma' pajjiżi terzi, l-Komunità twettaq armonizzazzjoni kompleta tas-sistema ta’ aċċess għall-attività mhux imħallsa, u dan għaliex ir-regoli komuni hekk adottati jistgħu jiġu affettwati fis-sens tas-sentenza ERTA, iċċitat iktar ‘il fuq, jekk l-Istati Membri jżommu l-libertà ta’ negozjati mal-pajjiżi terzi.

97.   Madankollu dan mhuwiex il-każ fis-setturi kolha tas-servizzi, hekk kif ammettiet ukoll il-Kummissjoni stess.

98.   Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-kompetenza sabiex jiġi konkluż il-GATS tinsab maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri.

B –  It-TRIPS

99.   Sabiex issostni l-affermazzjoni tagħha ta’ kompetenza esklużiva tal-Komunità sabiex tikkonkludi t-TRIPs, il-Kummissjoni ssemmi l-eżistenza ta’ atti ta’ dritt sekondarju li jistgħu jiġu affettwati fis-sens tas-sentenza ERTA, iċċitat iktar ‘il fuq, jekk l-Istati Membri jipparteċipaw b’mod konġunt għall-konklużjoni ta’ dan, u, bħal fil-każ tal-GATS, in-neċċessità għall-Komunità li tieħu sehem fil-ftehim bil-għan li twettaq wieħed mill-għanijiet li ġew fdati lilha mit-Trattat (duttrina msejħa ta’ l-opinjoni 1/76) kif ukoll l-Artikoli 100A u 235.

100. Ir-rilevanza tar-referenza għall-opinjoni 1/76 hija kuntestabbli kemm f'dak li jirrigwarda t-TRIPs kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-GATS – l-unifikazzjoni jew l-armonizzazzjoni tal-proprjetà intelletwali fil-kuntest Komunitarju mhux dilfors għandhom ikunu akkumpanjati minn ftehim ma pajjiżi terzi sabiex ikollhom effett utli.

101. Dwar l-Artikoli 100A u 235 tat-Trattat, dawn ma jistgħux, kif diġà ġie espost, joħolqu, fihom infushom, kompetenza esklużiva favur il-Komunità.

102. F’dan ir-rigward fadal biss li jiġi eżaminat jekk l-atti tad-dritt sekondarju adottati fil-kuntest Komunitarju jistgħux jiġu affettwati fis-sens tas-sentenza ERTA, iċċitat iktar ‘il fuq, fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' l-Istati membri għall-konklużjoni tat-TRIPs, hekk kif issostni l-Kummissjoni.

103. F’dan ir-rigward huwa biżżejjed li jingħad li f’kull każ, l-armonizzazzjoni mwettqa fil-kuntest Komunitarji f’ċerti oqsma koperti mit-TRIPs hija biss parzjali, u li, f’oqsma l-oħra, ma ġiet prevista l-ebda armonizzazzjoni. L-armonizzazzjoni hija biss parzjali fil-qasam tat-trade marks, per eżempju - mit-tielet premessa ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L40, p. 1) jirriżulta li din tillimita ruħha għat tqarrib tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jkollhom “l-iktar effet dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern”. F’oqsma oħra koperti mit-TRIPs, ma ġie adottat l-ebda att Komunitarju ta’ armonizzazzjoni. Dan huwa l-każ fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-informazzjoni teknika mhux żvelata, fil-qasam tad-disinni u tal-mudelli fir-rigward ta’ liema ġew ippreżentati biss xi proposti u fil-qasam tal-privattivi. Fil-qasam tal-privattivi, l-uniċi atti msemmija mill-Kummissjoni huma xi konvenzjonijiet ta’ oriġini intergovernattiva, u mhux atti Komunitarji - il-Konvenzjoni ta’ Munich tal-5 ta’ Ottubru 1973 fuq il-ħruġ ta’ privattivi ewropej (JORF, digriet Nru 77-1151, tas-27 ta’ Settembru 1977, p. 5002) u l-Ftehim tal-Lussemburgu tal-15 ta’ Diċembru 1989 fil-qasam tal-privattivi Komunitarji (ĠU L 401, p. 1), li għadu ma daħalx fis-seħħ.

104. Uħud mill-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet sostnew li d-dispożizzjonijiet tat-TRIPs li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tiġi ggarantita protezzjoni effiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, bħal mhija l-garanzija ta’ proċedura leali u ekwa, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-mezzi ta’ prova, id-dritt li wieħed jinstema, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, id-dritt ta’ rikors, il-miżuri kawtelatorji u d-danni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Jekk dan l-argument għandu jiġi mifhum bħala li jfisser li dawn il-kwistjonijiet kollha jidħlu fi speċi ta’ qasam li huwa riżervat għall-Istati Membri, allura f’dan il-każ huwa ma jistax jiġi aċċettat. Il-Komunità hija ċertament kompetenti sabiex tarmonizza r-regoli nazzjonali dwar dawn is-suġġetti, safejn dawn ikollhom, skond il-kliem użat fl-Artikolu 100 tat-Trattat “effett dirett fuq l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq komuni”. Jibqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet Komunitarji għadhom ma eżerċitawx il-kompetenzi tagħhom fil-qasam tal-”mezzi sabiex jiġu rispettati d-drittijiet fuq il-proprjetà intelletwali”, minbarra fil-każ tar-Regolament Nru 3842/86, iċċitat iktar ‘il fuq (ara l-punt 55), li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera ta' oġġetti ffalsifikati.

105. Minn dak li ntqal iktar ‘il fuq jirriżulta li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenza maqsuma sabiex jikkonkludu t-TRIPs

IX –  Fuq l-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji.

106. Matul is-seduta, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-diffikultajiet li għandhom jirriżultaw, fuq il-livell tal-ġestjoni tal-ftehim, jek tiġi rrikonoxxuta kompetenza maqsuma tal-Komunità u ta' l-Istati Membri sabiex jipparteċipaw għall-konklużjoni tal-ftehim GATS u TRIPs. Filwaqt li matul in-negozjati tal-ftehim kienet fil-fatt il-proċedura ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat, b’xi tibdil żgħar, li kienet ġiet prinċipalment użata, l-Istati Membri ser jistaqsu ċertament sabiex jesprimu ruħhom individwalement, fil-kuntest ta’ l-ODK, dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom fil-każ fejn ma setax jintlaħaq konsensus. Barra minn hekk, inevitabbilment, għandhom isegwu diskussjonijiet twal sabiex jiġi determinat jekk it-tali kwistjoni taqax jew le taħt il-kompetenza tal-Komunità, f’liema każ ikunu applikabbli l-mekkaniżmi Komunitarji previsti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, jew inkella jekk din l-istess kwistjoni tkunx minflok taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, u f’dan il-każ tkun applikabbli r-regola tal-konsensus. B’dan il-mod, l-unità ta’ l-azzjoni tal-Komunità lejn l-estern tkun ostakolata u s-saħħa ta' nnegozjar tagħha tidgħajjef gradwalment.

107. Bħala tweġiba għal dan it-tħassib, li huwa effettivament iġġustifikat, għandu l-ewwel nett jiġi enfasizzat li d-diffikultajiet li ser jinqalgħu fil-livell ta' l- implimentazzjoni tal-Ftehim ODK u ta' l-annessi tiegħu, dwar il-koordinazzjoni neċċessarja bil-għan li tiġi assigurata l-unità ta’ l-azzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjoni konġunta tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, dawn id-diffikultajiet mhumiex ta' natura tali li jbiddlu s-sens tat-tweġiba li għandha tingħata għall-kwistjoni tal-kompetenza. Din hija fil-fatt, kwistjoni preliminari. Kif enfasizza l-Kunsill, il-problema tat-tqassim tal-kompetenzi ma tistax tiġi rregolata skond id-diffikultajiet eventwali li jistgħu jinqalgħu waqt il-ġestjoni tal-ftehim.

108. Wara dan għandu jiġi mfakkar li meta jkun jidher li s-suġġett ta’ xi ftehim jew ta’ xi konvenzjoni jkun, parzjalment, jaqa taħt il-kompetenza tal-Komunità u fil-klumplament taħt dik ta' l-Istati Membri, għandha tiġi assigurata kooperazzjoni stretta bejn dawn ta’ l-aħħar u l-istituzzjonijiet Komunitarji kemm fil-proċċess tan-negozjati u tal-konklużjoni, kif ukoll fl-eżekuzzjoni ta' l-impenji meħuda. Dan l-obbligu ta’ kooperazzjoni jirriżulta mill-eżiġenza ta’ unità fir-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Komunità (deliberazzjoni 1/78, tal-14 ta’ Novembru 1978, Ġabra p. 2151, punti 34 sa 36, u l-opinjoni 2/91, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 36).

109. Dan id-dover ta’ kooperazzjoni jimponi ruħu iktar u iktar fil-każ ta' ftehim bħal dawk annessi mal-Ftehim ODK, li huma partikolarment interkonnessi bejniethom, kif ukoll minħabba l-mekaniżmu ta’ ritaljazzjoni reċiproka li jistabbilixxi memorandum ta’ ftehim dwar is-soluzzjoni tal-kontroversji. Għalhekk, fin-nuqqqas ta’ kooperazzjoni stretta, fil-każ fejn Stat Membru, fl-isfera ta' kompetenza tiegħu, kien ikun ġie awtorizzat sabiex jieħu xi miżuri ta’ ritaljazzjoni iżda jqis li dawn il-miżuri ma jkunux effettivi jekk dawn jittieħdu fl-oqsma koperti mill-GATS jew mit-TRIPs, huwa ma jkollux, f'dak li jirrigwarda d-dritt Komunitarju, is-setgħa sabiex jieħu miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-qasam tal-kummerċ tal-merkanzija, peress li dan il-qasam jaqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat. Bil-kontra ta' dan, fin-nuqqas ta’ din l-istess kooperazzjoni stretta, jekk il-Komunità tikseb id-dritt ta’ ritaljazzjoni fil-qasam tal-merkanzija imma tikkunsidra lilha nniffisha bħala mhux kapaċi li tpoġġih fil-prattika, hija ser issib ruħha f’sitwazzjoni fejn ma tkunx tista tieħu miżuri ta’ ritaljazzjoni fl-oqsma koperti mill-GATS u mit-TRIPs, li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri.

110. Peress li l-Kummissjoni għamlet it-tielet domanda biss fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi l-kompetenza esklużiva tal-Komunità, mhuwiex neċessarju li din id-domanda tingħata risposta.

Konsegwentement,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Komposta minn G. C. Rodrííguez Iglesias, President, R. Joliet (relatur), F. A. Schockweiler, P. J. G. Kapteyn u C. Gulmann, Presidenti ta' Awli, G. F. Mancini, C. N. Kakouris, J. C. Moitinho de Almeida, J. L. Murray, D. A. O. Edward u A. M. La Pergola, Imħallfin,

Wara li semgħet lill F. G. Jacobs, l-Ewwel Avukat Ġenerali, C.O. Lenz, G. Tesauro, G. Cosmas, P. Léger u M. Elmer, Avukati Ġenerali,

Tagħti l-opinjoni segwenti -

1)      Il-Komunità hija, waħedha, kompetenti, abbażi ta’ l-Artikolu 113 tat-Trattat KE, sabiex tikkonkludi l-Ftehim multilaterali dwar il-kummerċ tal-merkanzija.

2)      Il-kompetenza għall-konklużjoni tal-GATS hija maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri.

3)      Il-kompetenza għal-konklużjoni tat-TRIPs hija maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri.

Rodríguez Iglesias

Joliet

Schockweiler

Kapteyn

Gulmann

Mancini

Kakouris

Moitinho de Almeida

Murray

Edward

 

      La Pergola

Mogħtija fil-Lussemburgu fil-15 ta' Novembru 1994.

Reġistratur

 

      President

R. Grass

 

      G. C. Rodríguez Iglesias



1 – GATS huwa l-abbrevjazzjoni mit-titolu Ingliż - “General Agreement on Trade in Services”


2 – TRIPs huwa l-abbrevjazzjoni mit-titolu Ingliż- “Agreement on Trade-Related Aspects of Intellectual Property Rights”


3 –      -Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE, tal-15 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u li temenda d-Direttiva 77/780/KEE (ĠU L 386, p. 1).


4 –      Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, p.3)


5 –      Deċiżjoni 91/370/KEE tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 1991, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni ta’ l-Isvizzera li tikkonċerna l-assigurazzjoni diretta apparti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja L 205, p.2)


6 –      Regolament tal-Kunsill (KEE) 2340/90 tat-8 ta’ Awissu 1990, li jipprojbixxi il-kummerċ tal-Komunità f'dak li jirrigwarda l-Iraq u l-Kuwait (ĠU L 213, p.1)


7 –      Regolament tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar it- tal-politika kummerċjali komuni, speċjalment fil-qasam tad-difiża kontra l-prattiċi llegali ĠU L 252 p. 1)


8 –      Ara r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4257/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li japplika tariffi preferenzjali ġeneralizzati għas-sena 1989 fuq ċerti prodotti industrijali li joriġinaw mill-pajjiŻi li qegħdin jiżviluppaw(ĠU L 375, p.1).


9 –      Ara per eżempju, l-Artikolu 18 tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-kummerċ tal-prodotti tessili, iffirmat fis-9 ta’ Diċembru 1988 (ĠU L 380, p. 1) u l-Artikolu 20 tal-ftehim bejn il-Kommunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi fuq il-kummerċ tal-prodotti tessili, iffirmat fil-11 ta’ Diċembru 1989 (ĠU L 397, p. 1)


10 –      Ara, per eżempju, il-ftehim mar-Renju tal-Marokk - Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 482/77, tat-8 ta’ Marzu (ĠU L 65, p. 1); il-ftehim mar-Repubblika ta' Tuneż - Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3618/87, tat-30 ta’ Novembru 1987 (ĠU L 340, p. 27); il-ftehim ma’ l-Awstrija - deċiżjoni tal-Kunsill 89/146/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1988 (ĠU 1989, L 56, p. 1).


11 –      Ara, per eżempju, id-deċiżjoni tal-Kunsill 92/230/KEE, tal-25 ta’ Jannar 1992 (ĠU L 116, p.1), li tirrigwarda mal-ftehim interim mar-Repubblika tal-Ungerija (Artikolu 35); id-deċiżjoni tal-Kunsill 93/690/KE, tal-10 ta’ Diċembru 1993 (ĠU L 323, p.1), dwar il-ftehim interim mar-Repubblika tal-Bulgarija (Artikolu 37); id-deċiżjoni tal-Kunsill 92/229/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992 (ĠU L 115, p.1), dwar il-ftehim interim mar-Repubblika Federattiva Ċeka u Slovakka (Artikolu 36).


12 –      ĠU L 357, p.1.


13 –      ĠU C 24 tal-31.1.91.p. 5


14 –      Il-Konferenza, filwaqt li tinnota li, f’ċerti ċirkustanzi eċċezjonali, jista’ jkun hemm xi diverġenzi bejn l-interessi tal-Unjoni u dawk tal-l-pajjiżi u territorji extra-ewropej imsemmija fl-Artikolu 227 (3) u (5) (a) u (b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jaqbel li l-Kunsill jipprova jsib soluzzjoni li tkun konformi mal-pożizzjoni tal-Unjoni. Madankollu, fil-każ fejn dan ikun impossibli, il-konferenza taqbel li l-Istat Membru kkonċernat jista’ jaġixxi b’mod separat fl-interess ta' l-imsemmija pajjiżi u territorji extra-ewropej mingħajr ma dan ma jaffetwa l-interess tal-Komunità. Dan l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni meta jkun hemm ir-riskju li tinqala’ diverġenza ta’ interessi u jekk azzjoni separata tkun inevitabbli, u għandu wkoll jindika b’mod ċar li qiegħed jaġixxi fl-interess tal-l-pajjiżi u territorji extra-ewropej imsemmija hawn fuq.


      


Din id-dikjarazzjoni tapplika ukoll għal Macao u għal Timor tal-Lvant.


15 –      "L-Unjoni għandha tassigura partikolarment l-konsistenzà globali fl-attivitajiet esterni tagħha fil-kuntest tal-politika tagħha ta' relazzjonijiet barranin, sigurtà, ekonomija u żvilupp. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli biex jassiguraw din il-konsistenza f'dan ir-rigward u għandhom jikooperaw għal dan l-iskop. Huma għandhom jassiguraw l-implementazzjoni ta' dawn il-linji politiċi skond is-setg


16at rispettivi tagħhom"olu, l-Istati Membri għandhom "joqogħdu lura minn kull azzjon li tmur kontra l-interessi ta’ l-Unjoni jew li tkun tista’ tagħmel ħsara lil effiċjenza tagħha, għar-raguni li din hija meqjusa bħala forza koerenti fir-relazzjonijiet internazzjonali. Il-Kunsill jieħu ħsieb ir-rispett ta’ dan il-prinċipju".


17 –      Id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiġi mdaħħla mal-minuti tal-Kunsill – ”il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu li l-ewwel paragrafu tal-kodiċi tal-kondotta preżenti ma jipprekludix lill-Kummissjoni milli tfittex, taħt ir-risponsabiltà proprja tagħha, xi soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li qegħdin fil-proċess ta’ negozjazzjoni.”


18 –      Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla mal-minuti tal-Kunsill


a) Il-Kunsill jiddikjara li bl-espressjoni – proċeduri deċiżjonali rilevanti- li kienet użata fil-paragrafu 1 (c), wieħed jifhem – meta jkun hemm kompetenza nazzjonali – il-Konsensus


b) Il-Kummissjoni tiddikjara li, waqt l-applikazzjoni tal-proċeduri deċiżjonali rilevanti, wieħed għandu jagħmel dak li jista’ sabiex jasal għall-Konsensus