Preżentazzjoni tal-membri

Marc van der Woude
Marc van der Woude
President
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1960 f’Gorredijk (il-Pajjiżi l-Baxxi), Marc van der Woude temm l-ewwel snin ta’ studji tiegħu fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università ta’ Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi) fejn fl‑1983 kiseb diploma fid-dritt. Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe (il-Belġju) sal‑1984.

Mit-tmiem tal-istudji tiegħu, huwa kien attivament involut fit-tagħlim u fir-riċerka fil-Collège d’Europe, fejn kien assistent sal‑1986. Imbagħad kien lettur fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑1986 sal‑1987. Matul il-karriera tiegħu, huwa baqa’ impenjat fit-tagħlim u mill-2000 ġie fdat katedra tad-dritt fl-Erasmus Universiteit Rotterdam (l-Università Erasmus ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi). Awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, huwa jikkontribwixxi għall-iżvilupp tax-xogħol fid-dritt tal-kompetizzjoni, li huwa rifless f’bosta xogħlijiet ta’ riferiment fil-qasam.

Minbarra l-impenji akkademiċi tiegħu, M. van der Woude għandu karriera bħala prattikant tal-liġi. Mill‑1987 sal‑1989, huwa kien fis-servizz tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fejn aġixxa bħala relatur mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Imbagħad ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u kkollabora, bħala référendaire, mal-Imħallfin Thymen Koopmans u Paul Joan George Kapteyn mill‑1989 sal‑1992. Il-Kummissjoni Ewropea ħatritu amministratur fi ħdan id-Diviżjoni ta’ Koordinazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, pożizzjoni li okkupa mill‑1992 sal‑1993 qabel ma sar membru tas-Servizz Legali tagħha mill‑1993 sal‑1995. Minn dik id-data, sar avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell (il-Belġju), fejn il-prattika kontenzjuża tiegħu tiffoka fuq id-dritt tal-kompetizzjoni.

M. van der Woude nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Settembru 2010. L-Imħallfin sħabu għażluh bħala President ta’ Awla fit‑18 ta’ Settembru 2013 u Viċi President fl‑20 ta’ Settembru 2016. Fis‑27 ta’ Settembru 2019, huwa ġie elett President ta’ din il-qorti u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Europäische Rechtsakademie (ERA) Trier (l-Akkademja tad-Dritt Ewropew ta’ Trier, il-Ġermanja)
  • Membru tal-“Advisory board of the Toulouse School of Economics executive education program in antitrust” (École des Sciences économiques de Toulouse) (l-Iskola tax-Xjenzi Ekonomiċi ta’ Toulouse, Franza)
  • Membru tal-Curatorium tal-Europa Instituut ta’ Leiden
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tas-Sociaal Economische Wetgeving
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue Concurrences (il-Ġurnal tal-Kompetizzjoni)
Savvas S. Papasavvas
Savvas S. Papasavvas
Viċi President
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1969 f’Nikosija (Ċipru), Savvas S. Papasavvas studja fl-Ethnikó kai Kapodistriakó Panepistímio Athinón (l-Università nazzjonali u ta’ Kapodistrias ta’ Ateni, il-Greċja) u hemmhekk kiseb l-ekwivalenti ta’ master fid-dritt (Ptychion) fl‑1991. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fl-université de Paris II (l-Università ta’ Pariġi II, Franza) li fl‑1992 tagħtu diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt pubbliku. Fl‑1995, wara l-istudji tiegħu ta’ dottorat fl-université d’Aix-Marseille III (l-Università ta’ Aix-Marseille III, Franza), huwa kiseb it-titolu ta’ dottorat fid-dritt.

Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru, membru tal-Kamra tal-Avukati ta’ Nikosija mill‑1993, S. S. Papasavvas kompla l-karriera tiegħu ta’ avukat sal-ħatra tiegħu mal-Qorti Ġenerali fl‑2004.

Huwa ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim fil-Panepistímio Kýprou (l-Università ta’ Ċipru) fil-kwalità tiegħu ta’ lettur mill‑1997 sal‑2002, qabel ma ġie elett hemmhekk bħala lettur anzjan fid-dritt kostituzzjonali mill‑2002 sal‑2004.

S. S. Papasavvas inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Mejju 2004 fejn żgura l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla fl-okkażjoni ta’ żewġ mandati konsekuttivi, mill‑15 ta’ Settembru 2010 sal‑25 ta’ Settembru 2016. Ġie elett Viċi President tal-Qorti Ġenerali minn sħabu fis‑27 ta’ Settembru 2019 u huwa f’din il-kwalità li jservi fil-Qorti Ġenerali.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru fondatur tal-European Law Institute
  • Membru tal-European Public Law Organization (EPLO)
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei (SIPE)
  • Membru fundatur tal-Kypriakó Somateío Dikaíou Enérgeias
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-revue Dikaiómata tou Anthrópou
  • Membru tal-Honorary Committee tal-assoċjazzjoni Hellenic Culture in Luxembourg
Dean Spielmann
Dean Spielmann
President tal-Ewwel Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1962 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Dean Spielmann kiseb diploma fid-dritt fl‑1988 fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) qabel ma kompla l-istudji tiegħu fil-Fitzwilliam College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fejn kiseb it-titolu ta’ Master of Laws fl‑1990.

Huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu mill‑1989 sal‑2004 u barra minn hekk kompla karriera universitarja fit-tagħlim tad-dritt kriminali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fost oqsma oħra. Mill‑1991 sal‑1997, huwa okkupa pożizzjoni ta’ assistent riċerkatur fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) u ta’ lettur assoċjat fl-Université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑1996 sal‑2006. Bejn l‑1997 u l‑2009, kien ukoll lettur fl-Université Nancy II (l-Università Nancy II, Franza) u, fl‑2017 u fl‑2018, għallem fl-Institut d'études politiques de Paris (l-Istitut ta’ Studji Politiċi ta’ Pariġi, Franza).

Barra minn hekk, huwa awtur ta’ numru ta’ xogħlijiet u artikli, u membru ta’ Kumitati Xjentifiċi u Editorjali ta’ numru ta’ rivisti legali.

Fl‑2000, huwa nħatar membru tal-kummissjoni konsultattiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lussemburgu, li fiha huwa serva sal‑2004. Bejn l‑2002 u l‑2004, kien ukoll membru tal-Kumitati tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dritt Kriminali tal-Conseil des barreaux européens (il-Kunsill tal-Kmamar tal-Avukati Ewropej, CCBE), iżda wkoll tan-netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

Maħtur imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg (Franza) fl‑2004, sar suċċessivament president ta’ sezzjoni fl‑2011, Viċi President fl‑2012 u sussegwentement President bejn l‑2012 u l‑2015.

D. Spielmann inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016 fejn żgura l-funzjonijiet ta’ President tal-Awla mit‑30 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat tat-Taqsima Lussemburgiża tal-Association Henri Capitant des amis de la culture juridique française
  • Membru tal-Kumitat ta’ Onorifiċenza tal-Fondation René Cassin - Institut international des droits de l’homme
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Observatoire luxembourgeois de droit européen (OLDE)
  • Kofondatur u kodirettur tal-pubblikazzjoni tal-Annales du droit luxembourgeois
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue de droit pénal et de criminologie
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-European Review of Private Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-revue Droit des affaires – Het Ondernemingsrecht (DAOR)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Annuaire international des droits de l’homme
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue trimestrielle des droits de l'homme
  • Membru tal-Curatorium Konsultattiv tal-kollezzjoni bil-Ġermaniż tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (N.P. Engel Verlag)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Kritische Vierteljahresschrift für Gesetzgebung und Rechtswissenschaft
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-Revista do Instituto Brasileiro de Direitos Humanos
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-Revue de la faculté de droit de l’Universidade Federal do Maranhão (UFMA)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Journal européen des droits de l’homme
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-rivista “The ECHR Law Review”, University of Liverpool
  • Membru tal-Istitut Grand-Ducal, section des Sciences morales et politiques (il-Lussemburgu)
  • Membru tal-Cambridge Society of Luxembourg
  • Membru tal-Oxford and Cambridge Club (Londra)
  • Membru tal-Herbert Howells Society
  • Membru tar-Royal College of Organists
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Dottorat honoris causa, Yerevani Petakan Hamalsaran (2013)
  • Professur onorarju, University College London (University of London) (2013)
  • Honorary Bencher de Gray’s Inn, Londra (2013)
  • Honorary Fellow tal-Fitzwilliam College, University of Cambridge (2013)
  • Salib il-Kbir tal-Ordni Ekwestri ta’ Santa Agata (San Marino) (2014)
  • Commandeur de la Légion d’honneur, Franza (2015)
  • Commandeur de l’ordre de Mérite, il-Lussemburgu (2015)
  • Dottorat honoris causa, Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest) (2015)
  • Dottorat honoris causa, Universitatea Babeș-Bolyai (l-Università ta’ Cluj-Napoca) (2015)
  • Dottorat honoris causa (Hon. LL.D.), University College London (University of London) (2016)
Anna Marcoulli
Anna Marcoulli
Presidenta tat-Tieni Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1974 f’Nikosija (Ċipru), Anna Marcoulli ggradwat fid-dritt mill-University of East Anglia (l-Università ta’ East Anglia, ir-Renju Unit) fl‑1995 u kisbet, fl‑1996, master fid-dritt mill-University of Bristol (l-Università ta’ Bristol, ir-Renju Unit).

Ammessa bħala avukat f’Ċipru fl‑1997, hija daħlet mas-Servizz Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru bħala membru tad-dipartiment tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, mill‑1998 sal‑2008.

Fl‑2005, daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala esperta nazzjonali kkollokata mad-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni, u eżerċitat hemmhekk dawn il-funzjonijiet sal‑2007. Sussegwentement hija ngħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea mill‑2008 sal‑2016. Fl‑2012, hija pparteċipat fil-ġestjoni tax-xogħlijiet tal-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u assumiet, f’dan il-kuntest, il-funzjonijiet ta’ konsulent legali.

A. Marcoulli nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit‑13 ta’ April 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019, sħabha għażluha bħala President ta’ Awla, funzjonijiet li hija ilha teżerċita sa minn dak iż-żmien.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru fundatur tal-Kypriakó Somateío Dikaíou Enérgeias
Fredrik Schalin
Fredrik Schalin
President tat-Tielet Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1964 fi Stokkolma (l-Isvezja), Fredrik Schalin kiseb, fl‑1991, diploma fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja), u, fl‑1990, diploma fid-dritt u sussegwentement, fl‑1994, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt Komunitarju u Ewropew mill-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, Franza).

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala référendaire fis-Södertälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertälje, l-Isvezja) mill‑1991 sal‑1993, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja) mill‑1994 sal‑1995. Huwa serva bħala mħallef fil-Gotlands tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Gotland, l-Isvezja) kif ukoll fin-Norrtälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Norrtälje, l-Isvezja) mill‑1995 sal‑1996, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt mill‑1996 sal‑1997.

Fl‑1997, okkupa l-pożizzjoni ta’ assistent segretarju tal-kummissjoni parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi Svediż, qabel ma nħatar konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż fl‑1999.

Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Hans Ragnemalm fl‑1998, u eżerċita mill-ġdid dawn il-funzjonijiet mill‑1999 sal‑2006 mal-Imħallef Stig von Bahr.

Meta rritorna lura pajjiżu, F. Schalin eżerċita l-professjoni ta’ ġurista mill‑2006 sal‑2008 u, wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Stokkolma fl‑2008, dik ta’ avukat. Fl‑2009, ingħaqad mal-korp tal-ġudikatura bħala mħallef u sussegwentement President ta’ Awla fis-Södertörns tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertörn, l-Isvezja), fejn serva sal‑2016.

Barra minn hekk, iddedika ruħu għat-tagħlim bħala lettur fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma) mill-2006 sal-2008, imbagħad fid-Domstolsakademin (l-Akkademja tal-Qrati Svediżi) mill-2011.

  1. Schalin inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2016, u fiha jservi bħala President ta’ Awla mid‑19 ta’ Settembru 2022.
Ricardo da Silva Passos
Ricardo da Silva Passos
President tar-Raba’ Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1953 f’Lisbona (il-Portugall), Ricardo da Silva Passos kiseb, fl‑1975, diploma fid-dritt fl‑Universidade Clássica de Lisboa (l-Università Klassika ta’ Lisbona, il-Portugall) u diploma ta’ studji approfonditi fl-université de Strasbourg (l-Università ta’ Strasbourg, Franza) fl‑1978. Sussegwentement huwa kkompleta l-istudji tiegħu fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l‑Istati Uniti), fejn kiseb diploma ta’ Master of Laws fl‑1984.

Mill‑1975, huwa eżerċita għal sena l-funzjonijiet ta’ subdelegat (subdelegado) tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika għat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall) qabel ma ngħaqad, bħala ġurista, mas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-Kunsill tal-Ewropa, Strasbourg, Franza), mill‑1978 sal‑1986. Fl‑1986, huwa daħal fis‑servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef José Carlos de Carvalho Moitinho de Almeida.

Mill‑1988 sal‑1999, huwa nħatar kap ta’ diviżjoni fis-segretarjat tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tad-Drittijiet taċ-Ċittadini tal-Parlament Ewropew li tiegħu huwa sar kap ta’ unità tas-servizz legali bejn l‑1999 u l‑2010. Sussegwentement, fi ħdan l-istess dipartiment, huwa ħa d-direzzjoni tal‑affarijiet istituzzjonali u parlamentari mill‑2010 sal‑2016. Fl‑2002, huwa nħatar membru tas‑segretarjat tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.

R. da Silva Passos nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġie elett minn sħabu bħala President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.

Jesper Svenningsen
Jesper Svenningsen
President tal-Ħames Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1966 f’Aalborg (id-Danimarka), Jesper Svenningsen wettaq studji fid-dritt mal-Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka), li fi tmiemhom huwa kiseb il-juridisk kandidateksamen fl‑1989.

Wara l-Università, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala avukat stagiaire mal-Kammeradvokaten (l-uffiċċju tal-avukati li jaġixxi bħala konsulent legali tal-Gvern Daniż, Kopenħagen), sabiex sussegwentement sar référendaire mal-Avukat Ġenerali Claus Gulmann fil-Qorti tal-Ġustizzja, mill‑1991 sal‑1993. Huwa kkollabora mill-ġdid fi ħdan il-Kammeradvokaten bejn l‑1993 u l‑1995, perijodu li matulu ġie aċċettat bħala avukat fid-Danimarka, kif ukoll ġie ammess sabiex jidher quddiem il-Landsret (il-Qorti tal-Appell, id-Danimarka). F’dak iż-żmien, għallem fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka), bħala lettur fid-dritt tal-Unjoni.

Bejn l‑1995 u l‑1999, huwa lettur anzjan, u sussegwentement aġent direttur mal-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, IEAP) fil-Lussemburgu, bl-eċċezzjoni tas-sena 1997, li matulha huwa waqaf mill-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet għal perijodu ta’ residenza fi Brussell fejn ħadem ma’ uffiċċju tal-avukati Daniż. Fl‑1999, huwa ngħaqad mas-servizz legali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u, fl‑2000, mad-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala ġurist lingwist. Waqt li kien qed jaqdi dawn il-funzjonijiet, fl‑2003, ġie kkollokat fil-kwalità ta’ référendaire ma’ Claus Gulmann, li sar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. Mill‑2006 sal‑2013, kien référendaire mal-Imħallef Lars Bay Larsen fil-Qorti tal-Ġustizzja.

J. Svenningsen inħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis‑7 ta’ Ottubru 2013 u serva hemmhekk sakemm din il-qorti ġiet xolta fl‑1 ta’ Settembru 2016. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġiet elett minn sħabu President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tad-Dansk Forening for Europaret
Maria José Costeira
Maria José Costeira
Presidenta tas-Sitt Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1967 f’Porto (il-Portugall), Maria José Costeira kisbet diploma fid-dritt mill-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra, il-Portugall) fl‑1991 u segwiet, fl-2001, studji postuniversitarji fid-dritt tal-proprjetà intellettwali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l‑Università ta’ Lisbona, il-Portugall).

Avukata staġista mal-Kamra tal-Avukati ta’ Coimbra (il-Portugall) mill‑1991 sal‑1992, hija daħlet fiċ‑Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Portugall) bħala uffiċjal ġudizzjarju staġista fl‑1992. Innominata mħallef fl‑1995, hija serviet fil-kariga mat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall), mat-Tribunal Judicial da Comarca de Ferreira do Zêzere (il-Qorti Distrettwali ta’ Ferreira do Zêzere, il-Portugall) u mat-Tribunal da Pequena Instância Criminal de Lisboa (il-Qorti Kriminali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1995 sal‑1997, mat‑Tribunal do Comércio da Comarca de Lisboa (il-Qorti Kummerċjali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1999 sal‑2016, kif ukoll mat-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Qorti tal-Appell ta’ Coimbra, il‑Portugall) fl‑2016. L-attività tagħha fi ħdan il-ġudikatura ma kinitx limitata għat-trattament tal‑kawżi iżda kienet ikkaratterizzata wkoll mill-parteċipazzjoni tagħha fir-rappreżentanza tal-korp tal‑ġudikatura, fil-kwalità tagħha, mill‑2012 sal‑2015, ta’ segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni tal‑imħallfin Portugiżi, assoċjazzjoni li hija sussegwentement ippresjediet sal‑2016.

M. J. Costeira għallmet, bħala professoressa mistiedna, id-dritt tal-proprjetà industrijali, id-dritt tal‑kompetizzjoni u d-dritt kummerċjali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l-Università ta’ Lisbona), tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra), tal-Universidade Nova de Lisboa (l‑Università Ġdida ta’ Lisbona, il-Portugall), tal-Universidade Católica Portuguesa (l‑Università Kattolika Portugiża, il-Portugall), fi ħdan l-Escola de Direito da Universidade do Minho (l-Iskola tad-Dritt fl-Università ta’ Minho, il-Portugall) kif ukoll fiċ-Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura), mill‑2003.

M. J. Costeira nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġiet eletta minn sħabha bħala President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revista de Propriedade Intelectual
  • Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Newsletter ġuridika editjata miċ-Centro de Estudos Judiciários
Krystyna Kowalik-Bańczyk
Krystyna Kowalik-Bańczyk
Presidenta tas-Seba’ Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1976 fi Gdańsk (il-Polonja), Krystyna Kowalik-Bańczyk kisbet id-diploma tagħha fid-dritt mill-Uniwersytet Gdański (l-Università ta’ Gdańsk, il-Polonja) fl‑1999 u d-diploma tagħha ta’ studji approfonditi mill-université des sciences sociales de Toulouse (l-Università tax-xjenzi soċjali ta’ Toulouse, Franza) fl‑2000. Sussegwentement hija kompliet l-istudji tagħha fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) u kisbet Master of Laws fid-dritt Ewropew fl‑2002. Hija ddefendiet it-teżi tagħha fl-Akkademja tax-xjenza fil-Polonja u kisbet it-titolu tagħha ta’ dottorat fid-dritt fl‑2004.

Mill‑2002 sal‑2010, hija għallmet f’Varsavja fil-Polonja fiċ-Ċentru Ewropew tal-Uniwersytet Warszawski (l-Università ta’ Varsavja) kif ukoll fil-Wyższa Szkoła Prawa i Administracji (l-Università tad-Dritt u tal-Amministrazzjoni). Mill‑2006 sal‑2014, waqt li kienet tgħallem, hija ddedikat ruħha għal xogħlijiet ta’ riċerka bħala lettriċi (2006) u sussegwentement bħala professoressa assoċjata (2014) mal-istitut tal-istudji legali tal-Akkademja tax-xjenzi fil-Polonja. Hija għallmet wkoll korsijiet tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2010 sal‑2016, bħala lettriċi fil-Politechnika Gdańska (l-Università teknika ta’ Gdańsk, il-Polonja) u bħala professoressa mistiedna fl-universitajiet Franċiżi Panthéon-Assas ta’ Pariġi u Sophia-Antipolis ta’ Nice u fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).

Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew u pparteċipat fir-redazzjoni ta’ diversi xogħlijiet legali, b’mod partikolari bħala koeditriċi.

Krystyna Kowalik-Bańczyk inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016, u hemmhekk taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala Presidenta ta’ Awla mid-19 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Koeditriċi jew membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-rivisti legali “Europejski Przegląd Sądowy”, “Yearbok of Antitrust and Regulatory Studies”, “Media Laws” u “iKAR”
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-reviżjoni l-ġdida tal-“Balkan Yearbook of International and European Law”
  • Membru tal-i“Steering committee” tal-Master in European Law (first year) fl-université du Luxembourg
  • Membru tal-fergħa Pollakka tal-Fédération Internationale pour le Droit européen (FIDE), tal-Association Internationale du droit de la concurrence (ASCOLA) u tal-“International Law Association” (ILA)
Alexander Kornezov
Alexander Kornezov
President tat-Tmien Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1978 f’Yambol (il-Bulgarija), Alexander Kornezov kiseb diploma fid-dritt mis-Sofiyski universitet Sveti Kliment Ohridski (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija) fl‑2002 u Master of Laws fid-dritt Ewropew mill-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) fl‑2004. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fil-Balgarska Akademia na naukite (l-Akkademja Bulgara tax-Xjenza), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2008.

Mill‑2004 sal‑2006, kien avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell (il-Belġju), fejn eżerċita l-professjoni f’uffiċċju tal-avukati. Fl‑2007, huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja u hemmhekk eżerċita, sal‑2016, il-funzjonijiet ta’ référendaire mal-Imħallef Alexander Arabadjiev.

A. Kornezov iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim, bħala lettur anzjan fid-dritt proċedurali tal-Unjoni fl-Universitet za natzionalno i svetovno stopanstvo (l-Università tal-Ekonomija Nazzjonali u Dinjija, il-Bulgarija) mill‑2008 sal‑2012, u fis-Sofiyski universitet Sveti Kliment Ohridski (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”) mill‑2010 sal‑2013. Mill‑2014 sal‑2016, kien professur assoċjat fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt internazzjonali privat fil-Balgarska Akademia na naukite (l-Akkademja Bulgara tax-Xjenza). Mill‑2020, huwa għallem id-dritt tal-Unjoni tal-kuntratti pubbliċi fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu). Id-diversi xogħlijiet tiegħu fid-dritt tal-Unjoni wassluh ukoll jagħti konferenzi f’diversi universitajiet fi Stati Membri differenti. Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u xogħlijiet fid-dritt tal-Unjoni.

A. Kornezov kien Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bejn it‑13 ta’ April 2016 u l‑31 ta’ Awwissu 2016. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016 u jservi bħala President ta’ Awla mit‑30 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Fundatur u membru tal-kumitat ta’ tmexxija tal-Balgarska asotsiatsia za evopeysko pravo
  • Editur prinċipali tar-rivista tad-dritt Ewropew “Evropeiski praven pregled”
Laurent Truchot
Laurent Truchot
President tad-Disa’ Awla
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1962 f’Pariġi (Franza), Laurent Truchot segwa studji fl-Institut d’études politiques (l-Istitut ta’ Studji Politiċi, IEP) ta’ Pariġi (Franza), fejn iggradwa fl‑1984. Sussegwentement ingħaqad mal-École nationale de la magistrature (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, Bordeaux, Franza) mill‑1986 sal‑1988.

Il-karriera professjonali tiegħu bdiet mat-tribunal de grande instance de Marseille (il-Qorti Reġjonali ta’ Marseille, Franza), fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef mill‑1988 sal‑1990. Sussegwentement, bħala maġistrat, daħal fis-servizz tad-Direttorat tal-Affarijiet Ċivili u għall-Ġustizzja fil-Ministeru għall-Ġustizzja Franċiż mill‑1990 sal‑1992. Bejn l‑1992 u l‑1994, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ assistent kap ta’ uffiċċju, imbagħad dawk ta’ kap ta’ uffiċċju, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, għall-Konsumatur u għar-Repressjoni tal-Frodi fil-Ministeru għall-Ekonomija, għall-Finanzi u għall-Industrija Franċiż. Fl‑1994, huwa nħatar konsulent tekniku mal-Ministru għall-Ġustizzja Franċiż, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1995, qabel ma nħatar imħallef fi ħdan it-tribunal de grande instance de Nîmes (il-Qorti Reġjonali ta’ Nîmes, Franza), fejn huwa serva mill‑1995 sal‑1996.

Laurent Truchot daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Philippe Léger, mill‑1996 sal‑2001. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) bħala konsulent référendaire bejn l‑2001 u l‑2007.

Huwa kien Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑2007 sal‑2013, fejn huwa wkoll serva bħala President ta’ Awla mill‑2010 sal‑2013.

Fl‑2013 mar lura Franza fejn inħatar konsulent mal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑2019.

Laurent Truchot inħatar għat-tieni darba Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019, u hemmhekk jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala President ta’ Awla mid-19 ta’ Settembru 2022.

Ornella Porchia
Ornella Porchia
Presidenta tal-Għaxar Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1966 f’Chivasso (l-Italja), Ornella Porchia kisbet diploma fid-dritt mill-Università degli Studi di Torino (l-Università ta’ Torino, l-Italja) fl‑1991 u t-titolu ta’ dottorat ta’ riċerka fid-dritt fl‑1996 mill-Università Commerciale Luigi Bocconi (l-Università tal-Kummerċ Luigi Bocconi, Milano, l-Italja).

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑1994 bħala avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Torino u sussegwentement ingħaqdet mal-Università degli Studi di Torino (l-Università ta’ Torino) bħala assistenta professoressa mill‑1997 sal‑2002. Hemmhekk kienet professoressa assoċjata fid-dritt internazzjonali bejn l‑2002 u l‑2007 u professoressa titolari tad-dritt tal-Unjoni mill‑2007.

Bejn l‑2010 u l‑2014, hija serviet mad-dipartiment tal-istudji tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja). Mill‑2014 sal‑2019, hija okkupat il-pożizzjoni ta’ konsulent legali fir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja fl-Unjoni Ewropea. Ix-xogħlijiet ta’ riċerka tagħha fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt internazzjonali huma s-suġġett ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet.

Ornella Porchia nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019, u hemmhekk taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala Presidenta ta’ Awla mid-19 ta’ settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-rivisti “Il diritto dell’ economia” u “Studi sull’ integrazione europea”
  • Membru tal-European Law Institute (membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-proġett “Common Constitutional Traditions in Europe”)
  • Membru tal-Associazione Italiana degli Studiosi di diritto dell’Unione europea (AISDUE)
  • Membru tas-Società Italiana di diritto internazionale (SIDI)
  • Membru (socio corrispondente) tal-Accademia delle Scienze di Torino
Marc Jaeger
Marc Jaeger
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1954 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Marc Jaeger kiseb master fid-dritt mill-université Robert Schuman fi Strasbourg (l-Università Robert Schuman, Franza) fl‑1979 u kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju), li tah diploma ta’ studji Ewropej approfonditi fl‑1980.

Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu fl‑1981, M. Jaeger eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑1983. Sussegwentement inħatar attaché legali ddelegat mal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tal-Lussemburgu u eżerċita dawn il-funzjonijiet għal sena qabel ma nħatar imħallef fit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), mill‑1984 sal‑1986.

Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Jean Mischo li miegħu kkollabora mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement ngħaqad mal-uffiċċju tal-imħallef G. Federico Mancini mill‑1988 sal‑1996.

Minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, M. Jaeger jgħallem bħala lettur fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑2003 iżda wkoll, mill‑2015, fi ħdan il-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudju Soċjali “Guido Carli”, l-Italja). Mill‑2001 sal‑2018, huwa ppresjeda l-Institut universitaire international Luxembourg (l-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu, IUIL) u, mill‑2011 sal‑2016, il-Kunsill ta’ Governanza tal-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).

M. Jaeger inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑11 ta’ Lulju 1996 u serva bħala President ta’ Awla f’din il-qorti mill‑10 ta’ Settembru 2004 sal‑31 ta’ Awwissu 2007. Elett minn sħabu fil-funzjoni ta’ President tal-Qorti Ġenerali, huwa eżerċita din il-funzjoni f’erba’ mandati suċċessivi, mis‑17 ta’ Settembru 2007 sas‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru fundatur u President tal-Observatoire luxembourgeois de droit européen (OLDE)
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei e.V. (SIPE)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue européenne de droit de la consommation (REDC)
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tad-Diritto e Politiche dell’ Unione Europea (DPUE)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-iStudi sull'Integrazione europea (SIE)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue critique trimestrielle de jurisprudence et de législation (KritV - CritQ - RCrit)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista Română de Drept European (RRDE)
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fondation Kräizbierg (il-Lussemburgu)
  • President tal-Fondation ADIPH (il-Lussemburgu)
  • Membru tal-Kumitat tal-Għorriefa tal-Luxembourg School of Religion & Society (LSRS)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Ordni Gran-Dukali tal-Kuruna tal-Ballut (1999)
  • Uffiċjal tal-Mertu tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2004)
  • Cavaliere di Gran Croce ordine al merito della Repubblica italiana (2009)
  • Kavallier tal-Légion d’honneur (Franza) (2010)
  • Dottore in Giurisprudenza Honoris causa, Università degli Studi del Sannio (Benevento, l-Italja) (2013)
  • Honorary Bencher, Middle Temple (Londra, ir-Renju Unit) (2016)
Heikki Kanninen
Heikki Kanninen
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl-1952 f’Ħelsinki (il-Finlandja), Heikki Kanninen iggradwa fix-xjenzi ekonomiċi fil-Helsingin kauppakorkeakoulu (l-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Superjuri ta’ Helsinki, il-Finlandja) fl-1976 u kiseb master fid-dritt tal-Helsingin yliopisto (l-Università ta’ Helsinki, il-Finlandja) fl-1978. Huwa fi ħdan din l-università li huwa kkompleta l-istudji tiegħu, fl-1988, permezz ta’ diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt.

Heikki Kanninen beda l-karriera professjonali tiegħu fl-1978 bħala référendaire mal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), u sussegwentement sar, mill-1979 sal-1981, segretarju ġenerali tal-Hallinnon oikeusturvakomitea (il-Kumitat dwar ir-Riforma tal-Protezzjoni Legali fl-Amministrazzjoni Pubblika, il-Finlandja), stabbilit mill-Gvern Finlandiż.

Huwa ngħaqad mill-ġdid mal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) fl‑1981, fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ amministratur prinċipali sal‑1984, qabel ma nħatar segretarju ġenerali tal-Hallintolainkäyttökomitea (il-Kumitat dwar ir-Riforma tal-Kontenzjuż Amministrattiv, il-Finlandja) mill‑1984 sal‑1985. Bejn l‑1986 u l‑1993, huwa ngħaqad mad-direttorat għal-leġiżlazzjoni fil-Ministeru għall-Ġustizzja Finlandiż bħala konsulent. Barra minn hekk, mill‑1991 sal‑1993 huwa serva fi ħdan it-Turvapaikkalautakunta (il-Bord tal-Appell dwar ir-Refuġjati, il-Finlandja). Fl‑1993, huwa ħadem bħala riċerkatur mal-Helsingin yliopiston kansainvälisen talousoikeuden instituutti (l-Istitut tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali tal-Università ta’ Helsinki).

Iktar tard fl‑1993, huwa nħatar assistent reġistratur fil-Qorti tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) (Genève, l-Isvizzera) u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑1995. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire mal-Imħallef Leif Sevón, mill‑1995 sal‑1998.

Lura l-Finlandja, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Korkein hallinto-oikeus mill‑1998 sal‑2005 u involva ruħu, fl-istess ħin, fl-attività tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp tal-Istituzzjonijiet Ġudizzjarji Finlandiżi, li tiegħu huwa kien il-Viċi President mill‑2001 sal‑2003.

Heikki Kanninen kien Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mis‑6 ta’ Ottubru 2005 sas‑6 ta’ Ottubru 2009 u eżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mill‑1 ta’ Ottubru 2008 sas‑6 ta’ Ottubru 2009. Fis‑7 ta’ Ottubru 2009, huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali. Kien President ta’ Awla mit‑23 ta’ Novembru 2011 sas‑16 ta’ Settembru 2013. Sħabu fdawh bil-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Qorti Ġenerali mis‑17 ta’ Settembru 2013 sad‑19 ta’ Settembru 2016. Minbarra dawn il-funzjonijiet, fl-istess ħin ippresjeda Awla tal-Qorti Ġenerali. Huwa ġie elett mill-ġdid, minn sħabu, President ta’ Awla ta’ din il-qorti fil‑21 ta’ Settembru 2016 kif ukoll fit‑30 ta’ Settembru 2019, u eżerċita dawn il-funzjonijiet sad-19 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kungress 2027 tal-Fédération Internationale pour le droit européen (FIDE)
  • Membru tal-Académie internationale de droit comparé
  • Membru tas-Société de législation comparée
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Suomen Valkoisen Ruusun ritarikunnan komentajamerkki (Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja) (2007)
  • Suomen Valkoisen Ruusun I luokan komentajamerkki (Salib ta’ Kmandant tal-ewwel klassi tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja) (2022)
Juraj Schwarcz
Juraj Schwarcz
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1952 f’Košice (is-Slovakkja), Juraj Schwarcz kiseb master fid-dritt fl‑1975 u t-titolu ta’ dottorat fid-dritt mill-Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is‑Slovakkja) fl‑1979.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent legali ta’ impriża mill‑1975 sal‑1990 u ngħaqad, fl‑1991, mal-korp tal-maġistratura ta’ pajjiżu bħala reġistratur responsabbli għar-reġistru kummerċjali mal-Mestský súd v Košiciach (il-Qorti Muniċipali ta’ Košice, is-Slovakkja). Is-sena ta’ wara, inħatar imħallef fi ħdan din il-qorti. Bejn l‑1992 u l‑2009, huwa serva wkoll bħala mħallef fil-Krajský súd v Košiciach (il-Qorti Reġjonali ta’ Košice, is-Slovakkja) u hemmhekk assuma, mill‑1994 sal‑2009, il‑funzjonijiet ta’ President ta’ Awla. Bejn l‑2005 u l‑2009, huwa nħatar president tal-Kulleġġ tad-Dritt Kummerċjali. Fl‑2004, huwa ngħaqad għal sena, bħala mħallef ikkollokat, mal-Awla tad-Dritt Kummerċjali tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka).

Mill‑1997 sal‑2009, huwa kien membru estern tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali u ekonomiku tal‑Univerzita Pavla Jozefa Šafárika v Košiciach (l-Università Pavol-Jozef-Šafárik f’Košice, is-Slovakkja) u membru tal-korp tal-għalliema tal-Justičná akadémia Slovenskej republiky (l-Akkademja Legali tar‑Repubblika Slovakka) mill‑2005 sal‑2009.

J. Schwarcz inħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑7 ta’ Ottubru 2009.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei e. V. (SIPE)
Mariyana Kancheva
Mariyana Kancheva
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1958 fi Tryavna (il-Bulgarija), Mariyana Kancheva għandha master fid-dritt miksub fl‑1984, maħruġ mis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija), kif ukoll master komplementari fid-dritt Ewropew miksub fl‑2009, maħruġ mill-Institut d’études européennes tal-Université libre de Bruxelles (l-Istitut għall-istudji Ewropej tal-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju).

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala mħallef staġista mill‑1985 sal‑1986 mas-Sofiyski Okrazhen Sad (il-Qorti Reġjonali ta’ Sofija, il-Bulgarija). Hija kienet konsulent legali mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement iddedikat ruħha għall-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (il-Bulgarija) sal‑2011, kif ukoll fi Brussell (il-Belġju) mill‑2007 sal‑2011. Bejn l‑1992 u l‑1994, M. Kancheva okkupat il-pożizzjoni ta’ direttriċi ġenerali tal-uffiċċju tas-servizzi għall-korp diplomatiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Bulgaru. Matul il-karriera kollha tagħha, hija speċjalizzat ukoll f’diversi oqsma, b’mod partikolari fid-dritt tal-proprjetà intellettwali (irreġistrata fir-reġistru tar-rappreżentanti tal-proprjetà industrijali mal-Patentno Vedomstvo na Republika Bulgaria (l-Uffiċċju tal-Privattivi tar-Repubblika tal-Bulgarija)) u fid-dritt ekonomiku (irreġistrata fir-reġistru għall-amministrazzjoni tal-istralċ u u tal-insolvenza ġudizzjarja mal-Ministeru għall-Ġustizzja Bulgaru).

Barra minn hekk, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ arbitru fil-kuntest tas-soluzzjoni ta’ tilwim kummerċjali fil-Bulgarija. Bħala konsulent legali fil-Parlament Bulgaru, ipparteċipat fl-abbozzar ta’ numru ta’ testi leġiżlattivi. Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew. Barra minn hekk, M. Kancheva intervjeniet f’diversi seminars, forums u konferenzi fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

M. Kancheva nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2011.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-European Women Lawyers’ Association (EWLA)
  • Membru tal-Association Femmes d’Europe
  • Membru onorarju tal-Asoziaziya na zhenite advokati
  • Membru tal-Académie de Droit Européen (ERA)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • “Plakka tal-fidda”, titolu onorarju li jirrappreżenta l-ikbar onorifiċenza tal-Kamra tal-Avukati tar-Repubblika tal-Bulgarija, mogħti mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (2014)
  • Premju nazzjonali tal-ġustizzja “Thémis”, onorifiċenza mogħtija fil-kategorija “Ġustizzja barra mill-fruntieri” (2017)
  • Midalja għall-ġublew tal-15 il sena tal-Fondatsia “Tsentar za obuchenie na advokati Krastyu Tsontchev” (il-Fondazzjoni “Ċentru ta’ taħriġ tal-avukati Krastyu Tsontchev”), bħala rikonoxximent tal-“kontribuzzjoni notevoli bħala lettriċi anzjana għat-titjib tal-kwalifiki tal-avukati Bulgari” (2020)
  • Premju nazzjonali tal-ġustizzja “Thémis”, onorifiċenza speċjali mogħtija fil-kategorija “Integrazzjoni u kooperazzjoni Ewropea” (2020)
Eugène Buttigieg
Eugène Buttigieg
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1961 f’Tas-Sliema (Malta), Eugène Buttigieg studja l-liġi fl-Università ta’ Malta u kiseb dottorat fid-dritt (LL.D) fl‑1986. Fl‑1991, huwa kiseb master fid-dritt Ewropew mill-University of Exeter (l-Università ta’ Exeter, ir-Renju Unit) u, fl‑2004, dottorat fid-dritt mill-University of London (l‑Università ta’ Londra, ir-Renju Unit).

Ammess bħala avukat f’Malta mill‑1987, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fil-Ministeru għall‑Ġustizzja Malti, li fi ħdanu okkupa pożizzjoni ta’ ġurista mill‑1987 sal‑1990. Sussegwentement, bħala ġurista prinċipali, huwa ngħaqad mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti mill‑1990 sal‑1994.

MIll‑1994, E. Buttigieg iddedika ruħu prinċipalment għat-tagħlim: huwa kien lettur mill‑1994 sal‑2001, lettur anzjan mill‑2001 sal‑2006 u professur assoċjat mill‑2007 fl-Università ta’ Malta. Fl‑2009, huwa ngħata l-Katedra Jean Monnet fid-dritt Ewropew u, fl‑2019, laħaq professur. Huwa wkoll professur mistieden tad-dritt tal-kompetizzjoni mal-Queen Mary University of London (l-Università Queen Mary ta’ Londra, ir‑Renju Unit). E. Buttigieg huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Mill‑1994 sal‑2005, huwa kien membru tal-Bord dwar id-Drittijiet tal-Awtur u, bejn l‑1994 u l‑2012, eżerċita l-funzjonijiet ta’ konsulent legali fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u tad-dritt tal-konsumatur fis-settur privat. Huwa wkoll f’din il‑kwalità li ngħaqad, mill‑2000 sal‑2012, mal-Ministeru għall-Ekonomija Malti u mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Mill‑2001 sal‑2009, huwa kien ukoll membru tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.

E. Buttigieg inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ottubru 2012.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Kofondatur u viċi President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudji tad-Dritt Ewropew
Vesna Tomljenović
Vesna Tomljenović
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1956 f’Rijeka (il-Kroazja), Vesna Tomljenović kisbet, fl‑1979, master fid-dritt mill-iSveučilište u Rijeci (l-Università ta’ Rijeka) u sussegwentement, fl‑1984, master fid-dritt u, fl‑1996, dottorat fid-dritt mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja). Hija ġiet ammessa bħala avukat fil-Kroazja fl‑1982.

Bejn l‑2005 u l‑2013, hija kienet koordinatriċi tal-programm speċjalizzat ta’ studji superjuri “Dritt għall-integrazzjoni Ewropea” għall-iSveučilište u Rijeci (l-Università ta’ Rijeka). Bejn l‑2005 u l‑2013, hija kienet titolari tal-Katedra tad-dritt internazzjonali u tad-dritt privat Ewropew. Fl‑2003, kienet professoressa mistiedna fl-École de droit de la Tulane University (l-Università Tulane, l-Istati Uniti) fil‑kuntest tal-programm Fulbright. Hija kienet ġiet inkluża fil-lista ta’ arbitri tal-iStalno arbitražno sudište Hrvatske gospodarske komore (il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Kroazja).

Mill‑2005 sal‑2013, kienet responsabbli għall-Grupp ta’ Ħidma tat-tim tan-negozjati tar-Repubblika tal-Kroazja, għall-Kapitolu 28 tal-acquis communautaire (Protezzjoni tal-Konsumaturi u tas-Saħħa). Mill‑2006, ippresjediet il-Hrvatska udruga za poredbeno pravo (l-Assoċjazzjoni Kroata tad-Dritt Komparattiv).

V. Tomljenović inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl‑4 ta’ Lulju 2013. Hija ġiet eletta minn sħabha fil-funzjonijiet ta’ Presidenta ta’ Awla fil‑21 ta’ Settembru 2016 u sussegwentement fit‑30 ta’ Settembru 2019, u serviet f’din il-kwalità sad‑19 ta’ Settembru 2022.

Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1967 fi Voiron (Franza), Stéphane Gervasoni huwa ggradwat mill-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Grenoble (Franza) fl‑1988 u mill-École nationale d’administration (ENA) (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni) (Franza) fl‑1993 (Promotion Léon Gambetta).

Huwa fil-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Pariġi, Franza) li beda, fl‑1993, il-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal tas-smigħ u sussegwentement, mill‑1996, okkupa l-kariga ta’ maître des requêtes (kariga li żamm sal‑2008, sena li fiha nħatar fil-grad ta’ konsulent tal-Istat). F’din il-kapaċità, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż sal‑1997, u fl-istess ħin serva fit-taqsima soċjali (mill‑1996 sal‑1997). Fl‑istess waqt, huwa ngħata wkoll, mill‑1994 sal‑1996, il-funzjonijiet ta’ kummissarju tal-gvern mal‑kumitat speċjali ta’ kassazzjoni tal-pensjonijiet, li dak iż-żmien kien temporanjament inkluż fil‑Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), u, mill‑1995 sal‑1997, dawk ta’ konsulent legali mal-Ministeru għas‑Servizz Pubbliku Franċiż u tal-Ville de Paris.

Fl‑1997, Stéphane Gervasoni ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Yonne (Franza) bħala segretarju ġenerali, inkarigat ukoll mill-funzjonijiet ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Auxerre, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1999. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Savoie (Franza) fejn assuma, mill‑1999 sal‑2001, il-funzjonijiet ta’ segretarju ġenerali u dawk ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Chambéry (Franza).

Il-funzjonijiet li Stéphane Gervasoni eżerċita fi ħdan il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) u l-amministrazzjoni pubblika wassluh fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fejn huwa ngħaqad bħala référendaire mal-Imħallef Jean-Pierre Puissochet, mill‑2001 sal‑2005. Huwa nħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil‑5 ta’ Ottubru 2005, jum li fih ġiet stabbilita din il-qorti li kienet għadha kemm inħolqot. Huwa eżerċita l-funzjonijiet tiegħu hemmhekk sas‑6 ta’ Ottubru 2011, u dan bħala President ta’ Awla bejn is‑6 ta’ Ottubru 2008 u s‑6 ta’ Ottubru 2011.

Imsejjaħ lura fil-funzjonijiet tiegħu mal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), Stéphane Gervasoni kien, mill‑2011 sal‑2013, assistent tal-President tat-Tmien Awla tat-taqsima tal-kontenzjuż.

Barra minn hekk, huwa ddedika ruħu għal attivitajiet ta’ tagħlim, bħala lettur anzjan, mill‑1993 sal‑1995, fi ħdan l-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Pariġi, u mal-Université de Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu), mill‑2016. Barra minn hekk, huwa kien ukoll membru titolari tal-Bord tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) mill‑2001 sal‑2005, u membru tal-Bord tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) mill‑2011 sal‑2013.

Stéphane Gervasoni nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑16 ta’ Settembru 2013. Elett darbtejn minn sħabu bħala President ta’ Awla, huwa serva f’din il-kariga mill‑21 ta’ Settembru 2016 sad-19 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Institut d’études politiques (IEP) ta’ Grenoble
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti u tal-ex studenti tal-École nationale d’administration (ENA)
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-membri tal-Conseil d’État
  • Membru tas-Société de Législation Comparée
  • Membre tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue universelle des droits de l’Homme
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kavallier tal-Légion d’honneur (maħtur b’digriet tal-President tar-Repubblika Franċiża) (2012)
Lauri Madise
Lauri Madise
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1974 f’Tartu (l-Estonja), Lauri Madise kiseb diploma fid-dritt mit-Tartu Ülikool (l‑Università ta’ Tartu, l-Estonja) fl‑1998 u fl-université de Poitiers (l‑Università ta’ Poitiers, Franza) fl‑1995.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent fil-Ministeru għall-Ġustizzja Estonjan mill‑1995 sal‑1999, qabel ma nħatar kap tas-Segretarjat tal-Kumitat Kostituzzjonali tal-Parlament Estonjan, mill‑1999 sal‑2002.

Fl‑2002, L. Madise daħal fis-servizz tal-korp tal-maġistratura ta’ pajjiżu bħala mħallef fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallin, l-Estonja). Fl‑2005, huwa nħatar ukoll membru tal‑Kummissjoni tal-Eżamijiet tal-Maġistratura u pparteċipa f’xogħlijiet leġiżlattivi fl-oqsma tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt amministrattiv.

L. Madise nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fit‑23 ta’ Ottubru 2013.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Estonjani
Nina Półtorak
Nina Półtorak
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1971 fil-Polonja, Nina Półtorak kisbet diploma fid-dritt fl‑1995 u fl‑2001 iddefendiet teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków, il-Polonja). Fl‑2011, hija ngħatat it-titolu ta’ dottorat avvanzat fix-xjenzi legali

Ammessa fil-Kamra tal-Konsulenti Legali fil-Polonja fl‑2000, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet mill‑2000 sal‑2012 f’numru ta’ uffiċċji tal-avukati fejn ipprovdiet l-esperjenza tagħha fil-qasam tad-dritt Pollakk u tad-dritt Ewropew u billi rrappreżentat klijenti quddiem l-iktar qrati għolja. Fl‑2012, hija ngħaqdet mal-korp tal-ġudikatura Pollakka bħala mħallef fil-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Kraków) u, fl‑2014, hija ġiet aassenjata lin-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Bejn l‑2013 u l‑2016, hija ġiet innominata direttriċi tad-dipartiment tad-dritt Ewropew tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja).

N. Półtorak segwiet ukoll karriera fit-tagħlim universitarju bħala lettriċi mill‑1995 sal‑2003, qabel ma saret, mill‑2003 sal‑2013, professoressa assoċjata mal-Katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków), fejn wettqet riċerka universitarja u fost affarijiet oħra għallmet id-dritt kostituzzjonali u d-dritt amministrattiv tal-Unjoni Ewropea u kienet superviżura ta’ teżijiet ta’ master u ta’ dottorat. Barra minn hekk, hija mexxiet il-programmi ta’ studji postuniversitarji fid-dritt tal-Unjoni fl-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków) mill‑2006 sal‑2016. Hija ddedikat ruħha wkoll għar-riċerka legali u ngħaqdet, bħala “Visiting Scholar”, mal-Oxford University (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 u mal-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2005. Hija awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt Ewropew u għallmet fl-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków) mill‑2013, bħala professoressa mal-Katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

N. Półtorak inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Polskie Stowarzyszenie Prawa Europejskiego
  • Membru tar-Research Network on EU Administrative Law “ReNEUAL”
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista legali “Europejski Przegląd Sądowy”
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista legali “Państwo i Prawo”
  • Membru tal-Bord ta’ Programmazzjoni tar-rivista legali “The Polish Review of International and European Law”
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju mill-Prim Ministru Pollakk għal teżi ta’ dottorat eċċezzjonali (2002)
  • Onorifiċenza mill-kompetizzjoni nazzjonali tar-rivista legali “Państwo i Prawo” għall-aħjar teżi ta’ dottorat (2002)
  • Premju mill-Fundacja Promocji Prawa Europejskiego għall-ktieb “Odpowiedzialność odszkodowawcza państwa w prawie Wspólnot europejskich” (2003)
  • Premju tal-kompetizzjoni tar-rivista legali “Dziennik Gazeta Prawna” li jikkumpensa l-aħjar konsulenti fit-tilwim fiskali (2009)
  • Premju mill-kanċillier tal-Uniwersytet Jagielloński għal xogħol akkademiku eċċezzjonali (2011)
  • Premju mill-Ministru għax-Xjenza u għall-Edukazzjoni Ogħla (il-Polonja) (2012)
  • Premju tal-kompetizzjoni nazzjonali tar-rivista legali “Państwo i Prawo” għall-aħjar teżi li twassal għall-għoti ta’ warrant (2013)
Inga Reine
Inga Reine
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1975 f’Riga (il-Latvja), Inga Reine kisbet diploma fid-dritt mil-Latvijas Universitāturali (l-Università tal-Latvja) fl‑1996 u master mill-European Inter-University Centre for Human Rights and Democratisation (EIUC) (iċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, l-Italja) fl‑1998.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista fl-Uffiċċju Latvjan għad-Drittijiet tal-Bniedem mill‑1995 sal‑1999, qabel ma ngħaqdet mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) bħala konsulent fil-kuntest tal-missjoni fil-Kosovo mill‑1999 sal‑2002 u tal-missjoni fil-Montenegro mill‑2002 sal‑2003.

Bejn l‑2003 u l‑2012, hija kompliet il-karriera tagħha bħala ġurista fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Latvjan u tirrappreżenta lill-Gvern Latvjan fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Matul dan il-perijodu, hija barra minn hekk ġiet innominata membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fl‑2012, I. Reine nħatret bħala kap ta’ diviżjoni tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Latvja fl-Unjoni Ewropea fi Brussell u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2015. Barra minn hekk, hija kienet konsulent legali hemmhekk bejn l‑2012 u l‑2016.

I. Reine nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2016.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Arbitru fi ħdan il-Qorti ta’ Konċiljazzjoni u Arbitraġġ tal-OSCE
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Atzinības krusts (IV. šķira) (2011)
Paul Nihoul
Paul Nihoul
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1963 fi Brussell (il-Belġju), Paul Nihoul kiseb diploma fid-dritt mill-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) fl‑1988 u Master of laws fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑1989. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑1998. Huwa wkoll fi ħdan din l-università li kiseb, fl‑1984, diploma fil-filoloġija u fil-filosofija.

Ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ New York (l-Istati Uniti) fl‑1990, eżerċita hemmhekk il-professjoni ta’ avukat bħala Attorney and Counselor at Law. Lura fl-Ewropa, daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, mill‑1991 sal‑1995, bħala référendaire mal-Imħallef René Joliet u sussegwentement mal-Imħallef John Murray.

Bejn l‑1995 u l‑1999, kompla karriera universitarja bħala riċerkatur fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) qabel ma nħatar lettur u, sussegwentement, professur fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università ta’ Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑1999 sal‑2010, u fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) mill‑2001. F’din l-aħħar università, kien direttur taċ-ċentru tad-dritt tal-konsumatur bejn l‑2001 u l‑2016. Fl-istess ħin, huwa ġie elett, f’din l-istess università, President tal-Korp Akkademiku bejn l‑2004 u l‑2006, u President tal-institut d’études juridiques (l-Istitut ta’ Studji Legali) mill‑2012 sal‑2015. P. Nihoul kien titolari, mill‑1999 sal‑2009, tal-Katedra Jean Monnet assenjata ad personam mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Huwa għallem fl-université Paris-Dauphine (l-Università Paris-Dauphine, Franza), bħala professur mistieden mill‑2013 sal‑2016. Mill‑2010 sal‑2011, ingħaqad, bħala Fulbright scholar, mal-American University (Washington DC, l-Istati Uniti). Huwa jippresjedi l-Academic Society for Competition Law (Ascola) mill‑2013 sal‑2016.

P. Nihoul inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Academia Europeae
  • Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Academic Society for Competition Law (Ascola)
  • Editur prinċipali u, sussegwentement għall-ħatra tiegħu fil-Qorti Ġenerali, membru tal-Kumitat Editorjali ta’ numru ta’ rivisti legali: Journal of European Competition Law and Practice, Journal de droit européen, European Journal of Consumer Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivisti legali li ġejjin: Les Cahiers du juriste, Market and Competition Law Review
  • Direttur tal-kollezzjoni “Europe”, tal-editur Larcier
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Prix d’excellence, Wallonie-Bruxelles International (2010 2011)
  • Prix de la Communauté française, Brussell, 1984, għall-aħjar teżi ppreżentata fil-filoloġija
Ulf Öberg
Ulf Öberg
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1966 fi Stokkolma (l-Isvezja), Ulf Öberg kiseb diploma fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja) fl‑1991. Huwa kompla bl-istudji tiegħu fl-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, Franza) fejn kiseb diploma ta’ studji superjuri speċjalizzati fid-dritt tas-suq komuni fl‑1992. Fl‑1993, huwa ggradwa mill-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Pariġi (Franza) fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala riċerkatur mal-Aġenzija għar-Riċerka tad-Difiża Nazzjonali Svediża fl‑1992 u fl‑1994, u pparteċipa, mill‑1993 sal‑1994, fil-programm ta’ taħriġ tal-uffiċjali Svediżi.

Mill‑1994 sal‑1995, kien konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż u sussegwentement ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Hans Ragnemalm, mill‑1995 sal‑2000.

Lura fl-Isvezja, U. Öberg beda karriera universitarja bħala riċerkatur u lettur fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma). Huwa waqqaf l-uffiċċju tiegħu stess u eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-iSveriges advokatsamfund (l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Svediża) mill‑2006 sal‑2016.

U. Öberg inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-bord u jgħallem id-dritt kostituzzjonali fl-iSveriges advokatsamfund bħala parti mill-formazzjoni tal-Kamra tal-Avukati sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ “advokat”
  • Membru tas-Centre d’étude et de prospective stratégique (CEPS) (Pariġi, Franza)
  • Parteċipant fix-xogħol tal-Forum for EU-US Legal-Economic Affairs tal-Mentor Group (Boston, l-Istati Uniti)
Colm Mac Eochaidh
Colm Mac Eochaidh
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1963 f’Dublin (l-Irlanda), Colm Mac Eochaidh kiseb diploma fid-dritt mill-University College Dublin, National University of Ireland (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Università Nazzjonali tal-Irlanda) fl‑1984.

Ammess sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Irlanda u affiljat mal-Honorable Society of King’s Inns Dublin mill‑1987, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala ġurista fl-affarijiet Ewropej, mill‑1988 sal‑1990, fi ħdan il-Law Society of England and Wales (il-Kamra tal-Avukati tal-Ingilterra u ta’ Wales). Barra minn hekk, huwa rrappreżenta lil din l-istess kamra, kif ukoll il-Law Society of Scotland (il-Kamra tal-Avukati tal-Iskozja), fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej fi Brussell, mill‑1990 sal‑1993.

Bejn l‑1993 u l‑2009, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda bħala Barrister, qabel ma’ ġie aċċettat bħala Senior Counsel fl‑2009.

Barra minn hekk, iddedika ruħu bħala lettur tad-dritt tal-kompetizzjoni fl-Honorable Society of King’s Inns Dublin mill‑1993 sal‑1999, qabel ma sar lettur inkarigat mill-korsijiet fiċ-China-EU School of Law taż-Zhabra ngguó Zhègfǎ Dàxué (l-Università Ċiniża tax-Xjenzi Politiċi u tad-Dritt, iċ-Ċina).

Fl‑2012, inħatar imħallef għall-High Court of Ireland (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) u serva hemmhekk, bejn l‑2014 u l‑2017, bħala President tal-Awla responsabbli għall-immigrazzjoni u l-ażil.

C. Mac Eochaidh inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2017.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Viċi President tal-Irish Centre for European law
  • Bencher tal-Honourable Society of King’s Inns
Geert De Baere
Geert De Baere
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1979 f’Antwerpen (il-Belġju), Geert De Baere kiseb liċenzja ta’ dritt fl-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen, il-Belġju) fl‑2002 u Master of Laws fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fl‑2003. Huwa kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ dottorat fid-dritt fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2007. Fil-kuntest tad-dottorat tiegħu, kien riċerkatur mistieden mal-Columbia Law School tal-Columbia University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università Columbia, l-Istati Uniti) fl‑2005.

Wara li temm id-dottorat tiegħu, huwa ngħaqad, bħala riċerkatur postdottorali assoċjat, mal-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen), li magħha kien affiljat mill‑2007 sal‑2009.

Huwa mbagħad ingħaqad bħala lettur mistieden, fl‑2009, mal-Katholieke Universiteit Leuven (KUL) (l-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju) sabiex jgħallem hemmhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali, li sussegwentement għallem bħala lettur mill‑2010 sal‑2014 u bħala lettur prinċipali mill‑2015.

Bejn l‑2007 u l‑2009, G. De Baere eżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja mal-Avukata Ġenerali Eleanor Sharpston, u sussegwentement, mill‑2016 sal‑2017, mal-Imħallef Alexandra (Sacha) Prechal.

Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑4 ta’ Ottubru 2017 u serva bħala President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2021 sad‑19 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-International Advisory Board tal-Jean Monnet Network “EU-China Legal and Judicial Cooperation (EUPLANT)” tal-Queen Mary University ta’ London
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Europe and the World: A Law Review
  • Editur tal-annotazzjonijiet tal-ġurisprudenza tal-Columbia Journal of European Law
  • Membru tal-Academic review Board tal-Cambridge International Law Journal
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Oxford Reports on International Law in EU Courts
Ramona Frendo
Ramona Frendo
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1971 f’Malta u oriġinarjament miż-Żejtun (Malta), Ramona Frendo kisbet mill-Università ta’ Malta diploma fid-dritt fl‑1993 u dottorat fid-dritt fl‑1995. Hija kompliet l-istudji tagħha fil‑University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fejn fl‑1996 kisbet master fil‑kriminoloġija. Fl‑2018, hija kkompletat l-istudji universitarji tagħha permezz ta’ studji ta’ dottorat fid-dritt Ewropew mill-King’s College London (Londra, ir-Renju Unit).

R. Frendo bdiet il-karriera tagħha bħala avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Malta, professjoni li hija eżerċitat mill‑1996 sal‑2019. Barra minn hekk, il-konoxxenzi pluridixxiplinari tagħha wassluha tokkupa, mill‑1997 sal‑1998, pożizzjoni ta’ konsulent legali fil-Ministeru għall-Protezzjoni Soċjali ta’ Malta u dik ta’ espert legali fi ħdan il-qrati tal-Belt Valletta (Malta) bejn l‑1997 u l‑2019, kif ukoll ma’ diversi kumpanniji tal-assigurazzjoni, mill‑2006 sal‑2019.

Mill‑2006 sal‑2019, hija kienet membru taċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta u, mill‑2009 sal‑2019, tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi ta’ Malta. Hija nħatret membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tal‑Familja (Malta) mill‑2012 sal‑2013, data li fiha hija serviet ukoll fi ħdan il-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Malta) u sussegwentement, bejn l‑2014 u l‑2016, quddiem il-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Sistema Ġudizzjarja (Malta). Wara li fl‑2016 inħatret mill-Gvern Malti kunsilliera speċjali fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Viżi” tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hija ppresjediet dan il-Grupp ta’ Ħidma fil-kuntest tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill fl-ewwel nofs tal‑2017.

R. Frendo nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑20 ta’ Marzu 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-“ħbieb” tal-Académie de Droit Européen (ERA)
  • Membru tal-Cambridge Society of Luxembourg
  • Membru tal-Association of European Data Protection Judges
Tuula Riitta Pynnä
Tuula Riitta Pynnä
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1958 f’Turku (il-Finlandja), Tuula Riitta Pynnä kisbet master fid-dritt mit-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku, il-Finlandja) fl‑1981 kif ukoll master fid-dritt mill-Universität Trier (l-Università ta’ Trier, il-Ġermanja) fl‑1993. L-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika) taha master fl-istudji ġuridiċi Ewropej fl‑1994 bi sħab mal-université Nancy 2 (l-Università ta’ Nancy 2, Franza) u l-Aristotélio Panepistímio Thessaloníkis (l-Università ta’ Aristotli de Thessaloniki, il-Greċja).

Fl‑1981, bdiet il-karriera professjonali tagħha u kienet lettriċi mat-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku) sal‑1982. Hija ngħaqdet sussegwentement mal-korp tal-maġistratura Finlandiża bħala mħallef temporanju fil-Porin raastuvanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pori, il-Finlandja) mill‑1982 sal‑1983. Hija nħatret kap ta’ servizz fil-Porin poliisilaitos, väestökirjatoimiston johtaja (l-Uffiċċju tal-Popolazzjoni, il-Finlandja), għal sentejn, qabel ma ssejħet mill-ġdid sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha ta’ mħallef. Fl‑1984, eżerċitat għal sena l-funzjonijiet ta’ référendaire u ta’ mħallef temporanju fir-Rovaniemen kihlakunnanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ulvila, il-Finlandja). Mill‑1985 sal‑1995, hija serviet, l-ewwel bħala mħallef temporanju u sussegwentement bħala mħallef fit-Tampereen raastuvanoikeus (il-Qorti ta’ Tampere, il-Finlandja) u wkoll fi ħdan il-Pirkanmaan käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pirkanmaa, il-Finlandja).

Bejn l‑1996 u l‑2005, T. R. Pynnä ngħaqdet mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Finlandiż bħala kap ta’ unità tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea u konsulenta legali, li wassalha tirrappreżenta l-Finlandja fil-kawżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kienet ġiet adita bihom. Hija nħatret kap tad-delegazzjoni Finlandiża fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Qorti tal-Ġustizzja” tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, u barra minn hekk hija serviet fi ħdan il-grupp tal-“Ħbieb tal-Presidenza” għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja Komunitarja fit-Trattat ta’ Nice.

T. R. Pynnä nħatret imħallef fiż-żewġ qrati supremi tal-Finlandja. Hija nħatret, fl‑2005, imħallef temporanju u sussegwentement, sa mill‑2006, imħallef fil-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja). Sussegwentement hija serviet fil-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja) mill‑2012 sal‑2019. Barra minn hekk, hija membru tal-Kumitat Dixxiplinari tal-Borża ta’ Nasdaq OMX Ħelsinki (il-Finlandja) mill‑2015 sal‑2019, u membru, mill‑2011 sal‑2019, tal-Kumitat ta’ Eżami tas-Suomen Asianajaliitto (l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja), li hija ppresjediet mill‑2013 sal‑2019.

T. R. Pynnä nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Fakultà tal-Liġi tat-Turun yliopisto
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kungress 2026 tal-Fédération Internationale pour le Droit Européen (FIDE), li ser jinżamm f’Ħelsinki
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Midalja għall-mertu għal tletin sena servizz mal-Istat (2015)
  • Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2019)
Johannes Christoph Laitenberger
Johannes Christoph Laitenberger
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1964 f’Hamburg (il-Ġermanja), Johannes Christoph Laitenberger studja d-dritt fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja). Fl‑1990, huwa għadda b’suċċess, fil-Ġermanja, mill-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt.

Sussegwentement, ħadem, fl‑1991, fil-Bundestag (il-Parlament Ġermaniż), bħala kollaboratur legali fi ħdan id-dipartimenti tal-amministrazzjoni.

Huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Rechtsreferendar fil-ġurisdizzjoni tal-Oberlandesgericht Köln (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Köln, il-Ġermanja) mill‑1991 sal‑1994. Fl‑1994, huwa għadda b’suċċess, fil‑Ġermanja, mit-tieni eżami tal-Istat fid-dritt.

Barra minn hekk, bejn l‑1991 u l‑1995, huwa ddedika ruħu għal kompiti, part-time, ta’ lettur u ta’ riċerkatur fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn).

Fl‑1995, huwa kkollabora, ukoll part-time, f’uffiċċju legali.

Ammess sabiex jeżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-Ġermanja, huwa kien konsulent legali ta’ federazzjoni ta’ impriżi fl‑1996, qabel ma daħal fis-servizz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Huwa ngħaqad mat-tim tal-konsulenti tad-Direttorat tal-Amministrazzjoni u tal-Protokoll tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill‑1996 sal‑1999, data li fiha huwa nħatar bħala relatur fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Sussegwentement huwa eżerċita diversi funzjonijiet b’kollaborazzjoni diretta mal-membri tal‑Kummissjoni. Bejn l‑1999 u l‑2003, Viviane Reding, Kummissarju Ewropew, ħatritu membru tal‑uffiċċju tagħha, li huwa mexxa mill‑2003 sal‑2004. Mill‑2004 sal‑2005, huwa ngħaqad, bħala membru, mal-uffiċċju ta’ José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni. Bejn l‑2005 u l‑2009, inħatar kelliem tal-Kummissjoni u kap tad-dipartiment tal-kelliema tal-Kummissjoni. Mill‑2009 sal‑2014, huwa reġa’ ngħaqad mal-President tal-Kummissjoni, bħala kap ta’ uffiċċju.

Fl‑2014, inħatar assistent direttur ġenerali tas-servizz legali tal-Kummissjoni u sussegwentement eżerċita, mill‑2015 sal‑2019, il-funzjonijiet ta’ direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal‑Kummissjoni.

J. C. Laitenberger ħa l-ġurament bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Bord Editorjali tal-Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue Concurrences
  • Membru tal-Bord Editorjali tan-Neue Zeitschrift für Kartellrecht (NZK)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Grande-Oficial da Ordem do Infante D. Henrique, mogħti mill-President tar-Repubblika Portugiża (2014)
Roberto Mastroianni
Roberto Mastroianni
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1964 f’Cosenza (l-Italja), Roberto Mastroianni kiseb diploma fid-dritt fl-Università degli Studi di Firenze (l-Università ta’ Firenze, l-Italja) fl‑1987 u master fid-dritt fil-Penn State University Dickinson School of Law (id-Dickinson School of Law tal-Università tal-Istat ta’ Pennsylvania, l-Istati Uniti) fl‑1990. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-Università di Bologna (l-Università ta’ Bologna, l-Italja), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑1992. Sussegwentement huwa beda studji postdottorali fl-université de Genève (l-Università ta’ Genève, l-Isvizzera) mill‑1992 sal‑1993, kif ukoll fl-Universiteit van Amsterdam (l‑Università ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u n-New York Law School (l-Iskola tal-Liġi ta’ New York, l‑Istati Uniti) fl‑1993 u fl‑1994.

R. Mastroianni beda l-karriera professjonali tiegħu bħala riċerkatur fid-dritt internazzjonali mal‑Università degli Studi di Firenze (l-Università ta’ Firenze) mill‑1992 sal‑1997, qabel ma daħal fis‑servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukati Ġenerali Giuseppe Tesauro u Antonio Saggio, mill‑1997 sal‑2000.

Sussegwentement, huwa ddedika ruħu, bħala professur, għat-tagħlim tad-dritt tal-Unjoni fl-Università degli Studi di Napoli Federico II (l-Università ta’ Napoli Federico II, l-Italja) mill‑2000 sal‑2019, perijodu li wassal għall-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ xogħlijiet. Barra minn hekk, huwa għallem id-dritt tal-Unjoni u d-dritt tal-kontenzjuż Ewropew fl-université Paris 2 – Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi 2 - Panthéon-Assas, Franza) mill‑2011 sal‑2013, bħala professur mistieden. Huwa għallem ukoll id-dritt tal‑Unjoni fil-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudju Soċjali “Guido Carli”, l-Italja) mill‑2013 sal‑2017. Fl‑2015, inħatar professur tad‑dritt komparattiv tal-kompetizzjoni mal-iSturm College of Law tal-University of Denver (l-iSturm College of Law tal-Università ta’ Denver, l-Istati Uniti), fejn huwa għallem sal‑2019.

Bejn l‑1993 u l‑2019, R. Mastroianni kien avukat bi dritt ta’ udjenza quddiem il-qrati superjuri Taljani. Mill‑2013 sal‑2015, huwa kien parti mill-Kumitat ta’ Tmexxija tas-Società Italiana di Diritto Internazionale (SIDI) (l-Assoċjazzjoni Taljana tad-Dritt Internazzjonali) u tal-Associazione Italiana Studiosi di Diritto dell’Unione Europea (AISDUE) (l-Assoċjazzjoni Taljana għall-Istudji tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea) mill‑2018 sal‑2021. Barra minn hekk, inħatar konsulent għall-affarijiet leġiżlattivi mad-Dipartiment għall‑Affarijiet Ewropej tal-Gvern Taljan bejn l‑2015 u l‑2018.

R. Mastroianni nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Associazione Italiana Studiosi di Diritto dell’ Unione Europea (AISDUE)
  • Membru tas-Società Italiana di Diritto Internazionale (SIDI)
  • Membru tal-European Law Institute (ELI)
  • Membru tal-Kumitat Editorjali jew tal-Kumitat Xjentifiku tar-rivisti ġuridiċi “Il Diritto dell’Unione Europea”, “Rivista italiana di diritto pubblico comunitario”, “Studi dell’integrazione europea”, “Diritto, mercato e Tecnologia”, “Federalismi”, “The Journal of Media Law” u “Media Laws - Rivista di Diritto dei Media”
  • Membru tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni tal-kandidati għall-kwalifika fil-funzjonijiet ta’ professur universitarju fid-dritt tal-Unjoni Ewropew fl-Italja (2019 2021)
José Martín y Pérez de Nanclares
José Martín y Pérez de Nanclares
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1965 f’Vitoria-Gasteiz (Spanja), José Martín y Pérez de Nanclares kiseb diploma fid-dritt mill-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca, Spanja) fl‑1988. Mill‑1988 sal‑1989, huwa studja d-dritt kostituzzjonali fl-Universität zu Köln (l-Università ta’ Köln, il-Ġermanja) u kiseb, fl‑1991, master fid-dritt Ewropew fl-Universität Saarbrücken (l-Università ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja). Fl‑1994, huwa ddefenda t-teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Universität Saarbrücken (l-Università ta’ Saarbrücken) u mal-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca).

Huwa ddedika ruħu għat-tagħlim tad-dritt internazzjonali u beda l-karriera professjonali tiegħu fl-Universidad de La Rioja (l-Università ta’ La Rioja, Spanja) bħala lettur anzjan mill‑1993 sal‑1996, u sussegwentement bħala professur mill‑1996 sal‑2001. Fl‑1996, huwa nħatar Segretarju Ġenerali tal-Universidad de La Rioja (l-Università ta’ La Rioja) qabel ma sar il-viċi rettur tar-riċerka, mill‑1996 sal‑2000, u sussegwentement viċi rettur tar-relazzjonijiet internazzjonali mill‑2004 sal‑2008. Bejn l‑2001 u l‑2009, kien titolari tal-Katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku, iżda wkoll tal-Katedra Jean Monnet fid-dritt tal-Unjoni. Mill‑2009 sal‑2012, l-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca) ħatritu titolari tal-Katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku, li ġiet assenjata lilu mill-ġdid fl‑2018.

Mill‑2012 sal‑2018, inħatar direttur tal-uffiċċju tal-affarijiet legali internazzjonali fil-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni. Fl‑2018, huwa okkupa għal sena l-pożizzjoni ta’ direttur tal-uffiċċju tal-presidenza tal-Consejo de Estado (il-Kunsill tal-Istat, Spanja).

J. Martín y Pérez de Nanclares inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Max-Planck-Institut für ausländisches öffentliches Recht und Völkerrecht
  • Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tat-taqsima Spanjola tal-Fédération Internationale pour le droit européen (FIDE)
  • Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista de Derecho comunitario europeo
  • Membru tal-Kunsill Konsultattiv tal-Institut Barcelona d’estudis internacionals
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista Cuadernos Europeos ta’ Deusto
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Anuario de la facultad de derecho de la Universidad Autónoma de Madrid
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Dottorat honoris causa, Universidad de Piura (il-Perù) (2009)
  • Cruz de la Orden de San Raimundo de Peñafort (2016)
Gerhard Hesse
Gerhard Hesse
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1970 fi Vjenna (l-Awstrija), Gerhard Hesse kiseb diploma fid-dritt fl‑1993 u ddefenda, fl‑2002, teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija).

Il-karriera professjonali tiegħu bdiet fl‑1994 mal-Kanċellerija Federali (l-Awstrija), bħala membru tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ewropej. Huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet għal sena qabel ma ngħaqad mad-dipartiment għall-affarijiet ġuridiċi tal-Kanċellerija Federali mill‑1995 sal‑2000, bħala membru u sussegwentement bħala kap ta’ dipartiment. Bejn l‑2000 u l‑2002, huwa kien konsulent legali mal-Arbeiterkammer (Awla Industrijali, l-Awstrija) qabel ma ssejjaħ mill-ġdid, mill‑2002 sal‑2007, fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru u ta’ kap ta’ dipartiment mas-Servizz Legali tal-Kanċellerija Federali. Mill‑2007 sal‑2010, inħatar konsulent legali fi ħdan l-uffiċċju tal-Kanċillier Federali Awstrijak u assuma l-funzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali mas-Servizz Legali tal-Kanċellerija Federali bejn l‑2010 u l‑2017. Mill‑2017 sal‑2019, huwa kien id-Direttur Ġenerali tas-Servizz legali tal-Ministeru Awstrijak għall-Affarijiet Kostituzzjonali, għar-Riformi, għad-Deregolamentazzjoni u għall-Ġustizzja.

Barra minn hekk, fl‑2010, inħatar membru tal-Kunsill tal-Gvern Awstrijak fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑2019. Huwa kien ukoll President tal-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bibljoteka nazzjonali Awstrijaka mill‑2017 sal‑2019. L-esperjenza tiegħu fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Awstrijaka tat lok għall-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ xogħlijiet legali.

G. Hesse nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Österreichische Juristenkommission
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Österreichischer Juristentag
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Silbernes Ehrenzeichen für Verdienste um die Republik Österreich
  • Großes Silbernes Ehrenzeichen mit Stern für Verdienste um die Republik Österreich
Miguel Sampol Pucurull
Miguel Sampol Pucurull
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1974 f’Barcelona (Spanja), Miguel Sampol Pucurull kiseb, fl‑1997, diploma fid-dritt u, fl‑1998, diploma fil-ġestjoni tan-negozju mill-Universidad Pontificia Comillas ICADE (l-Università Pontifika ta’ Comillas, Spanja) fl‑1998.

Beda l-karriera tiegħu bħala abogado del Estado: mill‑2002 sal‑2005, huwa rrappreżenta l-Istat quddiem il-qrati Spanjoli qabel ma’ ngħaqad, mill‑2005 sal‑2006, mas-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Kultura Spanjol. Mill‑2006 sal‑2007, ingħaqad mas-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Spanjol inkarigat mill-kwistjonijiet marbuta mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Mill‑2007 sal‑2014, M. Sampol Pucurull eżerċita l-funzjonijiet ta’ abogado del Estado-konsulent legali fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Spanja fl-Unjoni Ewropea. Fl‑2014, huwa daħal fis-servizz tal-Ministeru għall-Ġustizzja Spanjol bħala Subdirettur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Abogacía General del Estado (il-Kunsill Legali tal-Istat). Għal dan il-għan, eżerċita fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni Spanjola l-funzjonijiet ta’ abogado del Estado-Jefe tas-servizz legali tal-Istat inkarigat mill-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sal‑2019. Matul dan il-perijodu, huwa serva wkoll fil-Bord ta’ Amministrazzjoni ta’ diversi impriżi pubbliċi u l-prattika minnu tal-liġi wassal għar-redazzjoni ta’ diversi pubblikazzjonijiet legali.

M. Sampol Pucurull inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Asociación Española para el Estudio del Derecho Europeo
  • Membru tal-Asociación de Abogados del Estado
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Cruz Distinguida de Primera clase de San Raimundo de Peñafort del Ministerio de Justicia (2016)
  • Encomienda de la Orden del Mérito Civil del Ministerio de Asuntos exteriores y cooperación (2019)
Mirela Stancu
Mirela Stancu
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1974 f’Călărași (ir-Rumanija), Mirela Stancu kisbet mill-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija) diploma fid-dritt fl‑1998 u dottorat fid-dritt fl‑2009.

Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Bukarest (ir-Rumanija) mill‑1999 sal‑2002, qabel ma ddedikat ruħha għat-tagħlim tad-dritt proċedurali fl-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest): hemmhekk kienet lettriċi mill‑2002 sal‑2018 u lettriċi anzjana mill‑2018, perijodi li matulhom kitbet numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.

M. Stancu serviet fil-kariga ta’ mħallef fil-Judecătoria Sectorului 3 Bucureşti (il-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-Tielet Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2004 sal‑2009, u sussegwentement fit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2009 sal‑2019. Hija nħatret imħallef ikkollokata fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rumen fl‑2005 u, mill‑2007 sal‑2018, hija ngħaqdet mal‑Institutul Național al Magistraturii (l-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura, ir-Rumanija) bħala formatriċi.

Fl‑2011, hija daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja mal-Imħallef Camelia Toader, u eżerċitat il‑funzjonijiet ta’ amministratriċi-ġurista sal‑2014.

Lura fir-Rumanija fl‑2015, hija nħatret direttriċi għall-affarijiet Ewropej, ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-programmi tal-Consiliul Superior al Magistraturii (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, ir-Rumanija), pożizzjoni li hija okkupat sal‑2018.

M. Stancu nħatret Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Petra Škvařilová-Pelzl
Petra Škvařilová-Pelzl
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1975 fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), Petra Škvařilová-Pelzl wettqet studji fid-dritt fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fil-Ġermanja, li fi tmiemhom l-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) tatha t-titolu Magister Juris (summa cum laude). Hija bdiet studji ta’ dottorat fid-dritt fl-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg, il-Ġermanja), fejn iddefendiet teżi fl‑2004 (summa cum laude). Hija wkoll iggradwat fl-interpretazzjoni għal-lingwa Ġermaniża mill-iStátní jazyková škola (l-Iskola tal-Istat tal-Lingwi ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) fl‑1995.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala kollaboratriċi xjentifika mal-katedra tad-dritt kummerċjali, dritt marittimu u dritt ekonomiku tal-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg) fl‑1999, u sussegwentement għaddiet b’suċċess kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) għall-finijiet tar-reklutaġġ ta’ ġuristi Ċeki mill-istituzzjonijiet Ewropej. Hija għalhekk ingħaqdet, bħala uffiċjal, mad-Direttorat Ġenerali tal-Bibljoteka u tar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u hemmhekk eżerċitat il-funzjonijiet ta’ amministratriċi ġurista mill‑2004 sal‑2019. Bejn l‑2010 u l‑2016, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet bħala attachée mad-Direttur Ġenerali. Mill‑2017 sal‑2018, hija assumiet sussegwentement il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Maria Berger fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Minbarra li hija awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt komparattiv, P. Škvařilová-Pelzl tiddedika ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi tad-dritt tal-Unjoni fil-Verwaltungsakademie des Bundes in Wien (l-Akkademja Federali ta’ Vjenna għas-Servizz Pubbliku, l-Awstrija) mill‑2009. Barra minn hekk, P. Škvařilová-Pelzl intervjeniet f’diversi seminars u konferenzi, inkluż fil-kuntest tal-Festival Ċek-Ġermaniż tad-dritt miżmum kull sentejn.

P. Škvařilová-Pelzl inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei e.V. (SIPE)
  • Peress li rċeviet il-borża ta’ studju “Copernicus” għall-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg) kif ukoll il-borża ta’ studju tal-Bundestag (il-Parlament Ġermaniż) għall-parteċipazzjoni fl-iStage Parlamentari Internazzjonali (Berlin, 2004), hija alumnus ta’ dawn l-organi
Iko Nõmm
Iko Nõmm
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1977 f’Tallinn (l-Estonja), Iko Nõmm kiseb mit-Tartu Ülikool (l-Università ta’ Tartu, l-Estonja) diploma fid-dritt fl‑2001 u master fid-dritt fl‑2007. Huwa wettaq studji ta’ dottorat fid-dritt fit-Tartu Ülikool (l-Università ta’ Tartu), li fi tmiemhom huwa ddefenda t-teżi fid-dritt fl‑2013.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn, l-Estonja) mill‑2001 sal‑2002 u ngħaqad, bħala uffiċjal ġudizzjarju stagiaire, mal-Harju Maakohtu (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju, l-Estonja). I. Nõmm hemmhekk eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef mill‑2002 sal‑2007, qabel ma serva, mill‑2007 sal‑2019, fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn). Huwa nħatar imħallef stagiaire fir-Riigikohus (il-Qorti Suprema, l-Estonja) mill‑2015 sal‑2016 u ġie kkollokat mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala maġistrat nazzjonali, mill‑2017 sal‑2018.

I. Nõmm iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala lettur fit-Tartu Ülikool mill‑2014 sal‑2019 u fid-dipartiment tat-taħriġ ta’ Riigikohus (il-Qorti Suprema) mill‑2015 sal‑2019. Barra minn hekk, huwa pprovda taħriġ mal-assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Estonjana mill‑2015 sal‑2019 u serva fil-kumitat għall-eżami tal-imħallfin Estonjani bejn l‑2018 u l‑2019. Bejn l‑2015 u l‑2019, huwa kien membru tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għall-għoti ta’ warrant ta’ avukat mill-Kamra tal-Avukati Estonjana.

I. Nõmm inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Eesti Kohtunike Ühing
Gabriele Steinfatt
Gabriele Steinfatt
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1977 f’Bad Harzburg (il-Ġermanja), Gabriele Steinfatt segwiet studji fid-dritt fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) f’Saarbrücken (il-Ġermanja) u fi Strasbourg (Franza). Hija kisbet master fid-dritt privat u ċertifikat fid-dritt Ewropew mill-université Robert Schuman (l-Università Robert Schuman, Strasbourg, Franza) fl‑2000. Fl‑2002, hija għaddiet mill-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt f’Saarbrücken. Mill‑2002 sal‑2003, hija segwiet studji ta’ dottorat fid-dritt mal-Europa-Institut de l’Universität des Saarlandes (l-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Università tal-Land ta’ Saar, il-Ġermanja). Fl‑2005, temmet il-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħha f’Saarbrücken (il-Ġermanja) permezz tat-tieni eżami tal-Istat fid-dritt. Hija bdiet taħdem fuq teżi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) u ngħatat it-titolu ta’ dottorat fid-dritt fl‑2012.

Fl‑2005, G. Steinfatt inħatret imħallef mal-Verwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva ta’ Bremen, il-Ġermanja) fejn serviet sal‑2017, qabel ma ngħaqdet mal-Oberverwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Bremen, il-Ġermanja) mill‑2017 sal‑2019. Matul dan il-perijodu, hija wkoll inħatret membru tad-Dienstgerichtshof für Richter (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Imħallfin) u membru supplenti tal-Berufsgerichtshofs für Ingenieure (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Inġiniera).

Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt Ewropew, G. Steinfatt iddedikat ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar), kif ukoll fl-Universität Bremen (l-Università ta’ Bremen, il-Ġermanja). Hija involuta fil-formazzjoni ta’ ġuristi żgħażagħ fil-kuntest tal-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħhom filwaqt li hija eżaminatriċi għall-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt.

G. Steinfatt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Vereinigung der Bremischen Verwaltungsrichterinnen und Verwaltungsrichter
Rimvydas Norkus
Rimvydas Norkus
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1979 fi Klaipėda (il-Litwanja), Rimvydas Norkus kiseb master fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑2001. Sussegwentement beda studji ta’ dottorat fid-dritt fil-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja) u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑2005.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala assistent legali fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑1999 sal‑2000, u huwa fi ħdan din il-qorti li assuma, mill‑2000 sal‑2003, il-funzjonijiet ta’ konsulent tal-President. Bejn l‑2003 u l‑2009, inħatar direttur tad-dipartiment tal-prassi ġudizzjarja tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja).

Mill‑2009 sal‑2010, kien ġurista lingwista fil-Parlament Ewropew qabel ma rritorna lura pajjiżu sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ direttur tad-dipartiment tar-riċerka legali mal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) mill‑2010 sal‑2012. Huwa nħatar imħallef fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑2012 sal‑2013 u sussegwentement serva għal sena fil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), qorti li huwa ppresjeda mill‑2014 sal‑2019. Barra minn hekk, kien President tal-Lietuvos Teisėjų taryba (il-Kunsill għall-Ġudikatura tal-Litwanja) mill‑2016 sal‑2018.

Mill‑2007 sal‑2008, Rimvydas Norkus iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala professur assoċjat mal-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris), li l-Istitut tad-Dritt Privat tagħha laqgħatu bħala professur mill‑2012 sal‑2019. Huwa wkoll l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.

R. Norkus inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Europäische Rechtsakademie (ERA) (2020 2023)
  • Membru tal-Kunsill Konsultattiv tar-rivista ERA Forum
  • Membru tal-assoċjazzjoni “The Conference on European Restructuring and Insolvency Law”
  • Membru tal-INSOL Europe Association
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Mogħti s-salib ta’ uffiċjal tal-ordni tal-Gran Duka Gediminas għall-kontribuzzjoni sinjifikattiva tiegħu għall-perfezzjonament tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali u għall-iżvilupp tax-xjenzi ġuridiċi (2018)
  • Membru onorarju tal-Fakultà tal-Liġi tal-Mykolo Romerio universitetas (2019)
Tamara Perišin
Tamara Perišin
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1979 f’Żagreb (il-Kroazja), Tamara Perišin kisbet liċenzja fid-dritt “cum laude” mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑2002 u, fl‑2003, master fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) peress li rċeviet il-borża ta’ studju Chevening. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb), fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007. T. Perišin għaddiet mill-eżami tal-Kamra tal-Avukati Kroata fl‑2009.

Bħala riċerkatriċi, wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Asser Instituut (l-Istitut Asser, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2004, fil-Georgetown University (l-Università ta’ Georgetown, l-Istati Uniti) u fil-University of Michigan (l-Università ta’ Michigan, l-Istati Uniti) mill‑2005 sal‑2006 peress li rċeviet borża ta’ studju Fulbright, u fil-Max-Planck-Institut (l-Istitut Max Planck, Heidelberg, il-Ġermanja) mill‑2007 sal‑2008 peress li rċeviet borża ta’ studju għal studji postdottorali. Barra minn hekk, hija segwiet taħriġ fix-xjenzi tat-tagħlim fis-Central European University (l-Università tal-Ewropa Ċentrali, l-Ungerija) mill‑2007 sal‑2008. Fl‑2014, ġiet mistiedna tagħmel riċerki postdottorali fil-Harvard Law School tal-Harvard University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti).

Mill‑2002, T. Perišin kienet affiljata mal-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb) fejn kienet professoressa u viċi dekan għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn l‑2009 u l‑2011, titolari tal-Katedra Jean Monnet mill‑2015, u koordinatriċi taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet mill‑2018. Hija għallmet b’mod partikolari d-dritt pubbliku Ewropew, id-dritt tas-suq intern, id-dritt tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tal-effetti dinjija tad-dritt Ewropew, id-dritt tal-kompetizzjoni, id-dritt Ewropew tal-kumpanniji, il-metodoloġija tad-dritt Ewropew, il-prinċipji ġenerali tad-dritt fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Bejn l‑2015 u l‑2016, kienet professoressa mistiedna u “John Harvey Gregory Lecturer on World Organization” fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard) fejn għallmet l-effetti dinjija tad-dritt Ewropew.

Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali, T. Perišin kienet editriċi prinċipali ta’ rivista Kroata speċjalizzata fid-dritt tal-Unjoni (Croatian Yearbook of European Law and Policy) u attwalment tinsab fil-Kumitat Editorjali tagħha.

Mill‑2005 sal‑2011, T. Perišin kienet membru tal-Grupp ta’ Negozjar għall-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Fl‑2011, hija għallmet id-dritt tal-Unjoni għall-uffiċjali u d-diplomatiċi fid-Državna škola za javnu upravu (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Kroazja) kif ukoll fl-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Kroat. Mill‑2012 sal‑2013, kienet responsabbli għat-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni intiż għal membri tal-korp ġudizzjarju fi ħdan il-Pravosudna akademija (l-Akkademja Legali, il-Kroazja), kif ukoll fl-Općinski sud u Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja). Fl‑2015, hija għallmet dan fil-Hrvatska odvjetnička komora (l-Assoċjazzjoni Kroata tal-Avukati). Mill‑2017 sal‑2019, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ konsulent speċjali fil-Ministeru għax-Xjenzi u għall-Edukazzjoni Kroat. Barra minn hekk, tat pariri legali dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt Ewropew lill-ministeri Kroati u lill-avukati f’kawżi pendenti quddiem il-qrati nazzjonali.

T. Perišin inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Croatian Yearbook of European Law and Policy
  • Membru tal-Hrvatske udruge za studij Europske unije
  • Membru tal-Hrvatske udruge za europsko pravo (CROSEL)
  • Membru tax-Chevening Alumni Association
  • Membru tal-Oxford University Society (OUS)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Jean Monnet Chair (2015)
David Petrlík
David Petrlík
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1978 fi Plzeň (ir-Repubblika Ċeka), David Petrlík kiseb master fid-dritt miz-Západočeská univerzita v Plzni (l-Università ta’ Čechy tal-Punent fi Plzeň, ir-Repubblika Ċeka) fl‑2002, wara li segwa wkoll studji fl-Universität Passau (l-Università ta’ Passau, il-Ġermanja) fl‑1999‑2000. Huwa kiseb master fid-dritt mill-université Paris I – Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I – Panthéon-Sorbonne, Franza) fl‑2003. Huwa kiseb dottorat fid-dritt mill-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) fl‑2016.

Fl‑2004, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent legali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka u, l-għada tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni Ewropea, huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Jiří Malenovský, li miegħu huwa kkollabora sal‑2015.

Fl‑2015, huwa ngħaqad mal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali), bħala konsulent legali, sussegwentement bħala assistent kap ta’ taqsima fi ħdan id-dipartiment legali u tal-kuntratti pubbliċi. Mill‑2018 sal‑2021, huwa kien kap ta’ taqsima ta’ dan id-dipartiment.

Mill‑2011, D. Petrlík iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala lettur tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt tal-proprjetà intellettwali fl-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga). Huwa awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet f’dawn l-oqsma.

D. Petrlík inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑1 ta’ Marzu 2021.

Maja Brkan
Maja Brkan
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1979 f’Maribor (is-Slovenja), Maja Brkan kisbet diploma fid-dritt mill-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl‑2003 u master fid-dritt fin-New York University (l-Università ta’ New York, l-Istati Uniti) fl‑2004. Hija għandha wkoll diploma mill-Akkademja għad-Dritt Ewropew tal-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2004. Sussegwentement, hija bdiet dottorat fid-dritt fl-Univerza v Ljubljani, fejn hija ddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007, fuq it-tema tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista lingwista fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl‑2004, qabel ma ngħaqdet, bħala staġista, l-ewwel mal-uffiċċju tal-Imħallef Aindrias Ó Caoimh fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2005, imbagħad mal-Višje sodišče v Ljubljani (il-Qorti tal-Appell ta’ Ljubljana, is-Slovenja) bejn l‑2005 u l‑2006.

Fl‑2007, hija ngħaqdet mill-ġdid mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mal-Avukata Ġenerali Verica Trstenjak, l-ewwel bħala assistenta legali mill‑2007 sal‑2008, u sussegwentement bħala référendaire mill‑2008 sal‑2011. Bejn l‑2011 u l‑2013, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Marko Ilešič.

Sussegwentement, M. Brkan iddedikat ruħha għat-tagħlim fil-Universiteit Maastricht (l-Università ta’ Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) bħala lettriċi anzjana fid-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2013 sal‑2018 u, bejn l‑2018 u l‑2021, bħala professoressa assoċjata fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Universiteit Hasselt (l-Università ta’ Hasselt, il-Belġju) fl‑2014 u fl‑2017. Bħala lettriċi mistiedna, hija intervjeniet fl-Univerza na Primorskem (l-Università ta’ Primorska, is-Slovenja) fl‑2011, fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2014 u fil-Běijīng Shīfàn Dàxué (l-Università Normali ta’ Bejing, iċ-Ċina) fl‑2014. Barra minn hekk, hija wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew) fl‑2016 u fl‑2018, fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) fl‑2019, fl-Universitat Autònoma de Barcelona (l-Università Awtonoma ta’ Barcelona, Spanja) fl‑2019, u fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2020.

Fl‑2017, M. Brkan inħatret direttriċi assoċjata tal-Maastricht Centre for European Law (iċ-Ċentru tad-Dritt Ewropew tal-Universiteit Maastricht) u eżerċitat dawn il-funzjonijiet għal tliet snin qabel ma nħatret, fl‑2021, koordinatriċi tal-programm “Advanced Master in Privacy, Cybersecurity and Data Management” (Master Speċjalizzat fid-Dritt tal-Protezzjoni tal-Ħajja Privata, iċ-Ċibersigurtà u l-Ġestjoni tad-Data) għall-European Centre on Privacy and Cybersecurity (iċ-Ċentru Ewropew dwar il-Ħajja Privata u ċ-Ċibersigurtà tal-Università ta’ Maastricht). Mill‑2018 sal‑2020, hija membru tal-Kumitat ta’ Eżami tal-istess università.

Bejn l‑2013 u l‑2019, hija kienet membru tal-Kunsill tal-European Law Institute (Eli). Bejn l‑2015 u l‑2021, kienet editriċi assoċjata tal-European Data Protection Law Review u, mill‑2021, membru tal-Kumitat Editorjali tiegħu. Mill‑2020, hija kienet wkoll membru tal-Kumitat Editorjali tal-pjattaforma ta’ informazzjoni EU Law Live.

M. Brkan hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija tiġi regolarment mistiedna bħala kelliem f'konferenzi mill-universitajiet fl-Ewropa u fl-Istati Uniti.

M. Brkan inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Distinguished Fellow, Maastricht Centre for European Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-pjattaforma ta’ informazzjoni EU Law Live
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-European Data Protection Law Review
  • Membru tal-Pravniško društvo v Mariboru
  • Membru tal-Maastricht Law and Tech Lab
  • Membru tal-European Law Institute
  • Membru tal-European Centre on Privacy and Cybersecurity
  • Membru tal-“Friends of the Hamburg Max Planck Institute for Comparative and International Private Law”
  • Membru tas-Slovensko društvo za evropsko pravo
  • Membru tas-Svetovna mreža Univerze v Ljubljani
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju “Ġurist Żagħżugħ tas-sena 2007”, Zveza društev pravnikov Slovenije (2007)
  • Premju “J.H.H. Weiler”, mogħti lill-aħjar artiklu ta’ riċerka fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, Pravna fakulteta Univerze v Ljubljani (2003)
  • Onorifiċenza għal kisba eċċellenti fl-istudji fid-dritt, Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani (2003)
Pēteris Zilgalvis
Pēteris Zilgalvis
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1964 f’Inglewood (l-Istati Uniti), Pēteris Zilgalvis studja fil-University of California, Los Angeles - UCLA (l-Università ta’ California, Los Angeles, l-Istati Uniti) fejn kiseb diploma fix-xjenzi politiċi fl‑1986. Huwa kompla bl-istudji tiegħu fil-University of Southern California (l-Università ta’ California tan-Nofsinhar, l-Istati Uniti), li tagħtu t-titolu ta’ dottorat fid-dritt fl‑1990.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-istess sena, bħala konsulent prinċipali fis-servizz legali tal-Latvijas Republikas Vides aizsardzības komiteja, Augstākā padome (il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Latvja), funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1992. Sussegwentement huwa daħal fis-servizz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Latvjan, bħala l-persuna responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew, man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, għax-Xjenza u għall-Kultura (UNESCO). Barra minn hekk huwa ġie ammess bħala avukat fil-California (l-Istati Uniti) mill‑1991.

Fl‑1993, P. Zilgalvis okkupa l-pożizzjoni ta’ speċjalista tal-ambjent għar-reġjun Baltiku mal-Bank Dinji u nħatar, fl‑1996, konsulent prinċipali fid-dritt tal-ambjent għall-proġett “Federazzjoni Russa - Proġett ta’ ġestjoni ambjentali”.

Fl‑1997, inħatar assistent kap tad-dipartiment tal-bijoetika fil-Kunsill tal-Ewropa, funzjonijiet li eżerċita sal‑2005. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala kap tal-unità Governanza u Etika u sussegwentement, fl‑2010, bħala kap tal-unità Mard infettiv u Saħħa pubblika. Bejn l‑2010 u l‑2016, huwa bħala kap tal-unità Saħħa u Benesseri li huwa kompla bil-karriera tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Fl‑2016, inħatar kap tal-unità Innovazzjoni diġitali u Blockchain u assuma dawn il-funzjonijiet sal‑2021. Huwa wkoll l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet f’rivisti legali, b’rabta b’mod partikolari mal-oqsma tal-bijoetika, tat-teknoloġiji diġitali, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt tal-ambjent.

P. Zilgalvis inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Baltic Yearbook of International Law
  • Membru tal-World Economic Forum Digital Currency Governance Consortium
  • Membru tal-Kunsill Konsultattiv ta’ esperti tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiku dwar il-politika tal-blockchain
Krisztián Kecsmár
Krisztián Kecsmár
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1975 f’Budapest (l-Ungerija), Krisztián Kecsmár segwa studji fid-dritt fil-Fakultà Jean Monnet tal-université Paris-Sud (Paris XI) (l-Università ta’ Paris-Sud, Franza) fejn kiseb liċenzja fid-dritt fl‑1998, diploma ta’ master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt Ewropew fl‑1999 kif ukoll diploma ta’ master fin-negozju u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl‑2000.

K. Kecsmár beda l-karriera professjonali tiegħu f’uffiċċju tal-avukati fl-Ungerija mill‑2001 sal‑2005.

Fl‑2005, huwa daħal fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea bħala uffiċjal mad-Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà tal-Informazzjoni u tal-Midja. Huwa eżerċita wkoll dawn il-funzjonijiet fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni mill‑2009 sal‑2015, fl‑2016 kif ukoll mill‑2018 sal‑2021.

Mix-xahar ta’ Mejju 2015 sax-xahar ta’ April 2016, K. Kecsmár ġie kkollokat mill-Kummissjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Ungeriż bħala membru tal-uffiċċju ministerjali responsabbli għall-affarijiet Ewropej.

Bejn l‑2016 u l‑2018, K. Kecsmár inħatar Segretarju tal-Istat responsabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Ungeriż.

K. Kecsmár inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Editur prinċipali tar-rivisti legali “Európai Tükör”
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju Vladár Gábor (2018)
Ion Gâlea
Ion Gâlea
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1978 f’Iaşi (ir-Rumanija), Ion Gâlea fl‑2000 kiseb diploma fid-dritt mill-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija) kif ukoll master fid-dritt Ewropew mill-université Paris 1 Panthéon Sorbonne (l-Università Pariġi 1 Panthéon Sorbonne, Franza) fil-kuntest tal-programm tal-Collège juridique franco-roumain d’études européennes (il-Kulleġġ Legali Franko-Rumen għall-Istudji Ewropej, Bukarest, ir-Rumanija) organizzat b’kooperazzjoni mal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest). Fl‑2002, huwa kiseb diploma ta’ master fir-relazzjonijiet internazzjonali fi ħdan l-École nationale d’études politiques et administratives (l-iSkola Nazzjonali ta’ Studji Politiċi u Amministrattivi, Bukarest, ir-Rumanija). Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Karl-Franzens-Universität Graz (l-Università ta’ Graz, l-Awstrija), fejn kiseb master fl-istudji Ewropej fl‑2006. Lura fir-Rumanija, beda studji ta’ dottorat fid-dritt mal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest) fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2008.

I. Gâlea beda l-karriera professjonali tiegħu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rumen, fejn okkupa pożizzjoni ta’ attaché diplomatiku mad-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u għat-Trattati bejn l‑2000 u l‑2002, qabel ma assuma l-funzjonijiet ta’ kap tas-servizz tad-dritt Komunitarju bejn l‑2002 u l‑2007. Mill‑2007 sal‑2009, huwa ddedika ruħu għal servizz ta’ interess pubbliku bħala nutar.

Lura fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, I. Gâlea nħatar espert fid-Direttorat għad-Dritt tal-Unjoni u fih assuma l-funzjonijiet ta’ direttur bejn l‑2009 u l‑2010. Sussegwentement huwa nħatar direttur ġenerali tal-affarijiet legali u eżerċita dawn il-funzjonijiet bejn l‑2010 u l‑2016.

Mill‑2016 sal‑2020, kien ambaxxatur tar-Rumanija għall-Bulgarija u mbagħad sar, fl‑2021, direttur ġenerali tad-dipartiment għar-relazzjonijiet bilaterali Ewropej u għall-kooperazzjoni reġjonali mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

I. Gâlea ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim tad-dritt fl-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest): huwa kien assistent universitarju mill‑2002 sal‑2012, imbagħad lettur mill‑2012 sal‑2016, u lettur anzjan mill‑2016 sal‑2021. Fl‑2021, inħatar professur fi ħdan din l-università.

Barra minn hekk, għallem bħala professur mistieden fi ħdan il-Hayastani divanagitakan dprots’ (l-Akkademja Diplomatika tal-Armenja) fl‑2010, iżda wkoll mal-Institutul Diplomatic Român (l-Istitut Diplomatiku Rumen) mill‑2009 sal‑2015 u mal-Universidade da Coruña (l-Università ta’ La Coruña, Spanja) fl‑2015.

Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet f’dawn l-oqsma.

I. Gâlea nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Ottubru 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revista română de drept internațional
  • Membru tal-fergħa Rumena tal-International Law Association
  • Membru tas-Societatea Română de Drept European
  • Membru tar-Réseau francophone de droit international
  • Assistent Direttur taċ-Ċentru ta’ Riċerka fil-qasam tad-dritt internazzjonali u transnazzjonali tal-Universitatea din București
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Midalja tal-Mertu diplomatiku tal-ewwel klassi (ir-Rumanija, 2007)
  • Ordni nazzjonali tal-Mertu (ir-Rumanija, 2009)
  • Ordni nazzjonali ta’ “Servizz leali” (ir-Rumanija, 2013)
  • Ordni “Madarski Konnik”, l-ewwel klassi (il-Bulgarija, 2021)
Ioannis Dimitrakopoulos
Ioannis Dimitrakopoulos
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1971 f’Ateni (il-Greċja), Ioannis Dimitrakopoulos kiseb, fl‑1992, diploma fid-dritt mill-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u ta’ Kapodistrias ta’ Ateni, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ master fid-dritt mogħti mill-Università Paris II Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi II Panthéon-Assas, Franza) fl‑1994.

Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati fl‑1995, I. Dimitrakopoulos eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑1997.

Fl‑1998, huwa daħal fis-servizz tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja) bħala uffiċjal tas-smigħ u okkupa l-kariga ta’ maître des requêtes mill‑2005 sal‑2022, fejn b’mod partikolari ttratta kwistjonijiet relatati mad-dritt fiskali, id-dritt tal-kompetizzjoni u tat-trade marks u d-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Fl‑2022, inħatar fil-grad ta’ konsulent tal-Istat. Fl-istess waqt li eżerċita dawn il-funzjonijiet, huwa kien membru tal-kumitat “Ippjanar u organizzazzjoni” tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) mill‑2009 sal‑2010. Fl‑2005, huwa ngħaqad mal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew (Strasbourg, Franza) għal perijodu ta’ tliet snin u hemmhekk eżerċita l-funzjonijiet ta’ konsulent legali prinċipali qabel ma ngħaqad mill-ġdid mas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) fl‑2008.

Bejn l‑2010 u l‑2020, I. Dimitrakopoulos okkupa wkoll il-funzjonijiet ta’ President supplenti tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Ħelsinki, il-Finlandja).

Mill‑2014 sal‑2015, huwa nħatar Imħallef awżiljarju fi ħdan l-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) u l-Eidiko Dikastirio tou arthrou 88 par. 2 tou Syntagmatos (il-Qorti Speċjali Stabbilita Skont l-Artikolu 88(2) tal-Kostituzzjoni Griega). Barra minn hekk, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Viċi President mal-assoċjazzjoni tal-imħallfin tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) bejn l‑2014 u l‑2016.

Barra minn hekk, I. Dimitrakopoulos iddedika ruħu għar-riċerka u għat-tagħlim: mill‑2003 sal‑2004, kien Senior Visiting Fellow fil-University of California, Berkeley (Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) u f’din il-kwalità, għallem korsijiet fid-dritt Ewropew tal-ambjent kif ukoll fid-dritt komparattiv. Mill‑2010, huwa wkoll professur fl-Ethniki Scholi Dikastikon Leitourgon (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Greċja). Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, li jirrigwardaw b’mod partikolari d-dritt fiskali, id-dritt Ewropew u d-drittijiet fundamentali.

I. Dimitrakopoulos inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022.

Damjan Kukovec
Damjan Kukovec
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1977 f’Ljubljana (is-Slovenja), Damjan Kukovec kiseb diploma fid-dritt mill-Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl‑2001 kif ukoll master fid-dritt mill-Harvard Law School (Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑2002. Huwa f’din l-università li huwa wettaq studji ta’ dottorat, u fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2015.

Fl‑2002, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala ġurista stagiaire fil-Višje sodišče v Ljubljani (il-Qorti tal-Appell ta’ Ljubljana, is-Slovenja) u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑2004. Matul is-sena 2004, ingħaqad mal-Qorti Speċjali għal Sjerra Leone (Freetown, Sjerra Leone) kif ukoll mal-Ustavno sodišče (il-Qorti Kostituzzjonali, is-Slovenja).

Fl‑2005, D. Kukovec daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala ġurista qabel ma ngħaqad mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea mill‑2006 sal‑2018. Fl‑2006, kien ammess fil-kamra tal-avukati Slovena.

D. Kukovec fl-istess ħin iddedika ruħu għal karriera universitarja, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt Ewropew. Bejn l‑2011 u l‑2013, huwa għallem id-dritt globali fil-Harvard Law School u fl-Institute for Global Law and Policy (Istitut għad-Dritt u l-Politika Globali) tiegħu. Sussegwentement huwa għallem f’diversi universitajiet tad-dritt madwar id-dinja, fosthom il-FGV Direito Rio, Rio de Janeiro (il-Fakultà tal-Liġi tal-Fondazzjoni Getulio Vargas, Rio de Janeiro, il-Brażil) fl‑2014, il-University of Kent’ s Brussels School of International Studies (il-Brussels School of International Studies tal-Università ta’ Kent, il-Belġju) fl‑2016, l-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew) ta’ Firenze (l-Italja) fl‑2016 u fl‑2017, kif ukoll l-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) bejn l‑2018 u l‑2020. Mill‑2018, D. Kukovec kien wkoll lettur anzjan tad-dritt u direttur assoċjat tal-programm ta’ dottorat fi ħdan il-Middlesex University f’Londra (l-Università ta’ Middlesex, ir-Renju Unit).

D. Kukovec huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Huwa regolarment jiġi mistieden bħala kelliem f’konferenzi minn universitajiet madwar id-dinja.

D. Kukovec inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-grupp RECONNECT
  • Membru tal-British International Studies Association
  • Membru tas-Society of Legal Scholars
  • Membru tal-Pravniško društvo Ljubljana
  • Membru tal-European Society of International Law
  • Membru tal-Klub alumnov Pravne fakultete Univerze v Ljubljani
  • Membru tal-iSlovensko društvo za evropsko pravo
  • Membru tal-European Union Studies Association
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju għall-aħjar teżi fid-dritt tal-Unjoni, mogħti mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja (2001)
  • Midalja tad-deheb għas-suċċess universitarju, mogħtija mill-Univerza v Ljubljani (2001)
  • Premju Landon Gammon, mogħti mill-Harvard Law School (2001)
  • Premju tar-Rotary Club Ljubljana (2008)
  • Premji akkademiċi mogħtija mill-Harvard Law School (2009-2012)
  • Senior Fellow of the Higher Education Academy (ir-Renju Unit) (2020)
Suzanne Kingston
Suzanne Kingston
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1977 f’Dublin (l-Irlanda), Suzanne Kingston kisbet diploma fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 kif ukoll master fid-dritt mill-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2000. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt f’din l-università tal-aħħar, fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2009.

Fl‑1998, hija ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of Gray’s Inn, Londra (ir-Renju Unit). Fl‑2002, hija ngħaqdet bħala avukat mal-uffiċċju fi Brussell ta’ uffiċċju internazzjonali tal-avukati, fejn ipprattikat il-professjoni legali sal‑2004.

Sussegwentement, S. Kingston daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Leendert Geelhoed, li miegħu hija kkollaborat mill‑2004 sal‑2006.

S. Kingston ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of King’s Inns, Dublin (l-Irlanda) fl‑2007. Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda mill‑2007 bħala Barrister, u sussegwentement bħala Senior Counsel.

Barra minn hekk, S. Kingston għallmet id-dritt fi ħdan il-University College Dublin (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Irlanda) bħala lettriċi anzjana mill‑2007 sal‑2015, u sussegwentement, mill‑2015, bħala professoressa. Matul il-karriera universitarja tagħha, hija għallmet ukoll f’universitajiet oħra, b’mod partikolari fil-Columbia University (l-Università ta’ Columbia, l-Istati Uniti), fil-Cambridge University (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden), kif ukoll fl-Osgoode Hall Law School of York University in Toronto (l-Osgoode Hall Law School tal-Università ta’ York f’Toronto, il-Kanada). Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea.

S. Kingston inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Viċi Presidenta tal-Irish Centre for European Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista Irish Jurist
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kandidat għall-premju tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (2015)
  • Kandidat għall-premju Champions Irlandiżi tar-riċerka Ewropea, mogħti mill-Kunsill Irlandiż tar-Riċerka (2017)
Tihamér Tóth
Tihamér Tóth
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1971 f’Zalaegerszeg (l-Ungerija), Tihamér Tóth wettaq l-istudji fid-dritt fis-Szegedi Tudományegyetem (l-Università ta’ Szeged, l-Ungerija), fejn kiseb diploma fid-dritt fl‑1994. Huwa f’din l-istess università li kompla l-istudji dottorali u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑2001.

Fl‑1994, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-Ungerija bħal ġurista mal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej, li suċċessivament sar parti tal-Ministeru għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali, tal-Ministeru għall-Industrija u għall-Kummerċ kif ukoll tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Bejn l‑1997 u l‑2001, huwa okkupa pożizzjoni ta’ uffiċjal mal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni. Mill‑2001 sal‑2003, huwa kien membru u sussegwentement, mill‑2003 sal‑2009, President tal-Bord tal-Kompetizzjoni (l-Ungerija). Matul dan l-aħħar perijodu, huwa assuma wkoll il-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni.

Mill‑2009 sal‑2022, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat fl-Ungerija b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Mill‑1999, T. Tóth iddedika ruħu wkoll għall-karriera universitarja fil-Pázmány Péter Katolikus Egyetem (l-Università Kattolika Péter-Pázmány, l-Ungerija). Hemmhekk kien kelliem f’konferenzi bejn l‑1999 u l‑2010 u sussegwentement laħaq viċi dekan responsabbli, mill‑2010 sal‑2013, għar-riċerka u għar-relazzjonijiet internazzjonali, mill‑2013 sal‑2014, għall-kwistjonijiet relatati mal-istudenti u, mill‑2015, għar-relazzjonijiet internazzjonali. T. Tóth inħatar professur f’din l-università fl‑2018. Bejn l‑2019 u l‑2022, huwa kien titolari tal-Katedra Jean Monnet tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Huwa awtur ta’ numru ta’ xogħlijiet u pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni.

T. Tóth inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-kumitat editorjali tal-Versenytükör, rivista professjonali tal-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni
  • Membru tal-Ligue internationale du droit de la concurrence (LIDC) u tal-Bord Xjentifiku tiegħu
  • Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Magyar Versenyjogi Egyesület
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv internazzjonali tal-Institute for Consumer Antitrust Studies tal-Loyola School of Law (Chicago, l-Istati Uniti)
  • Membru tal-Kumitat Regolatorju tal-American Chamber of Commerce fl-Ungerija
  • Konsulent tal-Kumitat Deċiżjonali tal-Önszabályozó Reklám Testület
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • A Magyar Érdemrend Lovagkeresztje (polgári tagozat) (2017)
Beatrix Ricziová
Beatrix Ricziová
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1981 fi Bratislava (is-Slovakkja), Beatrix Ricziová kisbet mill-Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is-Slovakkja) master fid-dritt fl‑2005 qabel ma ngħatat dottorat fid-dritt fl‑2012.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala assistenta legali f’uffiċċju ta’ avukat fis-Slovakkja mill‑2002 sal‑2004. Mill‑2003 u għal numru ta’ snin, hija wettqet xogħol ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni matul avvenimenti organizzati mill-muniċipalità ta’ Stupava (is-Slovakkja).

Bejn l‑2005 u l‑2006, B. Ricziová ngħaqdet, bħala ġurista, mal-Istitut għall-Approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Uffiċċju tal-Gvern tas-Slovakkja u sussegwentement, mill‑2007 sal‑2008, mal-Uffiċċju tal-Aġent Prinċipali Responsabbli għar-Rappreżentanza tas-Slovakkja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Slovakk. Bejn l‑2009 u l‑2022, hija assumiet il-funzjonijiet ta’ aġent prinċipali tas-Slovakkja quddiem il-qrati tal-Unjoni.

B. Ricziová hija wkoll membru, mill‑2007 sal‑2010, tal-Kumitat Permanenti għad-Drittijiet Ċivili u Kummerċjali tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Gvern tas-Slovakkja u, mill‑2012 sal‑2015, tal-Kumitat għall-Kodifikazzjoni mill-Ġdid tal-Liġi Proċedurali Ċivili fis-Slovakkja.

B. Ricziová nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2022.

Elisabeth Tichy-Fisslberger
Elisabeth Tichy-Fisslberger
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1957 fi Vjenna (l-Awstrija), Elisabeth Tichy-Fisslberger kisbet, fl‑1980, diploma fid-dritt li hija kkompletat bi studji fid-dritt internazzjonali fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) fl‑1981.

E. Tichy-Fisslberger bdiet il-karriera professjonali tagħha fil-Kummissjoni Ewropea fl‑1982, bħala interpretu tal-konferenzi, funzjoni li hija eżerċitat sal‑1988. Fl-istess ħin, hija kompliet l-istudji lingwistiċi tagħha fl-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija) u kisbet diploma ta’ studji lingwistiċi fl‑1984.

Fl‑1988, hija ngħaqdet mad-dipartimenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej u Ekonomiċi, bħala konsulenta, u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑1993.

Fl‑1990, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Dublin. Minn nofs l‑1991 sa nofs l‑1992, hija kienet assistenta direttriċi għall-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fi Vjenna. Sussegwentement, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Londra.

Mill‑1993 sal‑2000, hija kienet Ministru-Kunsilliera mar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Lura mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, E. Tichy-Fisslberger ssejħet tiżgura l-funzjonijiet ta’ direttriċi għall-affarijiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bejn l‑2000 u l‑2003. Sussegwentement, hija nħatret assistenta direttriċi ġenerali għall-affarijiet Ewropej u ekonomiċi u, mill‑2007, direttriċi ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi u konsulari. Barra minn hekk, hija żgurat wkoll il-funzjonijiet ta’ koordinatriċi nazzjonali fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni bejn l‑2009 u l‑2017.

Minn Diċembru 2017, hija kienet Ambaxxatriċi tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fi ħdan l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f’Genève. Fl‑2020, hija ġiet eletta Presidenta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u, fl‑2021, Presidenta tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fl-istess ħin, ma’ dawn l-attivitajiet, E. Tichy-Fisslberger tgħallem id-dritt fi ħdan id-Diplomatische Akademie Wien (l-Akkademja diplomatika ta’ Vjenna, l-Awstrija) mill‑2002. Bejn l‑2006 u l‑2017, hija għallmet ukoll id-dritt fi ħdan l-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna).

E. Tichy-Fisslberger inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Kavallier tal-Légion d’Honneur, Franza (2005)
  • Salib il-Kbir tal-Ordni tal-Mertu tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (2021)
  • Stilla tad-diplomazija Litwana (2021)
William Valasidis
William Valasidis
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1971 f’Thessaloniki (il-Greċja), William Valasidis kiseb, fl‑1993, diploma fid-dritt mill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (l-Università Aristotile ta’ Thessaloniki, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ master fid-dritt mogħti mill-Harvard Law School (il-Fakultà tal-Liġi ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑1996.

Mill‑1993 sal‑1995, huwa kien avukat stagiaire fil-kuntest tal-eżamijiet ta’ aċċess għall-professjoni ta’ avukat. Wara li ġie ammess mal-kamra tal-avukati ta’ Thessaloniki fl‑1996, G. Valasidis eżerċita fi ħdan uffiċċji tal-avukati fil-Messiku u fl-Istati Uniti.

Kien fl‑1998 li huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba, bħala référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Krateros Ioannou. Sussegwentement huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet mal-Imħallef Vassilios Skouris, li sar il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2003 u li miegħu kkollabora għal ħmistax‑il sena, mill‑1999 sal‑2014.

Fl‑2014, huwa nħatar Direttur tal-Protokoll u tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u sussegwentement Direttur tal-Komunikazzjoni, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑2022.

Bħala awtur ta’ pubblikazzjonijiet legali u ta’ xogħlijiet editorjali, huwa ta wkoll importanza kbira lit-tagħlim tal-prattika tad-dritt tal-Unjoni billi pparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni u fl-iżvolġiment tal-European Law Moot Court Competition, bħala membru tal-Bord tal-Għażla mill‑2004 sal‑2005, u sussegwentement bħala membru u viċi president tal-European Law Moot Court Society mill‑2006 sal‑2022. Barra minn hekk, huwa pparteċipa regolarment f’konferenzi nazzjonali u internazzjonali.

W. Valasidis inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.

Steven Verschuur
Steven Verschuur
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1977 f’Arnhem (il-Pajjiżi l-Baxxi), Steven Verschuur studja l-liġi fl-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u kiseb master fid-dritt hemmhekk fl‑2001. Huwa kompla l-edukazzjoni universitarja tiegħu fl-université de Liège (l-Università ta’ Liège, il-Belġju), li tagħtu diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt Ewropew fl‑2002. Huwa ddefenda t-teżi tad-dottorat fid-dritt tiegħu fl‑2010 fl-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht).

Mill‑2002, S. Verschuur kellu karriera bħala avukat ma’ diversi uffiċċji tal-avukati fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju f’diversi oqsma tad-dritt tal-Unjoni, bħall-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, il-politika kummerċjali, il-kuntratti pubbliċi kif ukoll il-miżuri restrittivi adottati fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni.

Huwa ddedika ruħu wkoll għall-kitba ta’ numru kbir ta’ artikli dwar dawn l-oqsma intiżi għal rivisti u xogħlijiet ġuridiċi.

Fl-istess ħin, huwa kien imħallef supplenti fis-sezzjoni tad-dritt ċivili tar-rechtbank Zeeland-West-Brabant (il-Qorti ta’ Zeeland-West-Brabant, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑2021 sal‑2022.

S. Verschuur inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.

Saulius Lukas Kalėda
Saulius Lukas Kalėda
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1976 fi Kraków (il-Polonja), Saulius Lukas Kalėda kiseb diploma fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑1999, u mbagħad master fid-dritt miz-Zentrum für Europäische Integrationsforschung de l’Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja) fl‑2000, kif ukoll dottorat fid-dritt mill-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagellone ta’ Kraków, il-Polonja) fl‑2002.

S. L. Kalėda beda l-karriera professjonali tiegħu fl‑1998 bħala ġurista fl-Uffiċċju għas-Superviżjoni tas-Settur tal-Assigurazzjoni fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja. Bejn l‑2002 u l‑2003, fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ espert ikkonfermat fid-Dipartiment tad-Dritt Ewropew fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja. Sussegwentement, huwa ngħaqad, bħala ġurista, mad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ewropea, bejn l‑2003 u l‑2004.

Bejn l‑2004 u l‑2013, S. L. Kalėda eżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Vilenas Vadapalas, u mbagħad tal-Imħallef Egidijus Bieliūnas. Fl‑2013, huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kwalità ta’ référendaire mal-Avukat Ġenerali Maciej Szpunar. Bejn l‑2017 u l‑2023, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa rrappreżenta lill-Kummissjoni bħala aġent f’numru kbir ta’ kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni.

Barra minn hekk, S. L. Kalėda kien involut f’attivitajiet universitarji, bħala lecturer fil-Vilniaus universitetas, mill‑2002 sal‑2003 kif ukoll fl‑2011. Huwa ilu mill‑2013 jagħti korsijiet fl-Uniwersytet Jagielloński. Huwa wkoll l-awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt istituzzjonali u proċedurali tal-Unjoni.

S. L. Kalėda nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2023.

Louise Spangsberg Grønfeldt
Louise Spangsberg Grønfeldt
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1980 f’Ishøj (id-Danimarka), Louise Spangsberg Grønfeldt kisbet diploma fid-dritt fl‑2004, u mbagħad diploma ta’ master fid-dritt fl‑2007 mill-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka). Hija kisbet ukoll diploma ta’ master mill-collège d’Europe (il-Kulleġġ tal-Ewropa, il-Belġju) fl‑2007. Hija ġiet ammessa bħala avukata fid-Danimarka fl‑2012.

L. Spangsberg Grønfeldt bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑2007 bħala avukata stagiaire u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2009. Matul dan il-perijodu, hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni fil-Københavns Universitet, inizjalment bħala lecturer u mbagħad bħala lecturer anzjan.

Bejn l‑2009 u l‑2013, hija ngħaqdet mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala ġurista lingwista.

Bejn l‑2013 u l‑2016, L. Spangsberg Grønfeldt kienet membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea, fi ħdan it-tim “Baġit”. Hija mbagħad eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mal-Imħallef Jesper Svenningsen sal‑2018. Fi tmiem dik is-sena, hija reġgħet ingħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea (fit-tim “Għajnuna mill-Istat”), qabel ma nħatret, fl‑2019, membru tal-uffiċċju ta’ Margrethe Vestager, Viċi Presidenta Eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea. Bejn l-aħħar tal‑2020 u l‑2023, hija ħadmet fi ħdan it-tim “Ġustizzja u Affarijiet Interni” tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea.

L. Spangsberg Grønfeldt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2023.

Vittorio Di Bucci
Vittorio Di Bucci
Reġistratur
Bijografija u karriera

Imwieled fl 1963 f’Asti (l-Italja), V. Di Bucci beda l-istudji fid-dritt fl-Università degli Studi di Torino (l-Università ta’ Torino, l-Italja), fejn kiseb master fid-dritt fl 1986. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-université de Nancy II (l-Università ta’ Nancy II, Franza) u, fl 1988, kiseb diploma ta' studji approfonditi fid-dritt Komunitarju.

Fl 1987, V. Di Bucci daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala ġurista lingwista fid-diviżjoni tat-traduzzjoni Taljana. Fl 1988, huwa ġie rreklutat mill-Imħallef G. Federico Mancini bħala référendaire fl-uffiċċju tiegħu, kariga li huwa okkupa sal 1991. Huwa reġa’ kien mill-ġdid référendaire mal-Imħallef Mancini bejn l 1994 u l 2000.

Bejn l 1991 u l 1994, V. Di Bucci għamel parti mill-grupp “Trasport, ambjent, konsumaturi” tas-Servizz Legali tal-Kumissjoni Ewropea, istituzzjoni li huwa reġa’ ngħaqad magħha mill-ġdid fl 2000 bħala membru tal-grupp “Għajnuna mill-Istat u antidumping” tas-Servizz Legali tagħha. Bejn l 2007 u l 2010, huwa kien membru, sussegwentement konsulent legali tal-grupp “Kompetizzjoni”. Fl 2010, huwa nħatar konsulent legali prinċipali tal-grupp “Għajnuna mill-Istat u antidumping” u okkupa din l-istess funzjoni mal-grupp “Dritt kummerċjali” mill 2014 sal 2023.

Fil 5 ta’ Ġunju 2023, V. Di Bucci ġie elett Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

Huwa l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet dwar id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq il-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni, l-għajnuna mill-Istat u d-dritt bankarju tal-Unjoni.