Preżentazzjoni tal-membri
Koen Lenaerts
Koen Lenaerts
President
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1954 f’Mortsel (il-Belġju), Koen Lenaerts kiseb diploma fid-dritt fl‑1977 fil-Katholieke Universiteit Leuven (l-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju) qabel kompla l-istudji tiegħu fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti). Fejn huwa kiseb it-titoli ta’ Master of Laws fl‑1978 u ta’ Master in Public Administration fl‑1979. Lura fil-Katholieke Universiteit Leuven, huwa kiseb dottorat fid-dritt fl‑1982.

Kien f’din l-istess università li beda l-karriera professjonali tiegħu fl‑1979 bħala assistent, imbagħad professur tad-dritt Ewropew fl‑1983. Matul il-karriera akkademika tiegħu, huwa għallem ukoll fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) mill‑1984 sal‑1989, kif ukoll fil-Harvard Law School (il-Fakultà tal-Liġi ta’ Harvard, l-Istati Uniti), bħala professur mistieden, fl‑1989.

K. Lenaerts daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef René Joliet, kariga li okkupa mill‑1984 sal‑1985, qabel ma pprattika l-professjoni ta’ avukat mill‑1986 sal‑1989 mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell.

Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil‑25 ta’ Settembru 1989, il-jum li fih ġiet stabbilita din il-qorti li kienet għadha kemm inħolqot. Huwa qeda dmiru f’din il-kariga għal iktar minn erbatax‑il sena, qabel ma’ nħatar Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2003. Huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla matul żewġ mandati suċċessivi, mid‑9 ta’ Ottubru 2006 sat‑8 ta’ Ottubru 2012, imbagħad il-kariga ta’ Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Ottubru 2012.

Huwa ġie elett President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2015 u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Academia Europaea, Londra (ir-Renju Unit)
  • Membru tal-Advisory Council tal-British Institute of International and Comparative Law
  • Membru tal-Advisory Board tas-Centre of Law and Governance in Europe, University College Londra
  • Membru tal-Conseil de la Fondation de l’Académie de Droit européen (ERA), Trier (il-Ġermanja)
  • Membru tal-Curatorium tal-Max-Planck-Institut für ausländisches öffentliches Recht und Völkerrecht, Heidelberg (il-Ġermanja)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Europarecht
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-European Law Review
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-International Comparative Jurisprudence, Mykolo Romerio universitetas
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tas-S.E.W. Tijdschrift voor Europees en economisch recht
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Cahiers de droit européen
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Columbia Journal of European Law
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Constitutional Law Review
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Public Law
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Europejski Przegląd Sądowy
  • Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ L’actualidad administrativa
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-EStAL (European State Aid Law Quarterly)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Journal of Human Rights
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Lex ET Scientia International Journal (LESIJ), Universitatea Nicolae Titulescu din Bucuresti (ir-Rumanija)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Concurrences, Revue des droits de la concurrence
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-World Competition Law and Economics Review
  • Membru tal-Advisory Board tal-EU Tax Review
  • Membru tal-Kumitat Onorarju tar-Revista Română de Drept European
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Titolu ta’ nobbiltà: Baron (2005)
  • Distinguished Helen DeRoy Fellow, University of Michigan Law School (2005)
  • Honorary Master of the Bench of the Inner Temple, Londra (2010)
  • Dottorat honoris causa, université de Poitiers (2016)
  • Dottorat honoris causa, Mykolo Romerio universitetas (2017)
  • Dottorat honoris causa, université de Namur (2017)
  • Dottorat honoris causa, Universitatea Nicolae Titulescu din Bucuresti (2017)
  • All European Academies Madame de Staël Prize for Cultural Values (2017)
  • Dottorat honoris causa, Sofijski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (2018)
  • Dottorat honoris causa, Universiteti Europian i Tiranës (2018)
Lars Bay Larsen
Lars Bay Larsen
Viċi President
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1953 fi Gladsaxe, Kopenħagen (id-Danimarka), Lars Bay Larsen studja fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka). Huwa ggradwa fix-xjenzi politiċi fl-1976. Fl‑1978 huwa nkiteb mill-ġdid fil-Fakultà tal-Liġi ta’ din l-istess università u minnha kiseb il-lawrea fid-dritt fl-1983.

Kif spiċċa l-università, ġie nnominat uffiċjal fil-Ministeru għall-Ġustizzja Daniż, fejn ħadem mill-1983 sal-1985. Mill-1985 sal-1986, huwa assuma l-funzjonijiet ta’ kap ta’ taqsima fl-Advokatsamfund (l-Assoċjazzjoni Daniża tal-kmamar tal-avukati). Lura fil-Ministeru għall-Ġustizzja Daniż, huwa okkupa suċċessivament il-pożizzjoni ta’ kap tad-dipartiment mill-1986 sal-1991, ta’ kap tad-diviżjoni mill‑1991 sal-1995, ta’ kap tad-Dipartiment tal-Pulizija mill-1995 sal-1999 u ta’ kap tad-Dipartiment Ġuridiku mill-2000 sal-2003. F’dan iż-żmien ukoll intalab jirrappreżenta lid-Danimarka fil-Kumitat K-4 mill-1995 sal-2000, fil-Grupp Ċentrali ta’ Schengen mill-1996 sal-1998 u fil-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol mill-1998 sal-2000. Wara li ġie ammess bħala avukat fid-Danimarka fl‑1991, il-karriera tiegħu ġiet indirizzata fl-2003 lejn il-ġudikatura u ngħaqad mal-Højesteret (il-Qorti Suprema, id-Danimarka), fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef sal-2006.

Il-karriera ta’ Lars Bay Larsen turi barra minn hekk il-komplementarjetà kbira bejn il-prattika u t‑tagħlim, peress li, mill-1984 sal-1991, huwa kien lettur, imbagħad, mill-1991 sal-1996, professur assoċjat fid-dritt tal-familja fil-Københavns Universitet. Mill-2008, ġie inkarigat mill-korsijiet tad-dritt kriminali Ewropew fl-Università tal-Lussemburgu.

Lars Bay Larsen huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill‑11 ta’ Jannar 2006. Elett mill-pari tiegħu fil-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla, huwa eżerċita din il-pożizzjoni għal żewġ mandati suċċessivi, mid‑9 ta’ Ottubru 2012 sat‑8 ta’ Ottubru 2018.

Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Ridder af 1. grad af Dannebrogordenen (Kavallier tal-Ewwel Grad tal-Ordni ta’ Dannebrog) (2002)
Alexander Arabadjiev
Alexander Arabadjiev
President tal-Ewwel Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1949 fi Blagoevgrad (il-Bulgarija), Alexander Arabadjiev segwa l-istudji tiegħu fid-dritt fis-Sofiyski universitet “Sv. Kliment Ohridski” (l-Università ta’ Sofija “Saint-Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija), li minnha ggradwa fl-1972.

Fl-1975, huwa ġie nnominat imħallef fir-Rayonen sad Blagoevgrad (il-Qorti Distrettwali ta’ Blagoevgrad, il-Bulgarija) u baqa’ hemm sal-1983, sena li matulha ngħaqad, sal-1986, mal-Okrazhen sad Blagoevgrad (il-Qorti Reġjonali ta’ Blagoevgrad, il-Bulgarija). Sussegwentement daħal fis-servizz tal-Varhoven Sad (il-Qorti Suprema, il-Bulgarija) bejn l-1986 u l-1991, u poġġa fil-Konstitutsionen sad (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Bulgarija) mill-1991 sal-2000. Huwa ġie nnominat membru tal-Kummissjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-1997 sal-1999.

Bejn is-snin 2001 u 2006, huwa waqqaf provviżorjament il-karriera ġudizzjarja tiegħu sabiex jiddedika lilu nnifsu għall-proċess ta’ adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, liema proċess ħa sehem fih attivament bħala membru tal-Parlament Bulgaru, imma wkoll bħala osservatur tal-Parlament Ewropew minn Awwissu 2005 sa’ Diċembru 2006. Mill-2002 sal-2003, huwa pparteċipa fl-elaborazzjoni tar-risposti strateġiċi għall-isfidi li kienu qegħdin jistennew lill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tat-tkabbir tal-2004, bħala membru tal-Konvenzjoni fuq il-Futur tal-Ewropa.

Fit‑12 ta’ Jannar 2007, ftit jiem wara l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, Alexander Arabadjiev ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja u ilu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu minn dakinhar. Elett president mill-pari tiegħu, huwa eżerċita din il-funzjoni mid‑9 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • President tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Balgarska asotsiatsia po pravo na Evropeyskia sayuz
  • President tal-Kumitat Organizzattiv tal-Kungress “2022” tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dritt Ewropew (FIDE), li ser jinżamm fil-Bulgarija
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Ordni “Stara Planina, L-ewwel Klassi” (Editt tat 18 ta’ Diċembru 2009 tal-President tar-Repubblika tal Bulgarija)
Alexandra (Sacha) Prechal
Alexandra (Sacha) Prechal
Presidenta tat-Tieni Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1959 fi Praga (iċ-Ċekoslovakkja), Alexandra (Sacha) Prechal kisbet lawrea fid-dritt pubbliku Olandiż fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università de Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1983 u dottorat fid-dritt fl-Universiteit van Amsterdam (l-Università ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1995.

Il-karriera universitarja tagħha bdiet fl-1983: l-istudji ġuridiċi tagħha wassluha fil-fatt tmexxi l-korsijiet fil-Fakultà tal-Liġi fl-Universiteit Maastricht (l-Università ta’ Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) sal-1987, liema funzjonijiet eżerċitat mill-ġdid mill-1991 sal-1995 fi ħdan l-Europa Instituut tal-Fakultà tal-Liġi tal‑Universiteit van Amsterdam. Wara hija saret professur tad-dritt Ewropew fil-Fakultà tal-Liġi tat‑Tilburg University (l-Università de Tilburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill-1995 sal-2003, imbagħad f’dik tal‑Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi). Mill-2003, hija għallmet lil numru ta’ studenti u hemm mexxiet attivitajiet ta’ riċerka f’diversi oqsma tad-dritt tal-Unjoni. Minn dak iż-żmien, hija pparteċipat barra minn hekk attivament fit-tmexxija tat-tagħlim ogħla u tar-riċerka, b’mod partikolari bħala membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europa Instituut tal-Universiteit Utrecht. Mill‑1992 sal-2007, hija kienet il-koordinatriċi xjentifika tan-network ta’ esperti ġuridiċi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-perizja wiesa’ tagħha ma tidhirx biss permezz tal-artikli numerużi imma hija riflessa wkoll fl-impenn tagħha fis-servizz tad-dritt bħala membru tal-Kumitat Editorjali ta’ diversi rivisti ġuridiċi nazzjonali u internazzjonali. Il-kompetenzi tagħha ġew irrikonoxxuti mill-Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen (l-Akkademja Rjali tax-Xjenzi tal-Pajjiżi l-Baxxi), li tatha l-istatus ta’ membru fl-2008.

Bejn l-1987 u l-1991, l-Imħallfin Thijmen Koopmans u Paul Kapteyn sejħulha suċċessivament taħdem magħhom fil-Qorti tal-Ġustizzja, bħala référendaire.

Alexandra (Sacha) Prechal ġiet innominata Mħallef fi ħdan din il-qorti fl‑10 ta’ Ġunju 2010. Eletta mill-pari tagħha Presidenta ta’ Awla fid‑9 ta’ Ottubru 2018, ilha minn dakinhar twettaq dawn il-funzjonijiet.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
  • Membru tal-European Women Lawyers Association (l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Avukati Ewropej)
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei
  • Membru tal-Kumitat EditorjaliRedazzjonali tas-“Sociaal Economische Wetgeving”
  • Membru tal-Kumitat RedazzjonEditorjaliali tar-“Review of European Administrative Law” (ir-Rivista tad-Dritt Amministrattiv Ewropew)
  • Membru tal-Kunsill Kumitat Konsultattiv tal-“Common Market Law Review” (ir-Rivista tad-Dritt tas-Suq Komuni)
  • Membru tal-Kunsill Kumitat Konsultattiv tal-“European Constitutional Law Review” (ir-Rivista tad-Dritt Kostituzzjonali Ewropew)
  • Membru tar-Redazzjoni tal-Manwal tad-dritt Ewropew “Europees recht, Algemeen deel”
  • Membru tar-Redazzjoni tal-Manwal “Europeanisation of Public Law” (Ewropeanizzazzjoni tad-Dritt Pubbliku) u tal-ekwivalenti tiegħu bl-Olandiż “Inleiding tot Europees bestuursrecht”
  • Membru tal-Kumitat ta’ Rakkomandazzjijiet tal-Europa Instituut (Universiteit Utrecht)
  • Membru tan-Nederlandse Vereniging voor Europees Recht
  • Membru tan-Nederlandse Juristenvereniging
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Dottorat honoris causa, Università ta’ Tilburg
Küllike Jürimäe
Küllike Jürimäe
Presidenta tat-Tielet Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1962 f’Haapsalu (l-Estonja), Küllike Jürimäe fl‑1986 iggradwat fid-dritt (ekwivalenti għall-Master) mit-Tartu ülikool (l-Università ta’ Tartu, l-Estonja). Hija kompliet l-istudji superjuri tagħha fl-Iskola tad-Diplomazija Estonjana, fejn hija ggradwat fl‑1992. Fl‑2003, fi tmiem ċiklu ta’ studji fl-Università degli Studi di Padova (l-Università ta’ Padova, l-Italja) u fil-University of Nottingham (l-Università ta’ Nottingham, ir-Renju Unit), hija kisbet European Master fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni.

Mill‑1986, hija okkupat kariga ta’ Prosekutur Pubbliku f’Tallinn (l-Estonja) għal ħames snin. Mill‑1991 sal‑1993, hija serviet fil-kariga ta’ konsulent legali u wara, mill‑1992 sal‑1993, ta’ konsulent ġenerali mal-Eesti Kaubandus-Tööstuskoda (il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Estonja). Bejn l‑1993 u l‑2004, hija serviet fil-kariga ta’ mħallef fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn, l-Estonja).

K. Jürimäe nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit‑12 ta’ Mejju 2004. Mit‑23 ta’ Ottubru 2013 hija okkupat din il-kariga fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Fond tad-Dritt Kostituzzjonali mal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Estonja
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija u direttriċi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin fid-Dritt tal-Kompetizzjoni
  • Membru tal-Eesti Kohtunike Ühing
  • Membru tal-Eesti Juristide Liit
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Dekorazzjoni ta’ “l-Ordni tal-Istilla l-Bajda tal-Estonja tat-Tielet Klassi” (2021)
Constantinos Lycourgos
Constantinos Lycourgos
President tar-Raba’ Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1964 f’Nikosija (Ċipru), Constantinos Lycourgos kiseb, fl-1985, lawrea fid-dritt, imbagħad, fl-1987, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt komunitarju fl-université Panthéon-Assas Paris II (l-Università Panthéon-Assas Pariġi II, Franza), università li fiha sostna, fl-1991, it-teżi tiegħu tad-dottorat fid-dritt.

Ammess bħala avukat f’Ċipru fl-1993, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-Kamra tal-Avukati ta’ Nikosija sal-1996, is-sena li fiha ġie nnominat kunsillier speċjali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ċiprijott. Huwa okkupa din il-pożizzjoni sal-1999, imbagħad dik ta’ kunsillier fid-dritt komunitarju fid-Dipartiment Ġuridiku tar-Repubblika ta’ Ċipru, mill-1999 sal-2002. Huwa kien parti, bejn l-1998 u l-2003, mill-missjoni Ċiprijotta inkarigata min-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fl-istess waqt li kien membru, mill-2002 sal-2014, tad-delegazzjonijiet Ċiprijotti Griegi implikati fin-negozjati għas-soluzzjoni globali ta’ Ċipru.

Il-perizja tiegħu wasslitu jeżerċita, mill-2002 sal-2007, il-funzjonijiet ta’ ġurista ewlieni u wara, mill-2007 sal-2014, dawk ta’ avukat ewlieni tar-Repubblika ta’ Ċipru. Mill-2003 sal-2014, ġie nnominat kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew tad-Dipartiment Ġuridiku tar-Repubblika ta’ Ċipru filwaqt li kien jintalab, mill-2004 sal-2014, jidher, bħala aġent, f’isem il-Gvern Ċiprijott quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea.

Constantinos Lycourgos ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2014 u ilu jeżerċita dawn l-funzjonijiet minn din id-data.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Bord tat-Trustees tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA)
  • Membru fundatur tal-Assoċjazzjoni Ċiprijotta tad-Dritt tal-Enerġija
Eugene Regan
Eugene Regan
President tal-Ħames Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1952 f’Kilcoon (l-Irlanda), Eugene Regan wettaq l-istudji tiegħu fil-University College Dublin (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Irlanda), fejn kiseb lawrea fix-xjenzi politiċi u ekonomiċi fl-1974 u master fl-ekonomija politika fl-1975. Huwa kkompleta l-kors tal-istudji b’master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt ikkomparat fl-Université libre de Bruxelles (l-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju) fl-1979.

Fl-1975, huwa wettaq il-funzjonijiet ta’ analista ekonomiku fl-Irish Farmers’ Association (IFA) (l‑Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Irlandiżi, Dublin). Mill-1975 sal-1979, huwa eżerċita diversi attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-setturi agrikoli Irlandiżi li wassluh fid-direzzjoni tal-Uffiċċju tal-IFA fil‑Komunità Ekonomika Ewropea. Huwa ġie nnominat direttur ġenerali tal-Irish Meat Exporters Association (l‑Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Laħam tal-Irlanda) mill-1980 sal-1984. Wara dan il-perijodu, bejn l‑1985 u l-1988, li matulu kien il-kunsillier politiku ta’ Peter Sutherland, kummissarju inkarigat għall-kompetizzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, huwa kompla l-attivitajiet tiegħu fis-settur agrikolu, mill‑1989 sal-1995, bħala direttur ġenerali ta’ attur prinċipali tas-suq Irlandiż tal-kummerċ tal-laħam.

Eugene Regan huwa Barrister fl-Honourable Society of King’s Inns (Dublin) mill-1985 u hija f’din il-kwalità li kien jeżerċita fl-avukatura tal-Irlanda mill-1995 sal-2005, u bħala Senior Counsel mill-2005 sal-2015. Mill‑2007 sal-2011, huwa assuma wkoll il-funzjonijiet ta’ membru tas-Seanad (is-Senat, l-Irlanda).

Eugene Regan ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2015. Huwa ġie elett mill-pari tiegħu President ta’ Awla fid‑9 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Direttur tal-Irish Centre for European Law, Dublin (l-Irlanda)
  • Bencher of the Honorable Society of King’s Inns, Dublin (l-Irlanda)
Maciej Szpunar
Maciej Szpunar
Avukat Ġenerali Ewlieni
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1971 fi Krakow (il-Polonja), Maciej Szpunar kiseb lawrea fid-dritt fl-Uniwersytet Śląski (l‑Università ta’ Silesja, il-Polonja) fl-1995 u fil-Collège d'Europe de Bruges (il-Belġju) fl-1996. Huwa sostna t-teżi tad-dottorat tiegħu fid-dritt fl-2000, sar duttur fix-xjenzi ġuridiċi fl-2009, imbagħad professur tad-dritt fl-2013 fi ħdan l-Uniwersytet Śląski. Fl-1998, ix-xogħlijiet universitarji tiegħu wassluh fil-Jesus College ta’ Cambridge (ir-Renju Unit) bħala “Visiting Scholar”, wara fl-université de Liège (l-Università ta’ Liège, il-Belġju) fl-1999 u fl-Istitut Universitarju Ewropew ta’ Firenze (l-Italja) fl-2003.

Fl-2001, huwa daħal fl-avukatura ta’ Katowice biex jibda l-professjoni ta’ avukat, li eżerċita sal-2008. Huwa f’dan iż-żmien li kien parti mill-Kumitat tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Kummissjoni ta’ Kodifikazzjoni tad-Dritt Ċivili fil-Ministeru għall-Ġustizzja Pollakka.

Huwa assuma l-funzjonijiet ta’ sottosegretarju tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Kumitat tal-Integrazzjoni Ewropea (il-Polonja) mill-2008 sal-2009, qabel ma ngħaqad mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Pollakk bejn l-2010 u l-2013. Matul dawn it-tliet snin, huwa rrappreżenta, bħala aġent, il-Gvern Pollakk f’numru kbir ta’ kawżi li nstemgħu quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea.

Huwa baqa’ marbut mal-qasam tar-riċerka universitarja, u b’hekk kien parti mill-Kumitat Editorjali ta’ diversi rivisti ġuridiċi, ħaġa li wasslitu fl-istess ħin jikteb diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat.

Maciej Szpunar ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑23 ta’ Ottubru 2013 u jeżerċita mill‑11 ta’ Ottubru 2018 l-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali Ewlieni.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew ta’ Trier
  • Membru assoċjat tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Komparat
  • Membru tal-Grupp Ewropew tad-Dritt Internazzjonali Privat
  • Membru tal-Grupp ta’ Riċerka fuq id-dritt privat tal-Unjoni fis-seħħ “Acquis Group”
  • Membru tal-Istitut tad-Dritt Ewropew
  • Membru tal-Kummissjoni tax-Xjenzi Ġuridiċi u Ekonomiċi tal-Akkademja Pollakka tax-Xjenzi
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Kulleġġ tal-Ewropa, fil-Collège d’Europe, f’Natolin (il-Polonja)
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-proġett intitolat “Le droit procédural comparé et la Justice”, tal-Max Planck Institute Luxembourg for International, European and Regulatory Procedural Law; membru tat-Taqsima 15 “Cross-border and the international dimensions”
  • Kunsillier għall-proġett tal-Istitut Ewropew tad-Dritt intitolat “Concept and Role of Courts in Family and Succession Matters”
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivisti ġuridiċi segwenti: Europejski Przegląd Sądowy, Kwartalnik Prawa Prywatnego, Nowa Europa – Przegląd Natoliński, University of Warsaw Journal of Comparative Law, Problemy Współczesnego Prawa Międzynarodowego, Europejskiego i Porównawczego, ERA Forum – Journal of the Academy of European Law, The e-Competition Bulletin, Polski Proces Cywilny et Zeszyty Naukowe Uniwersytetu Jagiellońskiego – Prace z Prawa Własności Intelektualnej
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Krzyż Oficerski Orderu Odrodzenia Polski (Salib ta’ Uffiċjal tal-Ordni Polonia Restituta)
Siniša Rodin
Siniša Rodin
President tad-Disa’ Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1963 f’Żagreb (il-Kroazja), Siniša Rodin iggradwa fid-dritt mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑1987 u kompla l-istudji universitarji tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn fl‑1992 kiseb Master of Laws mogħti mill-University of Michigan (l-Università ta’ Michigan). Lura fil-Kroazja, huwa kompla l-istudji tiegħu fl-iSveučilište u Zagrebu, fejn huwa kiseb dottorat fid-dritt fl‑1995. Mill‑2001 sal‑2002, ingħaqad mal-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) bħala Fulbright Fellow u akkademiku mistieden.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu mal-iSveučilište u Zagrebu u bħala assistent professur fl‑1987. Mill‑2003, huwa okkupa l-pożizzjoni ta’ professur tad-dritt tal-Unjoni hemmhekk u, fl‑2006, ġie fdat il-Katedra Jean Monnet, li tiegħu sar titolari ad personam fl‑2011. Fl‑2012, huwa sar professur mistieden fil-Cornell Law School (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Cornell, l-Istati Uniti). Matul il-karriera akkademika tiegħu, S. Rodin ippubblika numru ta’ xogħlijiet li kkontribwixxew għat-tixrid tad-dritt tal-Unjoni fil-Kroazja.

Bejn l‑2006 u l‑2011, S. Rodin kien għamel parti mit-tim Kroat li ddefinixxa l-qafas tan-negozjati kif ukoll il-proċess tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni waqt li kien, mill‑2009 sal‑2010, membru tal-Kumitat Kroat għar-Riforma Kostituzzjonali u president tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

S. Rodin huwa l-ewwel Imħallef Kroat maħtur fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga mill‑4 ta’ Lulju 2013.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-World Jurist Association (WJA) (Washington DC, l-Istati Uniti)
  • Membru tal-Kunsill Akkademiku tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università del Salento (l-Università ta’ Salento, l-Italja)
Irmantas Jarukaitis
Irmantas Jarukaitis
President tal-Għaxar Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1973 fi Prienai (il-Litwanja), Irmantas Jarukaitis iggradwa fid-dritt fl‑1997 u kiseb dottorat fl‑2008 mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja). L-attivitajiet tiegħu bħala professur żvolġew fi ħdan din l-università, fejn għallem, bħala assistent u mbagħad bħala professur assoċjat, mill‑1999 sal‑2018. Huwa assuma wkoll missjonijiet oħra għall-benefiċċju tar-riċerka legali, kif jixhdu numru ta’ pubblikazzjonijiet tiegħu fl-oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt kostituzzjonali. Minbarra d-dmirijiet akkademiċi tiegħu, huwa kien involut attivament fil-ħolqien tal-Assoċjazzjoni Litwana tad-Dritt Ewropew, li tagħha huwa kofundatur.

Fl‑1997, daħal fis-servizz ta’ pajjiż twelidu billi ngħaqad mad-dipartiment tad-dritt Ewropew tal-Ministeru għall-Ġustizzja Litwan: huwa okkupa l-kariga ta’ speċjalista ewlieni, imbagħad kap ta’ taqsima, mill‑2002 sal‑2003, u, mill‑2004 sal‑2010 dak ta’ assistent direttur ġenerali. Bejn l‑2010 u l‑2018, huwa eżerċita funzjonijiet ġudizzjarji bħala mħallef fil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), li tagħha sar Viċi President mill‑2012 sal‑2017. Mill‑2015 sal‑2017, huwa kien qed jaġixxi bħala President ta’ din il-qorti filwaqt li serva fit-Teisėjų taryba (il-Kunsill Ġudizzjarju, il-Litwanja).

I. Jarukaitis huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit‑8 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Lietuvos Europos teisės asociacija
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Ewropej tad-Dritt tal-Kompetizzjoni
Niilo Jääskinen
Niilo Jääskinen
President tat-Tmien Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1958 f’Mikkeli (il-Finlandja), Niilo Jääskinen kiseb il-lawrea fid-dritt fl-1980 imbagħad, fl‑1982, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt fil-Helsingin yliopisto (l-Università ta’ Ħelsinki, il‑Finlandja). Fl-2008, fi ħdan din l-università sostna teżi tad-dottorat fid-dritt. L-interess tiegħu għat-tagħlim immanifesta ruħu kmieni u huwa wkoll fil-Helsingin yliopisto li sar kap tal-korsijiet mill-1980, pożizzjoni li okkupa sal-1986.

Fl-1983, huwa eżerċita għal sena l-funzjonijiet ta’ référendaire u ta’ mħallef provviżorju fir‑Rovaniemen kihlakunnanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Rovaniemi, il-Finlandja). Wara li okkupa, mill-1987 sal-1989, il-pożizzjoni ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għall-Ġustizzja Finlandiż, ġie nnominat kap tat-Taqsima tad-Dritt Ewropew u mexxa din it-taqsima bejn l-1990 u l-1995. Fl-istess ħin, huwa ħadem ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Finlandiż bejn l-1989 u l‑1990. Bħala responsabbli għall-kwistjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali, huwa pparteċipa fin-negozjati għall-adeżjoni tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea qabel ma okkupa, mill-1995 sal-2000, il‑pożizzjonijiet ta’ kunsillier u ta’ segretarju għall-affarijiet Ewropej u għall-kummissjoni ewlenija tal-Parlament Finlandiż.

Wara li ntalab jagħti servizz fil-ġustizzja Finlandiża, Niilo Jääskinen wettaq, mill-2000 sal-2002, il‑funzjonijiet ta’ mħallef provviżorju fil-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il‑Finlandja), li fiha wara sar imħallef mill-2003 sal-2009.

Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala Avukat Ġenerali fis‑7 ta’ Ottubru 2009, pożizzjoni li okkupa sas‑7 ta’ Ottubru 2015. Lura f’pajjiż twelidu, huwa kompla l-missjoni tiegħu ta’ mħallef fil‑Korkein hallinto-oikeus mill-2015 sal-2019, li matulhom wettaq funzjonijiet ta’ viċi president mill‑2018 sal-2019.

Niilo Jääskinen ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2019, funzjoni li jwettaq minn dakinhar.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Fakultà tal-Liġi ta’ Helsingin yliopisto
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Ewwel Klassi tal-Ordni tal-Iljun tal-Finlandja (1994)
  • Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2008)
  • Medalja għall-Mertu għal tletin sena servizz tal-Istat (2018)
  • Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2019)
Ineta Ziemele
Ineta Ziemele
Presidenta tas-Sitt Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1970 f’Jelgava (il-Latvja), Ineta Ziemele ggradwat fid-dritt fl‑1993 mil-Latvijas Universitāte (l-Università tal-Latvja), u fl-istess sena hija temmet kors fuq l-istudju tas-sistema ġuridika Amerikana tad-dritt u tal-Politika tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll tas-xjenzi politiċi fl-Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka). Imbagħad kisbet master fid-dritt internazzjonali mil-Lunds Universitet (l-Università ta’ Lund, l-Iżvezja) fl‑1994 u temmet l-istudji tagħha fil-Cambridge University (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fejn iddefendiet, fl‑1999, teżi ta’ dottorat fid-dritt.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala assistenta parlamentari fil-Parlament Latvjan mill‑1990 sal‑1992, qabel ma okkupat pożizzjoni ta’ konsulenta mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Latvjan mill‑1992 sal‑1995. Maħtura konsulenta għall-Prim Ministru Latvjan fl‑1995, hija wettqet ukoll dawn il-funzjonijiet fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg (Franza) mill‑1999 sal‑2001.

Barra minn hekk, I. Ziemele ilha tgħallem mill‑1993, bħala assistenta universitarja, fid-dipartiment tat-teorija legali u politika kif ukoll fid-dipartiment tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-baħar tal-Latvijas Universitāte. Kienet imbagħad, sal‑1999, lettriċi tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew, meta waqqfet l-istitut għad-drittijiet tal-bniedem fil-Latvijas Universitāte, li hija mexxiet sa dik l-istess sena. Hija wkoll professoressa Söderberg u sussegwentement professoressa mistiedna fir-Rīgas Juridiskā augstskola (l-Iskola Superjuri tad-Dritt ta’ Riga, il-Latvja) fejn, mill‑2001, kellha katedra ta’ professoressa tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. Mill‑2001 sal‑2005, hija għallmet ukoll fl-Istitut Raoul Wallenberg tal-Lunds universitet bħala professoressa mistiedna.

Il-karriera ġudizzjarja ta’ I. Ziemele bdiet fl‑2005, bl-ewwel ħatra tagħha bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg, pożizzjoni li hija okkupat ukoll bħala Presidenta ta’ Awla sal‑2014. Maħtura mħallef fil-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Latvja) fl‑2015, hija kienet il-presidenta tagħha mill‑2017 sal‑2020.

Mill‑2017, hija kienet membru korrispondenti tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Latvja, li magħha tikkollabora permezz tar-riċerka tagħha fid-dritt, li tat lok għall-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ xogħlijiet.

I. Ziemele nħatret Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑6 ta’ Ottubru 2020 u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru korrispondenti tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Latvja
  • Editriċi prinċipali tal-“Baltic Yearbook of International Law”
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Dekorazzjoni tat-Triju Zvaigžņu ordenis (ir-IV klassi) (il-Latvja) (2014)
  • Premju tal-Kabinett tal-Ministri (il-Latvja) għall-kontribut sinjifikattiv tagħha għall-iżvilupp tas-sistema ġuridika Latvjana, għat-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, kif ukoll għall-kisbiet tagħha fix-xjenza legali (2016)
  • Insinja tal-unur tal-ewwel grad tas-sistema ġuridika (il-Latvja) (2018)
  • Diploma onorarju mogħti mir-reġjun ta’ Jelgava (il-Latvja) (2018)
Jan Passer
Jan Passer
President tas-Seba’ Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1974 fi Praga (iċ-Ċekoslovakkja), Jan Passer studja fl-Univerzita Karlova (l-Università Karlu, ir-Repubblika Ċeka) u hemm kiseb il-lawrea fid-dritt li kkompleta, fl-2000, b’master fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja). Fl-2007, huwa sostna teżi tad-dottorat fl-Università Karlu.

Mill-1997, huwa eżerċita attivitajiet ġudizzjarji f’pajjiż twelidu, l-ewwel bħala awditur tal-ġustizzja fil-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), pożizzjoni li okkupa sal-2001, imbagħad bħala mħallef fl-Obvodní soud pro Prahu 2 (il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 2, ir-Repubblika Ċeka), mill-2001 sal-2005. Mill-2005 sal-2016, huwa kien imħallef fin-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka).

L-esperjenza miksuba tul il-prattika wasslet lil Jan Passer jgħallem bħala kap tal-kors fid-dritt tal-Unjoni, fost suġġetti oħra, fl-Univerzita Karlova mill-2001 sal-2003, fil-Masarykova univerzita (l-Università Masaryk, ir-Repubblika Ċeka) mill-2006 sal-2016 kif ukoll fl-Univerzita Palackého v Olomouci (l-Università Palacký ta’ Olomouc, ir-Repubblika Ċeka) mill-2014 sal-2016. Din il-perizja wasslitu wkoll jgħallem id-dritt, mill-2001 sal-2016, fl-Akkademja tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

Jan Passer ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016. Huwa eżerċita hemm għal erba’ snin, qabel ma ġie nnominat, fis‑6 ta’ Ottubru 2020, Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn jeżerċita minn dakinhar il-mandat tiegħu.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru fundatur taċ-Česká společnost pro evropské a srovnávací právo
Juliane Kokott
Juliane Kokott
Avukata Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1957 fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja), Juliane Kokott studjat id-dritt fl-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja) u fl-Università ta’ Genève (l-Isvizzera) mill-1976 sal-1982. Titolari ta’ borża ta’ studju Fulbright, hija ngħaqdet wara mal-American University, Washington DC (l‑Università Amerikana ta’ Washington DC, l-Istati Uniti) u hemm kisbet LL.M fl-1983. Lura l-Ewropa, hija bdiet il-kitba ta’ teżi fl-Universität Heidelberg (l-Università ta’ Heidelberg, il-Ġermanja) u laħqet duttur fid-dritt fl-1985. Il-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) tatha wkoll dan it-titolu fl‑1990. Barra minn hekk, fl-1985, hija kisbet id-diploma tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Internazzjonali li għandha s-sede fit-Tuneżija.

Huwa fil-kwalità ta’ professur mistieden fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) li Juliane Kokott bdiet il-karriera universitarja tagħha fl-1991. Hija komplietha wara fil-Ġermanja, fejn kienet professur tad-dritt pubbliku Ġermaniż u barrani, tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew fl-Universität Augsburg (l-Università ta’ Augsburg) fl-1992, fl‑Universität Heidelberg fl-1993 u fil-Heinrich-Heine-Universität Düsseldorf (l-Università Heinrich Heine ta’ Düsseldorf) mill-1994 sal-1999. Fl-1999, ingħatat katedra ta’ professur fl-Universität St. Gallen (l-Università ta’ San Gallen, l-Isvizzera), li fih hija għallmet kors tad-dritt internazzjonali, tad-dritt internazzjonali tal-kawżi, u tad-dritt Ewropew. Fl-2000, huwa fl-Istitut tad-Dritt Ewropew u Internazzjonali tal-Kawżi tal-Universität St. Gallen li ntalbet tassumi l-funzjonijiet ta’ direttur u wara, mill-2001 sal-2003, dawk ta’ direttur supplimentari tal-programm ta’ speċjalizzazzjoni fid-dritt tal-kawżi f’din l-istess università.

Hija sussegwentement ikkollaborat mal-Gvern Ġermaniż, li nnominaha, fl-1995, imħallef supplenti fil-Qorti Internazzjonali ta’ Konċiljazzjoni u ta’ Arbitraġġ tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l‑Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Fl-1996, ġiet innominata viċi president tal-Wissenschaftliche Beirat “Globale Umweltveränderungen” der Bundesregierung (WBGU) (il-Kumitat Konsultattiv tal-Gvern Federali fuq it-Tibdil Globali tal-Ambjent, il-Ġermanja).

Juliane Kokott ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2003. Hija eżerċitat il-funzjoni ta’ Avukata Ġenerali Ewlieni mill-2006 sal-2007.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Direttiv tal-programm tal-Master tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università tal Lussemburgu
  • Fundatriċi u president (mal-professur Pasquale Pistone, IBDF) tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali (ADI) fuq id-dritt fiskali internazzjonali (fażi 1: id-drittijiet tal-kontribwent; fażi 2: rabta u sistema fiskali internazzjonali; fażi 3: applikazzjoni tad-dritt fiskali internazzjonali)
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tad-Deutsche Steuerjuristische Gesellschaft (is-Soċjetà Ġermaniża tad-Dritt Fiskali), tal-Berliner Steuergespräche (l-Intervisti Fiskali ta’ Berlin) u tas-Steuerrechtswissenschaftliche Vereinigung (l-Assoċjazzjoni tad-Dritt Fiskali, Heidelberg) (Membru fundatur)
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Istitut Max Planck tad-Dritt Fiskali u tal-Finanzi Pubbliċi
  • Parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Superviżjoni “Geh deinen Weg” tad-Deutschland Stiftung Integration u fil-programm Minerva-Femmenet (Programm ta’ Superviżjoni tas-Soċjetà Max Planck għan-Nisa Xjenzati Żgħar)
  • “Ambaxxatriċi tas-Saar”
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Lawreata tad-Dr. Otto Schmidt-Preis zur Förderung der Europäisierung und Internationalisierung des Rechts (2020)
Marko Ilešič
Marko Ilešič
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1947 f’Ljubljana (is-Slovenja), Marko Ilešič kiseb il-lawrea fid-dritt fil-Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani(l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl-1970, qabel ma kompla l-istudji tad-dottorat f’din l-istess università, fejn sostna t-teżi tiegħu fl-1984. Huwa kabbar il-konoxxenzi tiegħu fid-dritt ikkomparat fil-kuntest tal-programmi ta’ speċjalizzazzjoni organizzati mill-université de Strasbourg (l-Università ta’ Strasbourg, Franza) u l-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra, il-Portugall), imnejn ħareġ b’diploma fl-1978 u fl-1980.

Huwa beda l-karriera universitarja tiegħu fl-1970 bħala assistent fl-Univerza v Ljubljani, fejn iddedika ruħu, bħala professur, għat-tagħlim tad-dritt ċivili, tad-dritt kummerċjali u tad-dritt internazzjonali privat mill-1984 sal-2004. Huwa barra minn hekk kellu sehem attiv fit-tmexxija tal-Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani, fejn assuma l-funzjonijiet ta’ viċi dekan, mill-1995 sal-2001, imbagħad dawk ta’ dekan, mill-2001 sal-2004.

Wara li għadda b’suċċess l-eżami ta’ aċċess għall-funzjonijiet ta’ ġudikant, Marko Ilešič sar imħallef, imbagħad president ta’ awla, fis-Sodišče združenega dela v Ljubljani (il-Qorti tax-Xogħol ta’ Ljubljana, is-Slovenja) mill-1975 sal-1986. Awtur ta’ pubblikazzjonijiet numerużi, ġie elett president tal-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Ġuristi Sloveni fl-1993, kariga li eżerċita sal-2005.

L-interess qawwi tiegħu għad-dritt tal-isport, u b’mod partikolari dak tal-futbol, wasslu barra minn hekk jippresjedi s-Sodišče združenega dela za telesno kulturo (il-Qorti tal-Isport tas-Slovenja) mill-1978 sal-1986, iżda wkoll ipoġġi, bħala mħallef, fil-qrati tal-appell tal-Unjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA) u tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA). Huwa barra minn hekk assuma l-funzjonijiet ta’ ġestjoni bħala president tan-Nogometna zveza Slovenije (il-Federazzjoni Slovena tal-Futbol) mill-1985 sal-1989, tal-Federazzjoni Jugoslava tal-Futbol bejn l-1990 u l-1991, u bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv imbagħad bħala viċi president tal-Kumitat Olimpiku tas-Slovenja mill-1991 sal-2005.

Partikolarment marbut mal-prattika tad-dritt kummerċjali, huwa ppresjeda l-kamra ta’ arbitraġġ tal-borża ta’ Ljubljana u wettaq funzjonijiet ta’ arbitru fil-kamra tal-kummerċ tal-Jugoslavja. Huwa wara kien arbitru fil-kamra tal-kummerċ Slovena u tal-kamra internazzjonali tal-kummerċ f’Pariġi.

Marko Ilešič huwa l-ewwel Imħallef Sloven li ġie nnominat fil-Qorti tal-Ġustizzja, fil‑11 ta’ Mejju 2004. Elett mill-pari tiegħu għall-funzjoni ta’ President ta’ Awla, huwa eżerċita dan l-inkarigu f’żewġ mandati suċċessivi, mid‑9 ta’ Ottubru 2012 sat‑8 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali
  • Membru tal-Kumitat Marittimu Internazzjonali
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Dritt Ikkomparat
  • Membru tal-Għaqda tal-ex Membri tal-Unjoni Ewropea tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Titoli u onorifiċenzi Membru tal-Unur, Društvo za pomorsko pravo Slovenije
  • Distinzjoni għax-xogħol matul il-ħajja, Zveza društev pravnikov Slovenije
  • Uffiċjal Kbir tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana
  • Membru tal-Unur, Nogometna zveza Slovenije
Jean-Claude Bonichot
Jean-Claude Bonichot
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1955 f’Metz (Franza), Jean-Claude Bonichot kiseb il-mandat fid-dritt fl-université de Metz (l-Università ta’ Metz) fl-1976, imbagħad, fl-1977, id-diploma tal-Institut d’études politiques (IEP, l-Istitut tal-Istudji Politiċi) ta’ Pariġi. Huwa wara studja fl-École nationale d’administration (ENA, l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni) li minnha ħareġ fl-1982 (Promozzjoni Henri-François d’Aguesseau).

F’din id-data huwa daħal fil-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) bħala awditur u eżerċita l-funzjonijiet ta’ relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż sal-1985. Wara li ġie nnominat Kummissarju tal-Gvern, huwa eżerċita l-funzjonijiet tiegħu fl-assemblea u fil-kulleġġi tal-kontenzjuż l-oħra tal-Conseil d’État bejn l‑1985 u l-1987.

Ġew barra minn hekk assenjati lilu funzjonijiet esterni marbuta mal-esperjenza tiegħu fil-kontenzjuż amministrattiv. Matul is-sena 1986, ġie nnominat kunsillier ġuridiku tad-direttur ġenerali tal-Urbaniżmu u tal-Kostruzzjoni fil-Ministeru għat-Tagħmir Franċiż. Fl-1987, ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire fl-uffiċċju tal-Imħallef Yves Galmot, wara tal-Imħallef Fernand Grévisse, li miegħu kkollabora sal-1991. Lura Franza, ġie nnominat direttur tal-uffiċċju tal-Ministru għax-Xogħol u l-Impjiegi u tat-Taħriġ Professjonali, imbagħad direttur tal-uffiċċju tal-Ministru għas-Servizz Pubbliku u tal-Modernizzazzjoni tal-Amministrazzjoni.

Bejn l-1992 u l-1999, Jean-Claude Bonichot reġa’ ssejjaħ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu ta’ kummissarju tal-Gvern fil-Conseil d’État, imbagħad ġie inkarigat jeżerċita l-funzjonijiet ta’ assessur, qabel ma ġie nnominat, fl-2000, president tas-sitt sottosezzjoni tas-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d’État (is-sottosezzjonijiet illum jissejħu “Awli”), fejn eżerċita b’din il-kwalifika sal-2006. Fl-istess ħin, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ kap tal-missjoni ġuridika tal-Conseil d’État fid-Dipartiment Nazzjonali tal-Assigurazzjoni għall-Mard tal-Ħaddiema impjegati bejn l-2001 u l-2006.

Awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fuq id-dritt amministrattiv, dritt tal-Unjoni u drittijiet tal-bniedem, Jean-Claude Bonichot ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim, fil-kuntest ta’ karriera universitarja varjata: bejn l-1988 u l-2000, kien professur assoċjat fl-université de Metz (l-Università ta’ Metz), fejn ippresjeda għal diversi snin it-taqsima tad-dritt pubbliku. Fl-1995, kien ukoll kap tal-konferenzi fil-Fakultà tal-Liġi tal-université de Liège (l-Università ta’ Liege, il-Belġju). Fl-2000 ġie nnominat professur assoċjat fl-université de Paris I (Panthéon-Sorbonne) (l-Università ta’ Pariġi I, Panthéon-Sorbonne), funzjoni li eżerċita sal-aħħar tas-sena universitarja 2007. Din il-karriera universitarja wasslitu jkun parti minn bord ta’ selezzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema fid-dritt pubbliku fl-2000.

Kien ukoll deputat segretarju ġenerali, imbagħad segretarju ġenerali tal-Institut français des sciences administratives (l-Istitut Franċiż tax-Xjenzi Amministrattivi) u membru tal-comité exécutif de l’Institut international des sciences administratives (il-Kumitat Eżekuttiv tal-Istitut Internazzjonali tax-Xjenzi Amministrattivi).

Huwa kofundatur ta’ żewġ rivisti ġuridiċi: il-Bulletin de jurisprudence de droit de l’urbanisme (il-Bulettin tal-ġurisprudenza tal-urbaniżmu), li tiegħu jippresjedi l-Kumitat Editorjali, u l-Bulletin juridique des collectivités locales (il-Bulettin tal-Kolletivitajiet Lokali).

Jean-Claude Bonichot ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2006. Huwa eżerċita hemm bħala President ta’ Awla bejn is‑7 ta’ Ottubru 2009 u d‑9 ta’ Ottubru 2012, funzjoni li eżerċita mill-ġdid mid‑9 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • President tal-Kumitat Editorjali tal-Bulettin tal-ġurisprudenza tad-dritt dwar l-urbaniżmu
  • Membru tal-Akkademja ta’ Morvan
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Uffiċjal fl-Ordni Nazzjonali tal-Légion d’Honneur
  • Uffiċjal fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu
Thomas von Danwitz
Thomas von Danwitz
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1962 f’Bedburg/Erft (il-Ġermanja), Thomas von Danwitz segwa l-istudji tiegħu fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università Renana Frédéric-Guillaume ta’ Bonn, il-Ġermanja), fejn għadda l-ewwel eżami tal-istat fid-dritt fl-1986, u fl-université de Genève (l-Università ta’ Genève, l‑Isvizzera). Huwa sostna teżi fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn u rċieva d-dottorat fid-dritt fl-1988. Bħala student anzjan tal-École nationale d'administration (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, Franza), Thomas von Danwitz minn hemm kiseb id-diploma internazzjonali ta’ amministrazzjoni pubblika fl-1990. Fl-1992, huwa ffinalizza l-preparazzjoni ġuridika tiegħu f’Cologne (il-Ġermanja) bit-tieni eżami tal-istat fid-dritt u kiseb, fl-1996, il-mandat tiegħu fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn, fejn ħadem bħala kollaboratur xjentifiku.

Filwaqt li indirizza x-xogħol tiegħu ta’ riċerka essenzjalment lejn id-dritt pubbliku Ġermaniż kif ukoll lejn id-dritt Ewropew, Thomas von Danwitz għallem dawn is-suġġetti, mill-1996 sal-2003, bħala professur fir-Ruhr-Universität Bochum (l-Università ta’ Ruhr ta’ Bochum, il-Ġermanja), fejn okkupa, mill-2000 sal-2001, il-pożizzjoni ta’ dekan tal-Fakultà tal-Liġi. Mill-2003 sal-2006, huwa għallem fl-Universität zu Köln (l-Università ta’ Köln, il-Ġermanja) u hemm sar direttur tal-Istitut tad-Dritt Pubbliku u tax-Xjenza Amministrattiva fl-2006.

Il-karriera universitarja tiegħu wasslitu fil-Fletcher School of Law and Diplomacy tat-Tufts University (l-Università Tufts, l-Istati Uniti) bħala professur mistieden fl-2000, fl-université François Rabelais de Tours (l-Università Rabelas ta’ Tours, Franza) bejn l-2001 u l-2006, kif ukoll fl-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi Panthéon-Sorbonne, Franza) mill-2005 sal-2006. Fl-2005, huwa wettaq soġġorn ta’ tagħlim u riċerka fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l‑Istati Uniti). Huwa ngħaqad, fl-2004, bħala membru, mal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Ġurnata tal-Ġuristi Ġermaniżi (Ständige Deputation des Deutschen Juristentags), li magħhom baqa’ involut sal-2014.

Thomas von Danwitz ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2006. Elett president mill-pari tiegħu, huwa okkupa din il-kariga bejn id‑9 ta’ Ottubru 2012, u t‑8 ta’ Ottubru 2018.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku ta’ Il Diritto dell’Unione Europea
  • Membru tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Ikkomparat (AIDC)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Deutsches Verwaltungsblatt (DVBl)
  • Membru tal-Kuratorium tal-Istituti Max-Planck für ausländisches und internationales Strafrecht de Freiburg i. Br.
  • Membru tal-Versammlung der Kuratoren de l’Institut für Europäische Politik (IEP)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika Franċiża (2002)
  • Duttur honoris causa, l-Università François Rabelais ta’ Tours (2010)
Marek Safjan
Marek Safjan
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1949 f’Varsavja (il-Polonja), Marek Safjan studja fl-Uniwersytet Warszawski (l‑Università ta’ Varsavja, il-Polonja). Huwa kiseb master fid-dritt fl‑1971 u ddefenda t-teżi tad-dottorat fid-dritt tiegħu fl‑1980. Fl‑1990, ingħata minn din l-università t-titlu ta’ dottorat avvanzat fix-xjenzi legali u mbagħad, fl‑1998, dak ta’ professur titolari tad-dritt.

Kien ukoll fl-Uniwersytet Warszawski li beda l-karriera professjonali tiegħu, fejn assuma kariga ta’ għalliem tad-dritt fl‑1973 bħala assistent akkademiku fl-Istitut tad-Dritt Ċivili. Mill‑1991 sal‑1998, huwa għallem korsijiet hemmhekk bħala professur tad-dritt u serva wkoll bħala direttur fi ħdan l-Istitut tad-Dritt Ċivili. Imbagħad sar Viċi Rettur tal-università mill‑1994 sal‑1997.

Permezz ta’ numru ta’ xogħlijiet, huwa kkontribwixxa b’mod attiv għar-riċerka legali fl-oqsma tad-dritt ċivili, tad-dritt mediku u tad-dritt Ewropew, li wassluh sabiex jirrappreżenta lill-Polonja, mill‑1991 sal‑1997, fi ħdan il-Kumitat għall-Bijoetika u l-Kumitat għall-Protezzjoni tad-Data Personali tal-Kunsill tal-Ewropa. Bejn l‑1994 u l‑1998, inħatar Segretarju Ġenerali tas-sezzjoni Pollakka tal-Assoċjazzjoni Henri Capitant tal-Ħbieb tal-Kultura Legali Franċiża.

Minbarra l-attivitajiet akkademiċi tiegħu, huwa okkupa l-kariga ta’ Direttur tat-taqsima tad-dritt ċivili fl-Instytut Wymiaru Sprawiedliwości (l-Istitut tad-Dritt u tal-Ġustizzja, il-Polonja) mill‑1992 sal‑1997.

Imbagħad beda karriera ġudizzjarja fit-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja): maħtur imħallef fl‑1997, sar President ta’ din il-qorti fl‑1998 u okkupa l-kariga sal‑2006.

M. Safjan inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis‑7 ta’ Ottubru 2009.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru titolari u Viċi President tal-Académie internationale de droit comparé (2010 2019)
  • Membru titolari tal-Akkademja Pollakka tal-Arti u tal-Letteratura u membru tal-Kumitat Etiku tiegħu
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali “Droit, éthique et science”
  • Membru fundatur tal-Fundacja Służby Rzeczypospolitej (il-Fondazzjoni għas-Servizz tar Repubblika tal‑Polonja)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Dritt Kostituzzjonali
  • Membru tal-Kumitat Internazzjonali tal-Ġuristi
  • Membru tal-Polskie Stowarzyszenie Prawa Europejskiego
  • President Onorarju tal-Kumitat tal-Klassifikazzjoni tal-Universitajiet
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Grande Ufficiale, mogħti mill-President tar-Repubblika Taljana (2000)
  • Das große Verdienstkreuz mit Stern des Verdienstordens der Bundesrepublik Deutschland, mogħti mill-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (2002)
  • The Commander Cross of the Great Prince Gedymin, mogħti mill-President tar Repubblika tal-Litwanja (2003)
  • Premju “Edward Wende” għall-kontribuzzjoni u għat-tisħiħ tad-demokrazija fil-Polonja (2006)
  • Medalja pro merito mogħtija mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropea (2007)
  • Premju “Europejczyk Roku” w kategorii “Uczony”, Monitor Unii Europejskiej (2008)
  • Złota odznaka Adwokatury Polskiej (2008)
  • Dekorazzjoni “Zasłużony dla Tolerancji” (2008)
  • Krzyż Komandorski Orderu Odrodzenia Polski (2010)
  • Dottorat honoris causa, European University Institute (2012)
  • Nagroda 100-lecia ZAiKS- Premju ZAiKS (2020) -wręczana za wybitne osiagniecia w dziedzinie kultury (mogħti lil persuni eminenti fil-qasam tal-kultura)
François Biltgen
François Biltgen
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1958 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), François Biltgen kiseb, fl-1981, lawrea fid-dritt imbagħad, fl-1982, diploma ta’ studji approfonditi (DEA) fid-dritt Komunitarju fl-université de droit, d’économie et de sciences sociales de l’université de Paris II Panthéon-Assas (l-Università tad-Dritt, tal-Ekonomija u tax-Xjenzi Soċjali tal-Università ta’ Pariġi II ta’ Panthéon-Assas, Franza). Fl-istess sena, huwa ggradwa fl-Institut d’études politiques de Paris (l-Istitut tal-Istudji Politiċi, Franza).

Ammess fl-avukatura tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fl-1987, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mill‑1987 sal-1999. Fl-istess ħin, huwa segwa karriera politika bħala segretarju tal-grupp parlamentari tal-Partit Kristjan Soċjali fil-Parlament Lussemburgiż mill-1983 sal-1994, u, mill-1987 sal-1999, bħala kunsillier komunali tal-belt ta’ Esch-sur-Alzette (il-Lussemburgu), li tagħha ġie nnominat skrivan mill-1997 sal-1999, ħaġa li wasslitu jiġi nnominat membru supplenti tad-delegazzjoni Lussemburgiża fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea bejn l-1994 u l-1999. Ġie elett deputat fil-Parlament Lussemburgiż għal mandat ta’ ħames snin fl-1994, u pparteċipa attivament fil-proċessi leġiżlattivi, b’mod partikolari billi assuma l-funzjonijiet ta’ relatur għal numru ta’ abbozzi ta’ liġi dwar atti tad-dritt tal-Unjoni.

Wara l-elezzjonijiet leġiżlattivi tal-1999, huwa ġie inkarigat mill-Gvern Lussemburgiż imexxi diversi ministeri: huwa ġie nnominat suċċessivament Ministru għax-Xogħol u għall-Impjiegi, Ministru għall-Kulti, Ministru għar-Relazzjonijiet mal-Parlament u Ministru Delegat għall-Komunikazzjonijiet mill-1999 sal‑2004, Ministru għax-Xogħol u għall-Impjiegi, Ministru għall-Kulti u Ministru għall-Kultura, għat-Tagħlim Ogħla u għar-Riċerka mill-2004 sal-2009, imbagħad Ministru għall-Ġustizzja, Ministru għas-Servizz Pubbliku u għar-Riforma Amministrattiva, Ministru għat-Tagħlim Ogħla u għar-Riċerka, Ministru għall‑Komunikazzjonijiet u għall-Media u Ministru għall-Kulti mill-2009 sal-2013.

Il-missjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-funzjonijiet ministerjali tiegħu huma riflessi wkoll fir-responsabbiltajiet meħuda fuq livell internazzjonali. B’hekk, fl-2005 huwa ppresjeda diversi laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-2005 u fl-2009, François Biltgen assuma l-funzjonijiet ta’ kopresident tal-Konferenza Ministerjali tal-Proċess ta’ Bologna u, mill-2012 sal-2013, tal-Konferenza Interministerjali tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

François Biltgen ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2013 u ilu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu hemm minn dakinhar.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue trimestrielle des droits de l'homme (il-Belġju)
  • Membru tal-Advisory Board tal-katedra Jean-Monnet “Eu Values & DIGitalization for our CommunNITY (DIGNITY)” tal-Management Center Innsbruck (l-Awstrija)
  • Membru supplenti tal-Kumitat Deontoloġiku tal-Kunsill tal-Istat tal-Lussemburgu (għall-perijodu li jmur minn Jannar 2021 sa Diċembru 2023)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Uffiċjal tal-Mertu tal-Lussemburgu (1999)
  • Uffiċjal Għoli tal-Ordni Gran-Dukali tal-Kuruna tal-Ballut (2004)
  • Uffiċjal Għoli tal-Ordni tal-Mertu Ċivili u Militari ta’ Adolphe ta’ Nassau (2004)
  • Salib Ewlieni tal-Ordni tat-Tifel Dom Henrique (2005)
  • Kmandant Salib Għoli, Ordni tal-Iljun tar-Repubblika tal-Finlandja (2009)
  • Ordni tal-Iljun tad-Deheb tad-Dar ta’ Nassau (2012)
  • Ordni tal-Ajkla l-Kbira tat-Tirol (2012)
  • Kmandant fl-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika tal-Ungerija (2012)
Manuel Campos Sánchez-Bordona
Manuel Campos Sánchez-Bordona
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1950 f’Zafra (Spanja), Manuel Campos Sánchez-Bordona ggradwa fid-dritt fl‑1972 fi tmiem l-istudji tiegħu fl-Universidad de Sevilla (l-Università ta’ Sevilla, Spanja) u fl-Universidad de Granada (l-Università ta’ Granada, Spanja). Huwa beda l-karriera legali tiegħu bħala Prosekutur Pubbliku mal-Audiencia Provincial de Palma de Mallorca (il-Qorti Provinċjali ta’ Palma de Mallorca, Spanja) u mal-Audiencia Provincial de Sevilla (il-Qorti Provinċjali ta’ Sevilla, Spanja) mill‑1977 sal‑1982.

Imbagħad kompla l-karriera tiegħu bħala mħallef mal-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi tat-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Canarias, Spanja), tal-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja) tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Andalucía, Spanja) u tat-Tribunal Superior de Justicia de Cantabria (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cantabria, Spanja). Mill‑1989 sal‑1994, huwa serva f’din il-qorti bħala President tal-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi.

Wara li okkupa pożizzjoni ta’ référendaire mal-Avukat Ġenerali Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mill‑1995 sal‑1999, huwa serva bħala mħallef fl-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) mill‑1999 sal‑2015.

Minbarra dawn il-funzjonijiet, M. Campos Sánchez-Bordona kien membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA-Ewropa) mill‑2006 sal‑2014.

Huwa nħatar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2015.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Junta Electoral Central (Spanja) mill 2012 sal 2015
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista de Derecho Comunitario Europeo
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista General de Derecho Europeo
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista Española de Derecho Europeo
Peter George Xuereb
Peter George Xuereb
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1954 f’Tas-Sliema (Malta), Peter George Xuereb beda l-istudji fl-Università ta' Malta u hemm kiseb, fl-1977, lawrea fid-dritt li kkompleta master fid-dritt miksub, fl-1979, fil-University of London (l-Università ta’ Londra, ir-Renju Unit). Fl-1982, ingħata t-titolu ta’ duttur fid-dritt mill‑University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit).

Il-karriera ta’ Peter George Xuereb bdiet bħala lettur fl-Ealing College of Higher Education (il-Kulleġġ ta’ Tagħlim Ogħla ta’ Ealing, ir-Renju Unit) mill-1982 sal-1984 u kompliet fil‑University of Exeter (l-Università ta’ Exeter, ir-Renju Unit) mill-1984 sal-1990, imbagħad fil‑University of London, Queen Mary u Westfield College mill-1990 sal-1993. Wara li ġie nnominat professur, huwa għallem id-dritt, bejn l-1993 u l-2016, fl-Università ta’ Malta, fejn kien ukoll responsabbli għad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew u tad-Dritt Ikkomparat. Huwa kien, fl-istess ħin, president taċ-Ċentru ta’ Dokumentazzjoni u ta’ Riċerka Ewropea ta’ din l-università. L-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet tawh l-opportunità jikteb numru ta’ pubblikazzjonijiet f’oqsma varji.

Ammess bħala avukat quddiem il-qrati superjuri ta’ Malta sa mill-1979, l-attivitajiet professjonali rdoppjaw, mill-1993 sal-2016, permezz ta’ prattika fis-settur privat, bħala kunsillier ġuridiku. Huwa wkoll f’din il-kwalità li, fil-kors tal-istess perijodu, Peter George Xuereb daħal, bħala konsulent, fis-Servizz tal-Parlament ta’ Malta. Mill-1995 sal-2016, huwa kkontribwixxa għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni bħala president tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dritt Ewropew.

Fit‑8 ta’ Ġunju 2016, Peter George Xuereb ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Mit‑8 ta’ Ottubru 2018, huwa jeżerċita dawn il-funzjonijiet fil-Qorti ta’ Ġustizzja.

Nuno José Cardoso da Silva Piçarra
Nuno José Cardoso da Silva Piçarra
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1957 f’Sintra (il-Portugall), Nuno Piçarra studja d-dritt fl-Universidade de Lisboa (l-Università ta’ Lisbona, il-Portugall); huwa ggradwa fl-1980 u minn hemm kiseb, fl-1986, master fid-dritt. Huwa, iktar tard, fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade Nova de Lisboa (l-Università Ġdida ta’ Lisbona, il-Portugall) li huwa ddedika ruħu għall-formulazzjoni ta’ teżi u kiseb, fl-2003, dottorat fid-dritt.

Fil-kuntest tal-karriera universitarja tiegħu, huwa l-ewwel kien assistent fid-dritt fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa bejn l-1981 u l-1986, imbagħad professur mistieden fl-institut d’études européennes de l’Universität des Saarlandes (l-Istitut ta’ Studji Ewopej tal-Università ta’ Saarland), mill-1987 sal-1996. Huwa okkupa l-pożizzjonijiet ta’ professur awżiljarju mill-2003 sal-2008 u ta’ professur assoċjat mill-2008 sal-2018 fl-Universidade Nova de Lisboa. Huwa barra minn hekk għallem bħala professur fl-Universidad Pontificia Comillas (l-Università Pontifiċja ta’ Comillas, Spanja) mill-2014 sal-2018. L-impenn tiegħu fir-riċerka xjentifika huwa rifless f’pubblikazzjonijiet numerużi li tagħhom huwa l-kittieb fil-qasam tad-dritt kostituzzjonali u fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwarda b’mod partikolari ż-żona ta’ libertà, is-sigurta u l-ġustizzja, il-moviment liberu tal-persuni u d-dritt istituzzjonali.

Fl-1986 Nuno Piçarra daħal għall-ewwel darba fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ ġurista lingwista sal-1987, imbagħad ta’ ġurista reviżur mill-1987 sal-1990. Huwa sar référendaire fl-1990 bħala parti mill-Qorti tal-Prim Istanza fl-uffiċċju tal-President José Luís da Cruz Vilaça, li miegħu kkollabora sal-1995, qabel ma ngħaqad mal-uffiċċju tal-Imħallef Rui Manuel Gens de Moura Ramos sal-1996.

Mill-1996 sal-1999, il-gvern ta’ pajjiżu fdalu l-funzjonijiet ta’ koordinatur nazzjonali għall-kwistjonijiet tal-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll dawk ta’ membru tal-Kumitat K4 tal-Kunsill u tal-Grupp Ċentrali tal-Istruttura ta’ Konċertazzjoni Permanenti tal-Ftehim ta’ Schengen.

Huwa ġie nnominat membru Portugiż tan-network FreSsco ta’ esperti indipendenti fl-oqsma tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u membru tan-network akkademiku Odysseus tal-istudji ġuridiċi dwar l-immigrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa, mill-2004 sal-2018. Huwa poġġa wkoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fi Vjenna (l-Awstrija) mill-2015 sal-2018.

Nuno Piçarra ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2018, kariga li jeżerċita minn dakinhar.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Koorganizzatur u relatur ġenerali tat-XXVIII Kungress FIDE li nżamm f’Estoril (il-Portugall) mit 23 sas 26 ta’ Mejju 2018
Lucia Serena Rossi
Lucia Serena Rossi
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1958 f’Bologna (l-Italja), Lucia Serena Rossi studjat fl-Università di Bologna (l-Università ta’ Bologna, l-Italja) u fl‑1982 kisbet diploma fid-dritt u fl‑1989 dottorat fid-dritt Ewropew.

Minbarra x-xogħol tat-teżi tagħha, hija ġiet irreklutata bħala riċerkatriċi legali mill‑1982 sal‑1987 fl-istitut ta’ riċerka Taljan. Fl‑1985, hija ġiet ammessa bħala avukat fl-Italja.

L. S. Rossi okkupat, mill‑1991 sal‑1994, il-kariga ta’ assistent professoressa fid-dritt internazzjonali mal-Università degli Studi di Urbino (l-Università ta’ Urbino, l-Italja) u, mill‑1994 sal‑1997, dik ta’ professoressa assoċjata tad-dritt internazzjonali. Ikkollokata mal-Università di Bologna, hija għallmet id-dritt internazzjonali u Ewropew hemmhekk bħala professoressa assoċjata mill‑1997 sal‑2000. Maħtura professoressa tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ilha tgħallem hemmhekk kors f’dan il-qasam mis-sena 2000, filwaqt li tgħallem ukoll id-dritt internazzjonali pubbliku u d-dritt internazzjonali privat.

Hija tikkontribwixxi għat-tixrid tad-dritt tal-Unjoni f’bosta universitajiet oħra: hija professoressa mistiedna fl-université Robert-Schuman fi Strasbourg (l-Università Robert-Schuman, Franza) mill‑2000 sal‑2008, fl-université Nice Sophia-Antipolis (l-Università ta’ Nice Sophia-Antipolis, Franza) fl‑2004, fl-université Paris 1 Panthéon-Sorbonne (l-Università Pariġi 1 Panthéon-Sorbonne, Franza) fl‑2008, fil-Boston University (l-Università ta’ Boston, l-Istati Uniti) fl‑2014 u fil-King’s College London (il-King’s College ta’ Londra, ir-Renju Unit) mill‑2005 sal‑2015. Bħala lettriċi mistiedna, hija żaret ukoll it-Tōkyō daigaku (l-Università ta’ Tokjo, il-Ġappun) u l-Universiteit Gent (l-Università ta’ Gent, il-Belġju) fl‑2004, kif ukoll il-University of Denver (l-Università ta’ Denver, l-Istati Uniti) fl‑2002 u fl‑2009. Hija wkoll l-awtriċi ta’ bosta xogħlijiet.

Mill‑1998 sal‑2018, L. S. Rossi okkupat ukoll il-kariga ta’ direttriċi taċ-Ċentru Internazzjonali għar-Riċerka dwar id-Dritt Ewropew fl-Università di Bologna. Wara li okkupat, mill‑2009 sal‑2010, il-kariga ta’ Viċi President tas-Soċjetà Taljana tad-Dritt Internazzjonali u tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea, mill‑2011 sal‑2013, hija għamlet parti mill-Kumitat ta’ Tmexxija Konġunt tal-Iskola Ċiniża u Ewropea tad-Dritt (l-Università Ċiniża tax-Xjenzi Politiċi u tad-Dritt, iċ-Ċina). Mill‑2014 sal‑2018, hija ngħaqdet mal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Académie de droit européen (l-Akkademja tad-Dritt Ewropew) (ERA) sabiex tirrappreżenta lill-Gvern Taljan li ħatarha, mill‑2014 sal‑2017, bħala konsulent legali għad-Dipartiment tal-Politika Ewropea tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri Taljan.

Awtriċi u koawtriċi ta’ numru ta’ xogħlijiet legali, L. S. Rossi hija wkoll lettriċi fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) u fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu) mill‑2019.

L. S. Rossi nħatret Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2018 u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tas-Società Italiana di Diritto Internazionale e Diritto dell'Unione Europea (SIDI), tal-Associazione Italiana degli Studiosi di Diritto dell’Unione Europea (AISDUE), tal-European Law Institute (ELI), tal-Institut des Affaires Internationales (IAI), tal-European Union Study Association (EUSA) u tal-Académie des sciences de l’université de Bologne
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv taċ-Ċentru tad-dritt Ewropew fil-Fakultà tal-Liġi tal-King’s College London
  •  Membru tal-Kumitat Xjentifiku, tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew tal-Kumitat Editorjali ta’: “Il Foro Italiano”, “Il Diritto dell'Unione europea”, “Studi sull'Integrazione europea”, “Diritto comunitario e degli scambi internazionali”, “Freedom Security and Justice: European Legal Studies”, “Papers di diritto europeo”, “La Cittadinanza europea online”, “Bologna Law Review” u “European Foreign Affairs Review” (2018-2021)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Katedra Jean Monnet ad personam, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea (2010-2017)
Giovanni Pitruzzella
Giovanni Pitruzzella
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1959 f’Palermo (l-Italja), Giovanni Pitruzzella ggradwa fid-dritt mill-Università degli Studi di Palermo (l-Università ta’ Palermo, l-Italja) fl-1982. Huwa fi ħdan din l-università li l-attivitajiet tiegħu ta’ riċerkatur wassluh jgħallem hemm id-dritt kostituzzjonali, mill-1983 sal-1986. Huwa wara assuma l‑inkarigu tat-tagħlim tad-dritt kostituzzjonali fl-Università degli Studi di Cagliari (l-Università ta’ Cagliari, l-Italja), fejn għallem kors ta’ dritt pubbliku mill-1986 sal-1997, imbagħad fl-Università degli Studi di Palermo (l-Università ta’ Palermo, l-Italja). Mill-2014 sal-2017, huwa għallem fil-qasam tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt tal-kompetizzjoni fil-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudji Soċjali Guido Carli, l-Italja). Huwa awtur ta’ numru ta’ kotba fuq id-dritt pubbliku, fuq id-dritt kostituzzjonali, fuq id-dritt amministrattiv u fuq id-dritt tal-kompetizzjoni.

Giovanni Pitruzzella barra minn hekk żvolġa diversi missjonijiet, matul il-karriera tiegħu, favur istituzzjonijiet pubbliċi. Mill-1993 sal-1996, huwa okkupa l-inkarigu ta’ kunsillier ġuridiku tal-Gvern Taljan, imbagħad dak ta’ president tal-kummissjoni għall-applikazzjoni tal-istatut speċjali tar-Reġjun ta’ Sicilia, mill-1998 sal-2002.

Huwa ġie nnominat membru tal-Commissione di garanzia del diritto di sciopero nei servizi pubblici essenziali (il-Kummissjoni ta’ Garanzija tad-Dritt għall-Azzjoni Industrijali fis-Servizzi Pubbliċi Essenzjali, l‑Italja) fl-2006, u sar president tagħha mill-2009 sal-2011. Fl-istess waqt, huwa okkupa, mill-2008 sal‑2018, il-pożizzjoni ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għas-Saħħa Taljan. Bejn l-2011 u l-2018, huwa ġie nnominat president tal-Autorità garante della concorrenza e del mercato italiana (l-Awtorità Taljana Garanti tal-Kompetizzjoni u tas-Suq).

F’April 2013, Giovanni Pitruzzella ġie nnominat membru tal-Kummissjoni għar-Riformi Istituzzjonali fil-Qasam Ekonomiku-Soċjali. F’Ġunju tal-istess sena, issejjaħ jingħaqad, bħala espert, mal-Kummissjoni għar-Riformi Kostituzzjonali.

Fit‑8 ta’ Ottubru 2018, Giovanni Pitruzzella ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tar-Rivista “Le Regioni”
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tar-Rivista di diritto costituzionale
  • Assoċjat onorarju tal-Associazione Antitrust Italiana
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Ius Fiscale Europaeum (IFE)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Rivista “Federalismi”
Priit Pikamäe
Priit Pikamäe
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1973 f’Tallinn (l-Estonja), Priit Pikamäe kiseb il-lawrea fid-dritt fit-Tartu Ülikool (l-Università ta’ Tartu, l-Estonja) fl-1997 u kompla l-istudji tiegħu fid-dritt fl-université de Poitiers (l-Università ta’ Poitiers, Franza). Fl-2006, sar duttur fid-dritt mit-Tartu Ülikool.

Huwa eżerċita l-ewwel funzjonijiet professjonali tiegħu bħala direttur tas-seba’ uffiċċju tad-Dipartiment Konsolari tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Estonjan, mill-1995 sal-1996. Huwa mbagħad ġie nnominat direttur tad-Dipartiment tad-Dritt Kriminali fil-Ministeru għall-Ġustizzja Estonjan, pożizzjoni li okkupa mill-1996 sal-2001.

L-esperjenza prattika li żviluppa dehret ukoll fl-ordinament ġuridiku u wasslitu jwettaq il-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Maakohtu Tallinna kohtumaja (il-Qorti ta’ Tallinn, l-Estonja) mill-2001 sal-2002, fit‑Tallinna Ringkonnakohtus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn, l-Estonja) mill-2002 sal-2006, kif ukoll fir‑Riigikohus (il-Qorti Suprema, l-Estonja) mill-2006 sal-2009. Huwa eżerċita, mill-2010 sal-2013, il-funzjonijiet ta’ president tal-awla kriminali. Bejn l-2013 u l-2019, ġie nnominat president tar‑Riigikohus mill-Parlament Estonjan. Barra minn hekk, ġie nnominat imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Strasbourg, Franza) mill-2010 sal-2016.

Fl-istess ħin tal-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, huwa okkupa l-pożizzjoni ta’ president tal-Kohtute Haldamise Nõukoda (il-Kunsill Inkarigat mill-Amministrazzjoni tal-Qrati u tal-Qrati tal-Appell, l-Estonja) mill-2013 sal-2019, imbagħad dik ta’ president tan-network tal-presidenti tal-qrati supremi tal-Unjoni Ewropea mill-2017 sal-2019.

Huwa għallem korsijiet tad-dritt, bħala professur mistieden, fit-Tartu Ülikool mill-2012 sal-2017. Huwa b’mod partikolari f’dan il-kuntest li ppubblika numru ta’ artikli dwar l-istudju tad-dritt kriminali.

Priit Pikamäe ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑6 ta’ Frar 2019, u minn dakinhar jeżerċita hemm il-funzjonijiet tiegħu.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kunsill Akkademiku tal-Fakultà tal-Liġi tat-Tartu Ülikool
  • Membru fundatur tal-Assoċjazzjoni Estonjana għall-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Unjoni Ewropea
  • Membru tal-Kunsill tal-Fondi tad-Dritt Kostituzzjonali fl-Akkademja tax-Xjenzi tal-Estonja
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Akkademika tad-Dritt tal-Estonja
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Riigivapi III klassi teenetemärk (2019)
Andreas Kumin
Andreas Kumin
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1965 fi Graz (l-Awstrija), Andreas Kumin wettaq l-istudji tiegħu fil-Karl-Franzens-Universität Graz (l-Università Karl-Franzens ta’ Graz, l-Awstrija) u hemm kiseb wieħed wara l-ieħor lawrea fl-1987 u dottorat fid-dritt fl-1990. Din l-istess università assenjatlu diploma tal-ewwel grad fix-xjenzi tat-traduzzjoni fl-1988. Fil-kors tal-formazzjoni tiegħu bħala uffiċjal għażel, fl-1991, lil Franza biex ikompli l-istudji tiegħu fi ħdan l-École nationale d’administration (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, ENA, Franza), li minnha ggradwa fil-kors “Studji internazzjonali approfonditi ta’ amministrazzjoni pubblika” fl-1992.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fl-1990 u kompliha sal-1994, l-ewwel fid-Dipartiment Ġuridiku, imbagħad fid-Direttorat Ġenerali tal-Politika tal-Integrazzjoni Ekonomika u Ewropea. Mill-1994 sal-2000, huwa kellu l-pożizzjoni ta’ kunsillier fil-missjoni permanenti tal-Awstrija għall-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-istituzzjonijiet speċjalizzati f’Genève (l-Isvizzera). Mill-2000 sal-2019, huwa kompla jaqdi d-dmirijiet tiegħu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, l-ewwel bħala kap tad-diviżjoni “Kwistjonijiet ġuridiċi tal-ewwel pilastru tal-Unjoni Ewropea”, u wara, mill-2005 sal-2019, bħala kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew.

Ir-redazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet numerużi fuq id-dritt tal-Unjoni mlew il-karriera universitarja mibdija fl-2007 bħala kap tal-korsijiet fl-Istitut tad-Dritt Ewropew u Internazzjonali tal-Leopold-Franzens-Universität Innsbruck (l-Università Leopold-Franzens ta’ Innsbruck, l-Awstrija), b’mod partikolari bħala kap tal-konferenzi, mill-2012 sal-2018, fid-Diplomatische Akademie Wien (l-Iskola tal-Istudji Għolja Internazzjonali ta’ Vjenna, l-Awstrija) u, mill-2014, bħala kodirettur ta’ diversi seminars fil-Wirtschaftsuniversität Wien (l-Università tal-Ekonomija ta’ Vjenna, l-Awstrija). Fl-aħħar nett, ingħata kuntratt, għall-perijodu mill-2014 sal-2019, ta’ professur fl-Istitut tad-Dritt Ewropew tal-Karl-Franzens-Universität Graz, li bih kompla jgħallem bħala professur onorarju fl-2020.

Andreas Kumin ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑20 ta’ Marzu 2019, pożizzjoni li jokkupa minn dak iż-żmien.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Parteċipazzjoni regolari, fuq stedina tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, fis-sessjonijiet tal-“Beirat für Europarecht” (il-Kunsill Informali Konsultattiv fuq id-Dritt Ewropew)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Professur onorarju tad-dritt Ewropew tal-Karl-Franzens-Universität, Graz (2020)
Nils Wahl
Nils Wahl
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1961 fi Stokkolma (l-Isvezja), Nils Wahl kiseb fl-iStockholms Universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja) it-titolu ta’ Juris kandidat (LL.M.) fl-1987 u dottorat fid-dritt fl-1995. Minn din id-data, huwa beda karriera prinċipalment universitarja li fil-kuntest tagħha sar professur assoċjat (għalliem) u titolari tal-katedra Jean-Monnet fid-dritt Ewropew imbagħad, fl-2001, professur tad-dritt Ewropew fl-iStockholms Universitet.

Mill-1993 sal-2004, Nils Wahl assuma l-funzjonijiet ta’ direttur ġenerali ta’ fondazzjoni li topera fil-qasam tat-taħriġ. Mill-2001 sal-2006, huwa barra minn hekk ippresjeda l-assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (in-Network għar-riċerka fid-dritt Komunitarju) u sar membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (il-Kunsill tad-Dritt tal-Kompetizzjoni, l-Isvezja).

Fl-2006, Nils Wahl ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Huwa eżerċita hemm sal‑2012 u wara ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala Avukat Ġenerali, pożizzjoni li okkupa għal seba’ snin. Mill-2019, huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Jean Richard de la Tour
Jean Richard de la Tour
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1959 f’Le Dorat (Franza), Jean Richard de la Tour kiseb master fid-dritt fl-université Paris II (l-Università ta’ Pariġi II, Franza) fl‑1982 qabel beda taħriġ bħala maġistrat fl-École nationale de la magistrature (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, Bordeaux, Franza), mill‑1984 sal‑1986.

Maħtur imħallef fl‑1986, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fit-tribunal d’instance de Limoges (il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Limoges, Franza), fejn serva sal‑1988, qabel ma okkupa, mill‑1988 sal‑1996, kariga ta’ maġistrat fl-amministrazzjoni ċentrali tal-Ministeru għall-Ġustizzja Franċiża fid-Direttorat għall-Affarijiet Ċivili u għall-Ġustizzja. Bejn l‑1996 u l‑2004, huwa kien konsulent référendaire fil-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Pariġi, Franza).

J. Richard de la Tour imbagħad qatta’ parti mill-karriera tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li ngħaqad miegħu fl‑2004 sabiex jeżerċita, sal‑2006, il-funzjonijiet ta’ qarrej tas-sentenzi. Mill‑2006 sal‑2012, huwa serva bħala référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja mal-Imħallef Pernilla Lindh, u mbagħad mal-Imħallef Carl Gustav Fernlund.

Fl‑2012, huwa rritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Avukat Ġenerali fl-Awla Soċjali tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni). Huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet hemmhekk waqt li fl-istess ħin eżerċita l-funzjonijiet ta’ chargé de mission mal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali fil-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), sal‑2017. Imbagħad inħatar bħala l-Avukat Ġenerali Ewlieni fl-Awla Kummerċjali, Finanzjarja u Ekonomika tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), pożizzjoni li okkupa mill‑2017 sal‑2020.

Bejn l‑1998 u l‑2002, minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, huwa sar membru tal-Kumitat għar-Rapport u għall-Istudji tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) u tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kundanni Kriminali tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) mill‑1999 sal‑2004. Mill‑2016 sal‑2020, huwa kien President tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Institut national des formations notariales (l-Istitut Nazzjonali tat-Taħriġ Nutarili, Franza).

J. Richard de la Tour huwa Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit‑23 ta’ Marzu 2020.

Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Ordre de la Légion d’honneur (2016)
Athanasios Rantos
Athanasios Rantos
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1953 f’Ateni (il-Greċja), Athanasios Rantos kiseb, fl-1976, lawrea fid-dritt mill‑Panepistimio Athinon (l-Università ta’ Ateni, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu, fl-1990, b’master ta’ speċjalizzazzjoni fid-dritt Ewropew fl-Université libre de Bruxelles (l-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju). Fl-1992, huwa sar “Fellow” fl-Institut international des droits de l’homme (l-Istitut Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Genève (l-Isvizzera) u Strasbourg (Franza)).

Fl-1978, huwa eżerċita għal sena l-professjoni ta’ avukat fl-avukatura ta’ Ateni, qabel ma ngħaqad mas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja): bejn l-1979 u l-2020, hemmhekk okkupa suċċessivament il-funzjonijiet ta’ awditur, ta’ reġistratur tar-rikorsi mbagħad ta’ kunsillier, u wara laħaq viċi president u president. Mill-2000 sal-2020, huwa kien membru tal-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) u, mill-2011 sal-2020, president tal-Eidiko Dikastirio Agogon Kakodikias (il-Qorti Speċjali ta’ Kawżi Kontra Membri tal-Ġudikatura, il-Greċja). Mill-1996 sal‑2020, huwa kien parti, bħala membru mbagħad president, tal-Anotato Symvoulio Dioikitikis Dikaiosynis (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura Amministrattiva, il-Greċja). Mill-2011 sal-2020, huwa ddedika ruħu barra minn hekk għall-funzjonijiet ta’ president tal-Peitharchiko Symvoulio Melon Didaktikou Ereunitikou Prosopikou ton Anotaton Ekpaideutikon Idrymaton (il-Kunsill Dixxiplinari tal-Għalliema fl-Istabbilimenti ta’ Tagħlim Superjuri, il-Greċja).

Fix-xifer tal-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, Athanasios Rantos ġie inkarigat minn numerużi missjonijiet bħala president ta’ diversi kumitati ta’ elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ liġijiet. Huwa kien membru tal-Κentriki Nomoparaskeuastiki Epitropi (il-Kumitat Ċentrali ta’ Elaborazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġijiet, il-Greċja). L-inklinazzjoni tiegħu lejn it-tagħlim wasslitu barra minn hekk jagħti korsijiet tad-dritt Ewropew u tad-dritt amministrattiv fl-Ethniki Scholi Dimosias Dioikisis (il-Kulleġġ Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, il-Greċja) mill-1990 sal-1994 imma wkoll, mill-1995 sal-2016, fl-Ethniki Scholi Dikastikon Leitourgon (il-Kulleġġ Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Greċja). Ir-riflessjonijiet tiegħu fuq diversi temi ġuridiċi wasslu għal numru ta’ xogħlijiet ta’ riċerka, li minnhom il-parti l-kbira ġiet ippubblikata.

Athanasios Rantos ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Settembru 2020, liema funzjonijiet ilu jaqdi minn dakinhar.

Dimitrios Gratsias
Dimitrios Gratsias
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1957 f’Ateni (il-Greċja), Dimitrios Gratsias kiseb master fid-dritt mill-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u Kapodistrijana ta’ Ateni, il-Greċja) fl-1980, kif ukoll diploma ta’ studji fil-fond (DEA) fid-dritt pubbliku fl-université de Paris I, Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I, Panthéon-Sorbonne, Franza) fl-1981. Is-sena ta’ wara, is-Centre universitaire d'études communautaires et européennes, Université Paris I (iċ-Ċentru Universitarju ta’ Studji Komunitarji u Ewropej, Università ta’ Pariġi I, Franza) tah ċertifikat ta’ studji fid-dritt Komunitarju.

Fl-1985, Dimitrios Gratsias beda l-karriera professjonali tiegħu fis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja), fejn ħa l-kariga ta’ awditur sal-1992. Huwa wara ġie nnominat, fl-1992, reġistratur tar-rikorsi, u wara kunsillier tal-istat, fl-2005. Fl-istess waqt, huwa ġie nnominat, membru assoċjat tal-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) għal sentejn (1998-1999), u eżerċita, fl-2006, fl-Eidiko Dikastirio Agogon Kakodikias (il-Qorti Speċjali tal-Kawżi Kontra l-Membri tal-Ġudikatura, il-Greċja). Fl-2008, huwa eżerċita, bħala membru, fl-Anotato Dikastiko Symvoulio Dioikitikis Dikaiosinis (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura Amministrattiva, il-Greċja). Matul is-sena ġudizzjarja 2009-2010, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ spettur tal-qrati amministrattivi.

Bejn l-1994 u l-1996, Dimitrios Gratsias ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Georges Cosmas.

Dimitrios Gratsias kien Imħallef fil-Qorti Ġenerali bejn il‑25 ta’ Ottubru 2010 u s‑6 ta’ Ottubru 2021 u kellu l-inkarigu ta’ president ta’ awla għal matul żewġ mandati suċċessivi, mit‑18 ta’ Settembru 2013 sat‑30 ta’ Settembru 2019. Huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Elliniki Enosi Evropaikou Dikaiou
Maria Lourdes Arastey Sahún
Maria Lourdes Arastey Sahún
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1959 f’Tarragona (Spanja),Maria Lourdes Arastey Sahún studjat fl-Universitat de Barcelona (l-Università ta’ Barcelona, Spanja) u minn hemm kisbet lawrea fid-dritt fl-1983 qabel ma segwiet, mill-1984 sal-1985, formazzjoni professjonali ta’ ġudikant fi ħdan l-Escuela Judicial (l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, Spanja).

Hija ġiet innominata maġistrat fil-Juzgado de Distrito de Sant Feliu de Llobregat (il-Qorti Distrettwali ta’ Sant Feliu de Llobregat, Spanja) u fil-Juzgado de Distrito de Barcelona (il-Qorti Distrettwali ta’ Barcelona, Spanja) mill-1985 sal-1989. Fl-1989, ġiet assenjata għal sena lill-Juzgado de lo Social nº 7 de Barcelona (il-Qorti tax-xogħol u tas-Sigurtà Soċjali Nru 7 ta’ Barcelona, Spanja) u wara ngħaqdet mal-Awla Soċjali tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Catalunya, Spanja), li fiha baqgħet sal-2009. Hija ġiet innominata għat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) bħala mħallef mill-2009. Mill-2013 sal-2021, hija wkoll imħallef fit-Tribunal Amministrattiv tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta’ Fuq (NATO) (Brussell, il-Belġju).

Flimkien mal-karriera ġudizzjarja, Maria Lourdes Arastey Sahún iddedikat ruħha wkoll għall-attivitajiet ta’ tagħlim. Mill-1998 sal-2008, hija okkupat il-pożizzjoni ta’ professur assoċjat fid-dritt tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali fl-Universitat de Barcelona. Hija wkoll lettriċi fi ħdan iċ-ċentri nazzjonali tal-istudji ġudizzjarji, b’mod partikolari fi Spanja (regolarment), fil-Bulgarija (2008) u fir-Rumanija (2008), kif ukoll fl-Iskola Juan Carlos I tal-Amerika Ċentrali u tal-Karajbi (2006). Maria Lourdes Arastey Sahún tat numru ta’ konferenzi u pparteċipat f’seminars f’numru ta’ universitajiet. Hija fl-aħħar nett kienet parti minn diversi korpi li joperaw b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni, tat-taħriġ u tal-eżami tal-kompetenzi tal-imħallfin kif ukoll ta’ modi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti.

Maria Lourdes Arastey Sahún ġiet innominata Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tar-raggruppament Ewropew tal-Ġudikanti għall-Medjazzjoni (GEMME), ex presidenta tat-taqsima Spanjola u ex viċi presidenta tal-Kumitat Eżekuttiv tiegħu
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Assoċjazzjoni ta’ Ħbiberija Franko-Spanjola “MUJERES AVENIR”.
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Asociación Española para el Estudio del Derecho Europeo (AEDEUR)
  • Membru tal-Asociación Española de Salud y Seguridad Social (AESSS)
  • Membru tal-Istitut tad-Dritt Ewropew (ELI), li integra l-Kumitati Xjentifiċi tal-laqgħat annwali fuq il-ġurisprudenza Ewropea mal-“iSpanish Hub” (2018, 2019, 2020 u 2021)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Women in a Legal World
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Femeris Journal of Gender Studies (Universidad Carlos III ta’ Madrid)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revista Foro de Seguridad Social
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-Rivista Derecho Social y Empresa
Anthony Michael Collins
Anthony Michael Collins
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1960 fi New Haven (l-Istati Uniti), Anthony Michael Collins kiseb lawrea fix-xjenzi ġuridiċi fit-Trinity College Dublin (il-Kulleġġ Trinity ta’ Dublin, l-Irlanda) fl-1984 u kiseb id-diploma ta’ Barrister-at-law fl-Honourable Society of King’s Inns (Dublin) fl-1986.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-avukatura tal-Irlanda bħala Barrister-at-law, mill-1986 sal-1990 u mill-1997 sal-2003 u, bħala Senior Counsel, mill-2003 sal-2013. Huwa waqqaf provviżorjament l-attività tiegħu ta’ Barrister-at-law bejn l-1990 u l-1997 biex jingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire mal-Imħallfin Thomas Francis O’Higgins (mill-1990 sal-1991) u John L. Murray (mill-1991 sal-1997). Huwa ġie nnominat membru tad-delegazzjoni permanenti tal-Kunsill tal-Avukaturi Ewropej (CCBE) fil-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles tal-Qorti tal-Ġustizzja (AELE) bejn l-2006 u l-2013. Mill-2015, huwa okkupa barra minn hekk il-pożizzjoni ta’ professur assoċjat fid-dritt tal-Unjoni fil-University College Cork (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Cork, l-Irlanda). Huwa awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kitbiet fuq id-dritt amministrattiv Irlandiż u d-dritt tal-Unjoni.

Anthony Michael Collins ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑16 ta’ Settembru 2013 u f’din il-pożizzjoni eżerċita, matul żewġ mandati li ngħataw lilu, il-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mill‑21 ta’ Settembru 2016.

Mis‑7 ta’ Ottubru 2021, huwa Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Irish Centre for European Law
  • Bencher tal-Honourable Society of King’s Inns
Miroslav Gavalec
Miroslav Gavalec
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1961 fi Zlín (iċ-Ċekoslovakkja), Miroslav Gavalec l-ewwel kiseb lawrea ta’ inġinier mekkaniku fl-oqsma tal-magni termiċi u tat-tagħmir nukleari fiċ-České vysoké učení technické v Praze (l-Università Politeknika ta’ Praga, iċ-Ċekoslovakkja), u eżerċita diversi funzjonijiet fis-settur nukleari mill-1986 sal-1991.

L-interess tiegħu għax-xjenzi soċjali wassluh isegwi, mill-1990 sal-1995, studji fid-dritt fl‑Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is-Slovakkja), imnejn kiseb, fl-1995, master fid-dritt, sussegwentement it-titolu ta’ duttur fid-dritt (PhD) fl‑2010.

Fl-2001, ġie nnominat imħallef għall-affarijiet kummerċjali u familjari u mħallef għall-kontenzjuż amministrattiv fl-Okresný súd Bratislava III (il-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava III, is-Slovakkja). Huwa ħadem hemm sal-2005, sena li fiha ngħaqad man-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka), li fiha ħadem bħala mħallef tat-taqsima amministrattiva u, mill-2009, bħala president tal-ewwel awla tat-taqsima amministrattiva.

Flimkien mal-karriera ġudizzjarja, Miroslav Gavalec iddedika ruħu wkoll għall-attivitajiet ta’ tagħlim. Bejn l-2005 u l-2011, huwa kien responsabbli għall-korsijiet fl-Istitut tax-Xjenzi Ekonomiċi u għall-Amministrazzjoni tal-Paneurópska vysoká škola (il-Kulleġġ Ogħla Panewropew, is-Slovakkja). Mill‑2006 sal-2014, huwa kien lettur fl-Istituti tad-Dritt Amministrattiv u tad-Dritt Privat tal-Paneurópska vysoká škola.

Miroslav Gavalec kien barra minn hekk membru tal-Forum tal-Imħallfin tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent mill-2005 sal-2020, u kien parti, mill-2006 sal-2015, mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin Amministrattivi.

Miroslav Gavalec ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Nicholas Emiliou
Nicholas Emiliou
Avukat Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwieled f’Famagusta (Ċipru), Nicholas Emiliou studja fl-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u Kapodistrijana ta’ Ateni, il-Greċja) fejn kiseb lawrea fid-dritt fl‑1986. Kompla l-istudji tiegħu fil-London School of Economics and Political Science (l-Iskola tal-Ekonomija u Xjenza Politika ta’ Londra, ir-Renju Unit) u hemm kiseb master fid-dritt Ewropew fl-1987. Fl-1991, huwa laħaq duttur fid-dritt mill-University College London (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Londra, ir-Renju Unit).

Huwa f’din l-università li beda l-karriera universitarja tiegħu bħala riċerkatur supplimentari, mill-1988 sal-1991. Wara kien lettur tad-dritt Ewropew fil-University of Southampton (l‑Università ta’ Southampton, ir-Renju Unit) mill-1991 sal-1993, imbagħad fil-Queen Mary and Westfield College, University of London (il-Kulleġġ Queen Mary u Westfield, l-Università ta’ Londra, ir‑Renju Unit), mill-1993 sal-1994. Bejn l-1995 u l-1997, huwa kien it-titolari tal-katedra Jean Monnet tal-integrazzjoni Ewropea fil-University of Durham (l-Università ta’ Durham, ir-Renju Unit). Mill-1994 sal-1997, fl-istess żmien ta’ dawn l-attivitajiet, Nicholas Emiliou kien id-direttur onorarju tar-riċerka (Honorary Senior Research Fellow) tal-University College London u kunsillier speċjali tal-Ministru Għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru.

Bejn l-1997 u l-1998, huwa kien ministru plenipotenzjarju fid-Dipartiment tal-Unjoni Ewropea tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, sussegwentement, mill-1998 sal-1999, delegat permanenti supplimentari tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea.

Mill-1999 sal-2002, Nicholas Emiliou kien ambaxxatur plenipotenzjarju u straordinarju tar-Repubblika ta’ Ċipru fl-Irlanda.

Bejn l-2002 u l-2004, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Kunsill tal-Ewropa u rappreżentant tal-Gvern ta’ Ċipru fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-2004, ġie nnominat rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal-2008.

Nicholas Emiliou ġie nnominat segretarju permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, liema kariga okkupa sal-2012.

Bejn l-2012 u l-2017, huwa sar rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, qabel ma ssejjaħ jaqdi l-funzjonijiet ta’ rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea, mill-2017 sal-2021. Huwa poġġa wkoll fil-Grupp ta’ Arbitri tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ f’Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) mill-1995 sal-2016.

Nicholas Emiliou ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Organizzazzjoni Ewropea tad-Dritt Pubbliku (EPLO)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali (fergħa Ċiprijotta)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier Kmandant bi stilla, Ordni ta’ San Girgor il-Kbir, il-Vatikan (2010)
Zoltán Csehi
Zoltán Csehi
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1965 f’Budapest (l-Ungerija), Zoltán Csehi kiseb il-lawrea fid-dritt fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem (l-Università ta’ Loránd Eötvös, l-Ungerija) fl-1990 u diploma ta’ Master of Laws fir‑Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg (l-Università Ruprecht Karl ta’ Heidelberg, il-Ġermanja) fl‑1991. Huwa segwa l-istudji dottorali fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem, u sostna teżi dottorali fl-2004. Huwa wkoll lawreat fl-istorja tal-arti mill-Università ta’ Eötvös Loránd Tudományegyetem fl-1992.

Wara li ġie ammess fl-avukatura ta’ Budapest, huwa beda karriera ta’ avukat fl-Ungerija bejn l-1995 u l‑2016. Fl-istess ħin tal-karriera ta’ avukat tiegħu, huwa ġie nnominat arbitru fil-Pénz és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság (il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tas-Swieq Finanzjarji u tas-Swieq ta’ Kapitali, l‑Ungerija) u arbitru ad hoc, mill-2004 sal-2016.

Zoltán Csehi barra minn hekk iddedika ruħu għat-tagħlim tad-dritt bħala professur assoċjat, mill‑1991 sal-2005, imbagħad bħala professur, mill-2005 sal-2016, fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem. Huwa għallem ukoll fi ħdan il-Pázmány Péter Katolikus Egyetem (l-Università Kattolika Péter Pázmány, l‑Ungerija), bħala kap tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali mill-2007 sal-2013, u bħala professur mill‑2013. Hemmhekk assuma l-funzjonijiet ta’ kap tad-Dipartiment tad-Dritt Privat u Kummerċjali mill‑2013 sal-2016, u ta’ professur tar-riċerka fid-dritt privat u kummerċjali mill-2017, kif ukoll ta’ kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ċivili mill-2018. Mill-2013, huwa kien professur mistieden fl-Università Kattolika ta’ Lyon (Franza).

Zoltán Csehi ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016 fejn eżerċita dawn il-funzjonijiet għal ħames snin qabel ma’ ġie maħtur f’din il-funzjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Editur tal-Magyar Kereskedelmi Jogi Évkönyv
  • Koeditur tal-perjodiku Polgári Jog
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Alapítvány Az Új Polgári Törvénykönyvért
  • Membru tal-Magyar Tudományos Akadémia Köztestülete
  • Membru tal-Gesellschaft für Rechtsvergleichung e.V.
  • Membre de la Magyar-Német Jogász Egyesület
Octavia Spineanu-Matei
Octavia Spineanu-Matei
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1967 f’Vălenii de Munte (ir-Rumanija), Octavia Spineanu-Matei kisbet il-lawrea fid-dritt mill‑Universitatea Alexandru Ioan Cuza din Iași (l-Università Alexandru Ioan Cuza, ir-Rumanija) (diploma ta’ mertu) fl-1990 u dottorat fid-dritt mill-Academia de Poliție “Alexandru Ioan Cuza” (l-Akkademja tal-Pulizija “Alexandru Ioan Cuza”, ir-Rumanija) fl-1999.

Fl-1991, hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala mħallef fil-Judecătoria sectorului 4 București (il‑Qorti tal-Ewwel Istanza tar-Raba’ Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija) fejn eżerċitat il-funzjonijiet sal-1996. Mill-1996 sal-1999, hija serviet fil-kwalità ta’ mħallef fit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Kontea ta’ Bukarest, ir-Rumanija), li tagħha kienet il-president tal-awla ċivili bejn l-1997 u l-1999. Wara li ngħaqdet mal-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) bħala mħallef mill-1999 sal-2005, u bħala president tal-awla ċivili mill-1999 sal-2003, ġiet innominata mħallef fl-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) mill-2006 sal-2016.

Mill-2006 sal-2016, Octavia Spineanu-Matei ġiet innominata membru estern tal-bord estiż tal-appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f’Munchen (il-Ġermanja).

Mill-1997, hija ddedikat ruħha wkoll għat-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura u tal-awdituri tal-ġustizzja Rumeni bħala formatriċi fl-Institutul Național al Magistraturii (l-Istitut Nazzjonali tal-Ġudikatura, ir‑Rumanija), li tiegħu hija kienet ukoll membru tal-Kumitat Xjentifiku sussegwentement, mill-2011 sal-2016, direttriċi. Hija barra minn hekk ħadet sehem fil-Bord ta’ Tmexxija tal-iȘcoala Națională de Grefieri (l-Iskola Nazzjonali tar-Reġistraturi, ir-Rumanija). Mill-2012 sal-2016, hija kienet membru tal-Kunsill tal-Kulleġġ Dottorali tal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija). Koawtriċi ta’ diversi kotba u awtriċi ta’ diversi artikli fil-qasam legali, hija pparteċipat regolarment f’konferenzi nazzjonali u internazzjonali.

Octavia Spineanu-Matei ġiet innominata Mħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016. Hija eżerċitat fiha għal ħames snin qabel ma ġiet innominata Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat tar-Reviżuri Esterni tar-Rivista Ġuridika EuroQuod, immexxija mill-Institutul Național al Magistraturii
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku Editorjali tar-Revista română de dreptul proprietății intelectuale, immexxi mill-Asociația Științifică de Dreptul Proprietății Intelectuale
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Ordinul Național „Pentru Merit” (Ordni Nazzjonali “Għall-Mertu”) (innominata mill-President tar-Rumanija għall-merti tagħha fl-elaborazzjoni tal-ġurisprudenza u tar-riforma tal-ġustizzja) (2000)
Tamara Ćapeta
Tamara Ćapeta
Avukata Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1967 f’Żagreb (il-Kroazja), Tamara Ćapeta bdiet l-istudji tagħha fl-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja), fejn kisbet diploma fid-dritt fl-1991. Hija kompliet l-istudji tagħha fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) imnejn kisbet, fl-1993, master fl-istudji avvanzati Ewropej. Lura fl-iSveučilište u Zagrebu, hija bdiet ir-redazzjoni ta’ teżi u laħqet duttur tad-dritt fl‑2001.

Tamara Ćapeta bdiet il-karriera professjonali tagħha fl-1992 bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Kroat, fi ħdan id-Dipartiment għall-Integrazzjoni Ewropea u d-Dipartiment tal-Aġenziji tal-ONU b’sede fl-Ewropa. Bejn l-1994 u l-1997, hija wettqet xogħol ta’ riċerka fuq il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea fl-Institut za razvoj i međunarodne odnose (l-Istitut għall-Iżvilupp u r‑Relazzjonijiet Internazzjonali, il-Kroazja).

Hija bdiet karriera universitarja fl-1997, bħala assistent universitarju fi ħdan id-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali u tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Fakultà tal-Ekonomija fl-iSveučilište u Zagrebu. Mill‑2002, hija saret professur fil-Fakultà tal-Liġi fl-iSveučilište u Zagrebu, fejn kienet wieħed mill-membri fundaturi tad-Dipartiment tad-Dritt Pubbliku Ewropew.

Mill-2013 sal-2014, Tamara Ćapeta ġiet innominata kap tad-diviżjoni ta’ traduzzjoni tal-ilsien Kroat fid-Direttorat Ġenerali tal-Multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea, perijodu li fih kompliet l-attività ta’ tagħlim fl-iSveučilište u Zagrebu. Mill-2015 sal-2021, ġiet innominata kap tad-Dipartiment tad-Dritt Pubbliku Ewropew u direttur tal-Programm ta’ Studji tat-Tielet Grad fid-Dritt Ewropew. Fundatriċi, fl‑2018, taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet, iddedikat għar-riċerka fuq l-istat tad-dritt, hija assumiet ir-rwol ta’ koordinatur tiegħu mill-2018 sal-2021.

Tamara Ćapeta hija l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet numerużi fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni. Hija l‑fundatriċi ta’ rivista internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni, l-unika eżistenti llum fil-Kroazja, li tagħha hija kienet ukoll l-editur ewlieni mill-2010 sal-2015. Fl-istess żmien tal-attività ta’ tagħlim tagħha fl‑iSveučilište u Zagrebu, hija kienet, bejn l-2005 u l-2010, professur mistieden fid-dritt tal-Unjoni fil‑kuntest tal-programm ta’ skambji tal-Fakultà tal-Liġi tal-Indiana University (l-Università ta’ Indiana, l-Istati Uniti) wara, fl-2016, fil-University of Pittsburgh (l-Università ta’ Pittsburgh, l-Istati Uniti) u fiż‑Zhōngguó Zhèngfǎ Dàxué (l-Università Ċiniża tax-Xjenzi Politiċi u tad-Dritt, iċ‑Ċina). Hija għallmet ukoll lill-imħallfin u lill-uffiċjali Kroati fil-kuntest tal-programmi ta’ taħriġ kontinwat fid-dritt tal-Unjoni, organizzati mill-Pravosudna akademija (l-Akkademja Ġudizzjarja, il-Kroazja) u mid‑Državna škola za javnu upravu (il-Kulleġġ tal-Istat tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Kroazja).

Fl-2020, Tamara Ćapeta ġiet innominata minn kumitat imħallat tal-Unjoni Ewropea membru tal-grupp speċjali ta’ arbitraġġ għall-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit, funzjonijiet li waqfet twettaq wara n-nomina tagħha bħala Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Tamara Ćapeta ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Hrvatske udruge za europsko pravo (CROSEL)
  • Membru tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dritt Ewropew (FIDE)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Università għall-Istudji Kontemporanji Ewropej (UACES)
  • Membru tal-Hrvatski pravni centar (HPC)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-ex studenti tal-Collège d’Europe
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Kroata tal-ex studenti tal-Collège d’Europe
  • Membru tal-Assoċjazzjoni Kroata tal-ex lawreati Fulbright
  • Membru tal-Hrvatske udruge za studij Europske unije (CEUSA)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Annwarju Kroat tad-Dritt u Politika Ewropej
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Collana di Diritto per l’Economia del Dipartimento di Studi economico-aziendali e Diritto per l’Economia – tal-Università degli Studi di Milano-Bicocca
Laila Medina
Laila Medina
Avukata Ġenerali
Bijografija u karriera

Imwielda fl-1971 f’Jelgava (il-Latvja), Laila Medina studjat fl-IMO International Maritime Law Institute (l-Istitut tad-Dritt Marittimu Internazzjonali, Malta) u hemm kisbet master fid-dritt marittimu internazzjonali fl-1995. Sussegwentement, fl-2002, hija kisbet master fid-dritt tal-Unjoni fir-Rīgas Juridiskā augstskola (il-Kulleġġ Ogħla tad-Dritt ta’ Riga, il-Latvja).

Mill-1995, daħlet fid-Dipartimenti tal-Ministru għat-Trasport bħala kap tad-Diviżjoni Ġuridika u direttriċi supplimentari tad-Dipartiment Marittimu. Hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha hemm sal‑2002, is-sena tan-nomina tagħha, fi ħdan dan il-ministeru, ta’ pożizzjoni ta’ kunsillier tas-segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej.

Mill-2004 sal-2005, Laila Medina okkupat il-pożizzjoni ta’ kap supplimentari tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Ewropej fil-Kanċellerija tal-Istat tar-Repubblika tal-Latvja.

Fl-2005, hija ngħaqdet mad-dipartimenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja Latvjan bħala direttriċi tad-Dipartiment tal-Pjanifikazzjoni tal-Politiki. Mill-2006, hija assumiet fil-funzjonijiet ta’ segretarju tal-Istat fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Supplimentari għall-Politika Settorjali, sussegwentement dawk ta’ segretarju tal-Istat Supplimentari għall-Politika Ġuridika mill-2009 sal-2021.

Il-karriera ta’ Laila Medina inkludiet ukoll attivitajiet ta’ tagħlim. Bejn l-1998 u l-2006, hija kienet responsabbli għall-kors tad-dritt Ewropew u d-dritt istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-Valsts administrācijas skola (il-Kulleġġ ta’ Amministrazzjoni Pubblika, il-Latvja). Fl-2012, hija tat ukoll taħriġ lill-membri tal-ġudikatura u lin-nutara dwar ir-Regolament Ruma III. Fl-aħħar nett, mill-2008, hija kienet membru tal-Kunsill tal-Fakultà tal-Liġi tal-Biznesa augstskola Turība (il-Kulleġġ Ogħla tal-Kawżi “Turība”, il-Latvja).

Laila Medina ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Eiropas Savienības tiesību asociācija
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Midalja tad-deheb tat-tielet klassi tas-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Latvja: għall-eżerċizzju eżemplari, onest u innovattiv tal-funzjonijiet uffiċjali fil-qasam tal-ġustizzja u għall-iżvilupp tal-konoxxenzi u tal-professjonaliżmu tal-persuni li huma parti mis-sistema ġudizzjarja (2011)
Alfredo Calot Escobar
Alfredo Calot Escobar
Reġistratur
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1961 f’Valencia (Spanja), Alfredo Calot Escobar wettaq l-istudji tiegħu fl-Universidad de Valencia (l-Università ta’ Valencia, Spanja), fejn kiseb il-lawrea tad-dritt fl-1984.

F’Jannar 1986, huwa ġie rreklutat mill-Kunsill tal-Kmamar tal-Kummerċ tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ analista kummerċjali fl-uffiċċju kummerċjali ta’ Spanja f’Toronto (il-Kanada). Huwa ħadem hemm sad-dħul fil-kariga tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fis‑16 ta’ Lulju 1986, wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali intiża li timla l-ewwel pożizzjonijiet ta’ ġuristi lingwisti tal-ilsien Spanjol fid-Direttorat tat-Traduzzjoni.

Fl-1990, huwa ġie promoss fil-pożizzjoni ta’ ġurista reviżur u eżerċita din il-funzjoni sal-1993, data li fiha ngħaqad mad-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Fl-1995, huwa għadda minn kompetizzjoni ġenerali għal amministraturi organizzata mill-Parlament Ewropew. Din ippermettietlu jingħaqad mas-Segretarjat tal-Kummissjoni istituzzjonali, fejn kien inkarigat jipprepara diversi rapporti ġuridiċi għall-membri tal-parlament, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Konferenza intergovernattiva li nżammet qabel il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Amsterdam.

Fl-1996, huwa ssejjaħ mill-ġdid sabiex jingħaqad mal-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ attaché sal-1999, data li fiha huwa ġie nnominat référendaire fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer.

Bis-saħħa tad-diversità tal-esperjenza professjonali tiegħu, huwa reġa’ ngħaqad mad-Dipartiment tat-Traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2000 bħala kap tad-Diviżjoni tal-ilsien Spanjol, li għaliha kien ikkontribwixxa għall istabbiliment tagħha 14-il sena qabel.

Fl-2001, ġie nnominat direttur tat-traduzzjoni, f’mument importanti fl-istorja tal-multilingwiżmu, għaliex kienet qiegħda ssir il-preparazzjoni tat-tkabbir tal-Unjoni b’għaxar membri ġodda, u, b’dan, kważi l-irdoppjar tan-numru tal-lingwi uffiċjali, li minn 11 saru 20.

Wara bidla fl-istruttura tad-dipartimenti amministrattivi tal-istituzzjoni, Calot Escobar ġie nnominat direttur ġenerali tat-traduzzjoni f’Ġunju 2007.

Fis‑6 ta’ Ottubru, ġie elett Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkarigu li jokkupa mit-tiġdid tiegħu fl-2016, fi tmiem l-ewwel mandat tiegħu.

Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Ordni tal-Mertu Ċivili
  • Salib distint tal-ewwel klassi San Raimundo de Peñafort