Dawn id-dokumenti jippreżentaw l-attwalità legali, ġudizzjarja u ġurisprudenzjali ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u ta’ ċerti qrati nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali, b’mod tematiku jew kronoloġiku.
Min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-Direttorat “Riċerka u Dokumentazzjoni” tagħha jipprepara u jikkondividi f’intervalli regolari “Flash News” dwar il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea u, minn żmien għal żmien, ta’ Stati terzi.
Dawn il-“Flash News” jinkludu sunti:
Il-lista tad-dokumenti hija disponibbli fil-qiegħ tal-paġna. Tista’ ssir ukoll tfittxija permezz tal-għodda ta’ tfittxija.