 Luxembourg  Kirchberg |
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja Rue du Fort Niedergrünewald L-2925 Luxembourg  Il-Qorti Ġenerali Rue du Fort Niedergrünewald L-2925 Luxembourg |
Kif tasal il-Qorti tal-Ġustizzja ?
Il-Palazz tal-Qorti tal-Ġustizzja jinsab fuq il-plateau ta’ Kirchberg, fil-Lvant tal-Belt tal-Lussemburgu.
Il-gruppi ta’ viżitaturi huma mitluba jagħmlu użu mid-daħla li tinsab f’rue Charles Léon Hammes, filwaqt li d-daħla li tinsab f’rue du Fort Niedergrünewald ser tilqa’ lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet l-oħra kif ukoll lill-partijiet u lir-rappreżentanti tagħhom.
Trasport pubbliku:
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija moqdija minn tipi differenti ta’ trasport pubbliku
> Għal iktar informazzjoni
Bit-tren:
Waqfa fl-istazzjoni ċentrali tal-Lussemburgu.
Sabiex issir taf il-ħinijiet dettaljati tat-tren, ara s-sit internet ta' CFL.
Bil-karozza:
Koordinati GPS: |
daħla ta' rue du Fort Niedergrünewald |
: N 49.621036, E 6.143116 |
|
daħla ta' rue Charles Léon Hammes |
: N 49.622263, E 6.143009 |
int u ġej minn Franza u mill-Belġju permezz tal-awtostrada E25 (il-bypass il-kbira li tinsab fin-Nofsinhar tal-Belt tal-Lussemburgu), ħu t-triq E44, direzzjoni Trier ;
int u ġej mill-Ġermanja, permezz tal-E44, direzzjoni Luxembourg-ville :
Oħroġ meta tara s-sinjal "Plateau de Kirchberg" (sinjali l-bojod, ħruġ Nru 8), u segwi "Quartier européen nord"; fl-avenue J.F. Kennedy, iġbed fuq il-lemin wara l-Coque (ċentru sportiv), u idħol f'rue Erasme, fejn hemm parking pubbliku disponibbli; jew kompli fl-avenue J.F. Kennedy sal-parking tal-Philharmonie, fejn id-dħul jinsab eżatt wara t-torrijiet tal-Parlament Ewropew, fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-belt.
miċ-ċentru tal-belt: aqbeż il-pont G.D. Charlotte (il-pont l-aħmar) fid-direzzjoni ta' Kirchberg, sa wieħed mill-parkings pubbliċi indikati fuq il-mappa ta' aċċess.
Ikkonsulta l-mappa ta' aċċess
Enregistrer