Il-Gallerija
     
       
pixel corner-cour

pixelIl-Gallerija tista’ verament tissejjaħ triq interna. B’tul ta’ 300 metru, b’wisa’ ta’ 8 metri u b’għoli ta’ 9.85 metri, il-Gallerija, b’saqaf tal-ħġieġ, hija s-soluzzjoni arkitettonika magħżula sabiex jingħata iktar ftuħ lit-tliet annessi miżjuda fis-snin 80 u 90 mal-Palazz oriġinali u sabiex tkun konnessjoni bejn il-qrati u d-dipartimenti kollha. Fil-fatt, il-Gallerija sservi ta’ konnessjoni bejn il-bini l-antik u dak ġdid. Il-Gallerija toffri wkoll aċċess għaż-żewġ Torrijiet, għall-Anell, għall-awli fil-Palazz l-Antik u għall-bibljoteka.

 
 

brique

   
   

B'hekk, il-Gallerija hija l-qalba funzjonali tal-kumpless kollu. Minbarra li tilqa' fiha postijiet intiżi għal użu soċjali (bank, ħanut tal-gazzetti, ristorant self service), il-Gallerija tilqa' fiha wkoll il-bibljoteka u s-swali ta' formazzjoni professjonali.

 
       

Il-Gallerija

 
Il-Gallerija
  fleche H

fleche G

Il-Gallerija

   
fleche B

L-aċċess għas-swali ta' formazzjoni

   
L-aċċess għas-swali ta' formazzjoni
       
 

 L-aċċess għas-swali ta' formazzjoni

 
       
pixel corner-cour

pixelMinbarra l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali, kważi 2 000 persuna huma impjegati mal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-parti l-kbira tagħhom huma uffiċjali filwaqt li l-oħrajn jew huma membri tal-persunal temporanju jew huma membri tal-persunal kuntrattwali. Madwar nofs il-persunal jaħdem fid-dipartimenti lingwistiċi (ta' interpretazzjoni u prinċipalment ta' traduzzjoni); kwart tal-persunal jaħdem fl-uffiċċji tal-Membri tal-istituzzjoni; l-aħħar kwart huwa impjegat fid-diversi dipartimenti (Reġistri, bibljoteka, riċerka u dokumentazzjoni, persunal, finanzi, informatika, servizz intern, stampa u informazzjoni, eċċ). 

Il-formazzjoni professjonali għandha rwol importanti ħafna fl-amministrazzjoni ta' dawn ir-riżorsi umani. Minbarra li hija għodda meħtieġa sabiex l-uffiċjali u l-membri l-oħra tal-persunal jkunu jistgħu jiksbu l-konoxxenzi u l-kompetenzi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, il-formazzjoni tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-iżvilupp tal-karriera ta' dawn l-uffiċjali u membri l-oħra tal-persunal. 
Kif wieħed jistenna f'istituzzjoni li s-sistema lingwistika tagħha hija kkaratterizzata minn multilingwiżmu integrali, il-formazzjoni lingwistika tokkupa l-ikbar parti mill-formazzjoni professjonali. B'hekk, mill-21 000 jum iddedikati mill-persunal kollu għall-formazzjoni professjonali, iktar minn 80 % kienu ddedikati għall-formazzjoni lingwistika. Il-formazzjoni relatata mal-ħidma fl-uffiċċji u mal-informatika hija qasam importanti ieħor tal-formazzjoni. Din il-formazzjoni hija indirizzata lill-uffiċjali u lill-membri l-oħra tal-persunal li jkunu għadhom kemm ġew impjegati u wkoll lill-membri tal-persunal li jkunu diġà impjegati u li huma kontinwament meħtieġa jadattaw ruħhom għall-użu dejjem jikber ta' teknoloġiji tal-informatika ġodda fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja.

 
 

brique

   
   

Sabiex jiġu sodisfatti dawn il-ħtiġijiet ta' formazzjoni, kienu previsti 14-il sala ta' formazzjoni b'superfiċji totali ta' iktar minn 560m2 u li jipprovdu iktar minn mitejn post. Dawn is-swali jilqgħu wkoll membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet Komunitarji l-oħra li jinsabu fil-Lussemburgu peress li ġeneralment il-korsijiet ta' formazzjoni jiġu organizzati flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra kollha.

 
       
 

 L-aċċess għall-bibljoteka

 
       
pixel corner-cour

pixelSa mill-ewwel disinni tal-proġett arkitettoniku, ingħatat attenzjoni partikolari lid-disinn tal-bibljoteka tal-Palazz il-ġdid bil-għan li jsir l-aħjar użu possibbli mir-rikkezza tal-kollezzjonijiet u tar-riżorsi dokumentarji tagħha. B’aċċess għall-Gallerija, b’tul ta’ 70 metru u maqsuma fuq l-għoli kollu tal-Gallerija, il-bibljoteka issa tokkupa pożizzjoni strateġika fil-qalba tal-kumpless tal-istituzzjoni, pożizzjoni li tikkorrispondi perfettament mal-missjoni tagħha. B’hekk hija tipprovdi aċċess għar-riżorsi tagħha, li mingħajr ebda dubju huma uniċi fl-Ewropa, kemm għall-ġuristi li jaħdmu mal-istituzzjoni u kif ukoll għar-riċerkaturi esterni ta’ livell għoli li jistgħu jitolbu aċċess.
Is-sala ddedikata għall-qari, maqsuma fuq tliet sulari, tifforma spazju li jilqgħek, kontra l-idea ta’ awsterità ta’ spiss marbuta mal-idea ta’ bibljoteka, li xorta waħda joffri ambjent ta’ kalma u serħan, ideali għall-istudju u r-riċerka.

 
 

brique

   
   

Fis-sular 00, wieħed isib jilqgħuh il-membri tal-“helpdeskˮ li huma lesti joffrulu pariri u għajnuna. Fl-istess post, wieħed jista’ jikkonsulta huwa stess il-katalogu diġitali kif ukoll is-sorsi ta’ informazzjoni elettroniċi l-oħra mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu. F’dan l-istess sular jinsabu l-kollezzjoni msejħa “ta’ referenzaˮ li tinkludi x-xogħlijiet ta’ dritt tal-Unjoni l-iktar mitluba, il-kollezzjonijiet ta’ monografiji, il-kollezzjonijiet integrali tal-perjodiċi ta’ dritt tal-Unjoni u l-akkwisti l-ġodda li jkunu aċċessibbli fuq xkafef iddedikati għall-preżentazzjoni tagħhom. Ta’ min isemmi b’mod partikolari l-fatt li min juża l-bibljoteka għandu aċċess dirett, permezz ta’ xkafef motorizzati, għall-volumi tas-sena attwali tar-rivisti u perjodiċi ġuridiċi li għalihom hija abbonata l-bibljoteka. Dawn ir-rivisti u perjodiċi ġuridiċi, li fil-preżent jammontaw għal iktar minn 900, ġejjin mill-pajjiżi tal-Ewropa kollha u anki minn pajjiżi iktar ’il bogħod.

Fis-sular 01 jistgħu jiġu kkonsultati l-kollezzjonijiet ta’ teorija ġenerali dwar id-dritt, id-dritt komparat u d-dritt internazzjonali. Il-kollezzjonijiet tad-dritt tal-Istati Membri huma maqsuma bejn is-sular 01 u s-sular 02.

 

 
       

pixel      

Il-Bibljoteka

fleche D

L-aċċess għall-bibljoteka     
       
   

Dan ifisser li min juża l-bibljoteka għandu aċċess dirett għal madwar 70 000 volum mifrux fuq 3 500 metru ta’ xkafef. Madankollu, din hija biss parti mir-riżorsi tal-bibljoteka. Madwar 80 000 volum ieħor, li jinkludi letteratura dwar id-dritt ta’ ċerti Stati terzi, kollezzjonijiet sħaħ ta’ perjodiċi (ġurnali uffiċjali tal-Istati Membri, ġabriet ta’ ġurisprudenza) u dizzjunarji, huma miżmuma f’partijiet mit-Torri B tal-kumpless li huma aċċessibbli direttament minn passaġġ fis-sular 01 tas-sala għall-qari.

 
 

brique

   
   

Sabiex dawk li jużaw il-bibljoteka jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minn dawn ir-riżorsi, is-sala għall-qari għandha madwar 80 post ta’ ħidma, komdi u ergonomiċi, maqsuma fuq it-tliet sulari. Fost dawk li l-iktar jużaw is-servizzi tal-bibljoteka, wieħed jista’ jsemmi l-kollaboraturi tal-Membri taż-żewġ qrati tal-Unjoni u l-ġuristi fid-dipartiment Riċerka u Dokumentazzjoni li jifforma t-tieni pilastru tad-Direttorat Ġenerali li minnu tagħmel parti l-bibljoteka. Fil-fatt, dawn il-ġuristi, bħala parti mill-funzjoni tagħhom li jassistu l-attività ġudizzjarja, ta’ spiss jintalbu jirriċerkaw fid-dettall aspetti tad-dritt tal-Unjoni, internazzjonali u komparattiv li jkunu meħtieġa għar-riflessjoni u l-istudju li jippreċedu deċiżjoni ġudizzjarja. B’hekk teżisti relazzjoni simbjotika bejn il-bibljoteka u d-dipartiment Riċerka u Dokumentazzjoni fejn l-istudji ta’ dan tal-aħħar huma prinċipalment ibbażati fuq il-materjal abbondanti pprovdut minn tal-ewwel.

L-installazzjoni tal-bibljoteka fil-post il-ġdid tagħha hija stadju importanti fl-iżvilupp tagħha u tippermettilha ttejjeb l-użu tar-riżorsi tagħha billi tipprovdilha l-ispazju mitlub miż-żieda esponenzjali fil-letteratura ġuridika, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni.