Bibljoteka
Il-kollezzjoni tal-BibljotekaIl-kollezzjoni tal-bibljoteka tkopri dawn is-setturi:
Il-bibljoteka għandha kollezzjoni mdaqqsa ta' dizzjunarji kemm f'lingwa waħda kif ukoll multilingwistiċi u numru mdaqqas ta' ġurnali uffiċjali, atti parlamentari u perjodiċi uffiċjali oħra. L-akkwisti l-ġodda kollha tal-bibljoteka, inklużi l-faxxikli tal-perjodiċi, huma eżaminati bil-għan li jiġu identifikati: l-artikli ta' dottrina li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni kif ukoll artikli dwar oqsma ġuridiċi oħra li jistgħu jkunu ta' interess fix-xogħol tal-istituzzjoni. L-artikli magħżula jiġu kklassifikati u kkatalogati; in-noti u l-kummentarji ta' dottrina fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-katalogu tal-bibljoteka jista' jiġi kkonsultat fis-sala tal-qari permezz tal-kompjuter. Huwa wkoll aċċessibbli permezz tal-internet.
|