e-Curia

e-Curia button version2

 

e-Curia hija applikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tippermetti lir-rappreżentanti tal-partijiet fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, kif ukoll lill-qrati nazzjonali fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jiskambjaw l-atti proċedurali mar-Reġistri b’mod esklużivament elettroniku.

 

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas 16 ta’ Ottubru 2018 dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal 11 ta’ Lulju 2018 dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

Kundizzjonijiet ta’ użu tal-applikazzjoni e-Curia

Gwida għall-utent 

   

Talba għall-ftuħ ta’ kont

Sabiex wieħed jibbenefika mill-funzjonalitajiet tal-e-Curia, għandha titressaq talba għall-ftuħ ta’ kont permezz ta’ waħda mill-formoli ta’ talba għal aċċess.

Il-modalitajiet ta’ ftuħ ta’ kont ivarjaw skont jekk il-proċedura segwita mill-utent hijiex dik normali jew inkella dik speċifika.

Il-proċedura normali tippermetti li jinfetaħ kont għall-iskambju ta’ atti proċedurali mal-Qorti tal-Ġustizzja jew mal-Qorti Ġenerali. Din il-proċedura hija miftuħa għal rappreżentant ta’ parti (kont “rappreżentant”), jew, fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għal persuna li taġixxi f’isem qorti ta’ Stat Membru (kont “qorti”), jew għal persuna li ma jkollhiex il-kwalità ta’ aġent jew ta’ avukat iżda li tkun awtorizzata, bis-saħħa tar-regoli tal-proċedura nazzjonali, tirrappreżenta parti quddiem il-qrati tal-Istat tagħha (kont “persuna awtorizzata”). L-ipproċessar ta’ din it-talba tieħu ftit jiem u inti tiġi informat permezz ta’ messaġġ elettroniku dwar l-eżitu tat-talba tiegħek.

Il-proċedura speċifika hija intiża li tirregola sitwazzjoni mmexxija minn urġenza u tippermetti li jinkiseb il-ftuħ provviżorju ta’ kont għall-preżentata ta’ atti proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali biss.

L-użu tal-applikazzjoni e-Curia huwa mingħajr ħlas.

L-użu tal-applikazzjoni e-Curia huwa obbligatorju quddiem il-Qorti Ġenerali.

 

 

Tabella sommarja tal-kontijiet li jawtorizzaw il-preżentata ta’ atti proċedurali quddiem qorti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura normali jew il-proċedura speċifika

 

 

Proċedura normali

(Talba għall-ftuħ ta’ kont)

Proċedura speċifika

(Ftuħ provviżorju ta’ kont għall-preżentata immedjata ta’ atti proċedurali)

Kwalità

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti Ġenerali

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti Ġenerali

Rappreżentant:
- Avukat
- Aġent
- Professur

Iva

Iva

Le

Iva

Persuna li ma jkollhiex il-kwalità ta’ aġent jew ta’ avukat, iżda li, bis-saħħa tar-regoli tal-proċedura nazzjonali, tkun madankollu awtorizzata tirrappreżenta parti quddiem il-qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari

Iva

Le

Le

Le

Persuna li tkun qiegħda taġixxi f’isem qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari

Iva

Le

Le

Le

 

 

Preżentata ta’ atti proċedurali

L-atti proċedurali għandhom jiġu ppreżentati fil-format PDF. Il-fajls ippreżentati ma jistgħux jeċċedu 30 Mb. Ma huwiex neċessarju li l-atti ppreżentati jkunu ffirmati bl-idejn. Għaldaqstant, l-utent jista’ jiġġenera sempliċement id-dokument PDF mis-softwer tiegħu għall-word processing. Fil-każ li jkun neċessarju, l-utent jista’ wkoll jehmeż mal-att proċedurali tiegħu annessi u/jew dokumenti addizzjonali. Ladarba d-dokumenti li għandhom jintbagħtu jiġu vvalidati, il-preżentata tiġi rreġistrata permezz tal-applikazzjoni u jintbagħat messaġġ elettroniku ta’ konferma. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li d-dokument oriġinali jew il-kopji awtentikati jintbagħtu bil-posta.

 

Riċezzjoni ta’ notifiki

Meta r-Reġistru jibgħat notifika ta’ att proċedurali permezz tal-e-Curia, jintbagħat messaġġ elettroniku lid-destinatarju sabiex dan tal-aħħar jiġi avżat u b’hekk ikun jista’ jikkonsulta din in-notifika fl-e-Curia. Malli notifika tiġi kkonsultata, ir-Reġistru jiġi informat. Alternattivament, jiġi preżunt li n-notifika saret sebat ijiem wara li jkun intbagħat il-messaġġ elettroniku ta’ avviż.

 

Konsultazzjoni tal-lista tal-preżentati u tan-notifiki preċedenti

F’kull mument, l-utent jista’ jikkonsulta l-lista tan-notifiki rċevuti preċedentement kif ukoll dik tal-preżentati tiegħu. Formola ta’ tfittxija tippermettilu jagħżel in-notifiki rċevuti u l-preżentati magħmula preċedentement.

 

Ġestjoni ta’ informazzjoni personali u reġistrazzjoni ta’ assistenti

L-utent jista’ jbiddel il-password tiegħu, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu jew il-lingwa tal-profil tiegħu. Fil-każ li jinsa l-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew il-password, hemm proċedura li biha jista’ jirkuprahom. Ir-rappreżentant ta’ parti u l-persuna li taġixxi f’isem qorti jistgħu barra minn hekk jirreġistraw assistent wieħed jew iktar li jkunu jistgħu jirċievu l-atti proċedurali trażmessi mir-Reġistri. Dan l-assistent ikun jista’ wkoll jipprepara preżentata li, sussegwentement, tkun trid tiġi vvalidata mir-rappreżentant jew mill-persuna li taġixxi f’isem qorti ta’ Stat Membru.