Arkivji storiċi
PreżentazzjoniSkont il-leġiżlazzjoni adottata fl-1983, fl-2003 u fl-2015, dwar il-ftuħ lill-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet Ewropej huma obbligati jistabbilixxu l-arkivji storiċi tagħhom u jiżguraw il-ftuħ tagħhom lill-pubbliku. Il-persuni interessati huma wkoll mitluba jikkonsultaw il-paġna tal-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea. Liema huma d-dokumenti kkonċernati?L-arkivji storiċi huma komposti minn dokumenti prodotti jew riċevuti mill-istituzzjonijiet fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjoni tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu ntgħażlu għal konservazzjoni permanenti u li jkollhom iktar minn tletin sena. Lil min għandek tindirizza?Huwa possibbli li l-aċċess għal fajl jew għal diversi fajls tal-arkivji storiċi jintalab permezz tal-kaxxa postali elettronika funzjonali tal-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea. It-talba għal aċċess tiġi eżaminata fid-dettall, fid-dawl, pereżempju, tal-protezzjoni tal-ħajja privata, tal-interessi kummerċjali u tas-sigriet tad-deliberazzjonijiet. Għaldaqstant, it-terminu għall-ipproċessar tat-talba jista' jvarja skont il-kumplessità jew il-volum tal-fajl. Kif għandek tikkonsulta l-arkivji?Fil-każ li l-aċċess jiġi awtorizzat, il-persuna li tressaq it-talba jkollha l-possibbiltà tikkonsulta d-dokumenti, bla ħlas, fl-Istitut Universitarju Ewropew (IUE) ta' Firenze. Għal iktar dettalji dwar il-modalitajiet ta' konsultazzjoni, il-persuni interessati huma mistiedna jikkonsultaw id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Ġunju 2014, imsemmija iktar 'il fuq. Informazzjoni u kuntattGħal kull informazzjoni addizzjonali, jista' jintbagħat messaġġ elettroniku lid-dipartiment responsabbli għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |