Mappa ta' aċċess

 

Kif tasal il-Qorti tal-Ġustizzja ?

Il-Palazz tal-Qorti tal-Ġustizzja jinsab fuq il-plateau ta’ Kirchberg, fil-Lvant tal-Belt tal-Lussemburgu.

Il-gruppi ta’ viżitaturi huma mitluba jagħmlu użu mid-daħla li tinsab f’rue Charles Léon Hammes, filwaqt li d-daħla li tinsab f’rue du Fort Niedergrünewald ser tilqa’ lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet l-oħra kif ukoll lill-partijiet u lir-rappreżentanti tagħhom.

 

Trasport pubbliku:

tram plan kirchbergIl-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija moqdija minn tipi differenti ta’ trasport pubbliku

Għal iktar informazzjoni

 

    

Bit-tren:

Waqfa fl-istazzjoni ċentrali tal-Lussemburgu.
Sabiex issir taf il-ħinijiet dettaljati tat-tren, ara s-sit internet ta' CFL.

  

Bil-karozza:

Koordinati GPS:  daħla ta' rue du Fort Niedergrünewald   : N 49.621036, E 6.143116 
   daħla ta' rue Charles Léon Hammes  : N 49.622263, E 6.143009

int u ġej minn Franza u mill-Belġju permezz tal-awtostrada E25 (il-bypass il-kbira li tinsab fin-Nofsinhar tal-Belt tal-Lussemburgu), ħu t-triq E44, direzzjoni Trier ;

int u ġej mill-Ġermanja, permezz tal-E44, direzzjoni Luxembourg-ville :

Oħroġ meta tara s-sinjal "Plateau de Kirchberg" (sinjali l-bojod, ħruġ Nru 8), u segwi "Quartier européen nord"; fl-avenue J.F. Kennedy, iġbed fuq il-lemin wara l-Coque (ċentru sportiv), u idħol f'rue Erasme, fejn hemm parking pubbliku disponibbli; jew kompli fl-avenue J.F. Kennedy sal-parking tal-Philharmonie, fejn id-dħul jinsab eżatt wara t-torrijiet tal-Parlament Ewropew, fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-belt.

miċ-ċentru tal-belt: aqbeż il-pont G.D. Charlotte (il-pont l-aħmar) fid-direzzjoni ta' Kirchberg, sa wieħed mill-parkings pubbliċi indikati fuq il-mappa ta' aċċess.   

 

Enregistrer