RSS

X'inhu l-RSS ?

RSS (Really Simple Syndication jew Rich Site Summary) huwa format ta’ test li jippermetti x-xandir awtomatiku u effikaċi ta’ suġġetti ta’ attwalità fuq l-internet, u b’hekk jevita t-tfittxija tal-informazzjoni. Inti tiġi avżat, permezz ta’ senjalazzjoni, bit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istqarrijiet għall-istampa u tkun tista’ taċċedi għat-test sħiħ.

X’għandu jsir sabiex jintuża RSS feed għall-ewwel darba?

Huwa possibbli li wieħed jabbona għal feed billi juża RSS reader. Hekk kif jiġi installat, l-RSS jivverifika, jaġġorna u javżak bit-tqegħid ta’ kull informazzjoni ġdida fuq l-internet.

Inti tista’ tuża n-navigatur normali tiegħek sabiex tagħżel ir-RSS reader li tippreferi minn fost dawk li jeżistu fis-suq. Jeħtieġ li tosserva li d-diversi RSS readers jaħdmu fuq sistemi operattivi differenti, ħaġa li għandek iżżomm f’moħħok meta tkun qed tagħmel l-għażla tiegħek.

Il-metodi ta’ abbonament ivarjaw skont ir-RSS reader. Ir-RSS reader li tagħżel jagħtik l-istruzzjonijiet neċessarji.

Hekk kif tkun niżżilt u installajt RSS reader, imxi mal-istruzzjonijiet sabiex iżżid l-għażla tiegħek mal-feeds offerti mill-CVRIA bħala kanal ġdid.

Liema feeds ta’ informazzjoni huma offerti mill-CVRIA?

Fis-sit CVRIA, ir-RSS feeds tal-istqarrijiet għall-istampa huma disponibbli fi 23 lingwa.

Sabiex tuża r-RSS bil-Malti, għażel wieħed miż-żewġ URL li ġejjin:


L-aħħar sentenzi u konklużjonijiet: