Dipartimenti

Organigramma grafika

Id-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni jaqgħu taħt ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Id-dipartimenti jinqasmu fi tliet gruppi prinċipali: id-dipartimenti ta’ appoġġ amministrattiv, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni, id-dipartimenti lingwistiċi, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Multilingwiżmu u d-dipartimenti tal-informazzjoni, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni.

Id-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni, kif ukoll id-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat jaqgħu direttament taħt ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Dawn id-dipartimenti jagħtu s-sostenn tagħhom liż-żewġt iqrati li, barra minn hekk, għandhom it-tnejn li huma r-reġistru tagħhom stess sabiex jiżguraw l-iżvolġiment korrett tal-kawżi kif ukoll ir-riċezzjoni, il-komunikazzjoni u l-arkivjar tal-atti proċedurali kollha.

Għal iktar informazzjoni: