Ġestjoni sostenibbli
L-Unjoni Ewropea tinsab quddiem nett fl-impenn tagħha f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-ambjent fuq skala mondjali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala istituzzjoni tagħti importanza kbira lil dan il-qasam u ddeċidiet li timpenja ruħha b’saħħa u b’determinazzjoni f’dan il-qasam billi tuża s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali EMAS (Eco Management and Audit Scheme). Fil-15 ta’ Diċembru 2016, C. Dieschbourg, Ministru Lussemburgiż għall-Ambjent, ikkonfermat ir-reġistrazzjoni tal-Istituzzjoni tagħna taħt ir-regolament iċċitat iktar ’il fuq. Iktar ’il quddiem sejjer issib id-dokumenti ewlenin tas-sistema EMAS. Dawn id-dokumenti, disponibbli bil-Franċiż, qed jinġiebu għall-konoxxenza tal-pubbliku:
Il-politika ambjentali tistabbilixxi l-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-Istituzzjoni tagħna fir-rigward tal-ambjent.
Id-dikjarazzjoni ambjentali hija dokument għall-pubbliku u għall-partijiet kollha l-oħra kkonċernati, li fiha l-organizzazzjoni tagħna tippreżenta l-attivitajiet tagħha, l-effett tagħhom fuq l-ambjent, l-impenji meħuda għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u l-isforzi mwettqa f’dan il-qasam.
Fil-kuntest tas-sistema tagħha EMAS, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet, għall-ewwel darba fis-sena 2010, l-ewwel djanjożi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkawżati mill-attivitajiet tagħha. Il-bilanċ karbonju jiġi aġġornat regolarment.
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni enerġetika tal-bini, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija kif ukoll jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu japplika leġiżlazzjoni dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini. Hija tikkostitwixxi bażi legali. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni enerġetika, imsejjaħ ukoll “passaport enerġetiku” huwa tikketta ta’ kwalità għall-prestazzjoni enerġetika tal-bini.
Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer Enregistrer |