Direttorati tat-Traduzzjoni Legali

Id-Dipartiment tat-Traduzzjoni Legali, li jaqdi ż-żewġ qrati (il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali), huwa kompost minn żewġ direttorati, li fihom huma mqassma d-diviżjonijiet lingwistiċi. Id-diretturi jmexxu x-xogħlijiet ta’ 23 Diviżjoni lingwistika (tal-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Svediża).

It-traduzzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu stabbiliti abbażi ta’ sistema lingwistika imperattiva u jinkludu l-gruppi kollha tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-volum ta’ paġni ta’ traduzzjoni li jiġi prodott attwalment huwa ta’ iktar minn 1 100 000 paġna fis-sena.

It-testi li jiġu tradotti huma kollha testi legali tekniċi ħafna. Sabiex isir dan ix-xogħol id-dipartiment jimpjega biss ġuristi lingwisti li għandhom formazzjoni ġuridika kompleta kif ukoll għarfien approfondit ta' mill-inqas żewġ lingwi oħra barra l-lingwa materna tagħhom.

Għal iktar informazzjoni :