Il-Media Soċjali

Id-Direttorat tal-Komunikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa inkarigat mill-ġestjoni tal-kontijiet tal-media soċjali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Dawn il-kontijiet jipprovdu informazzjoni dwar deċiżjonijiet u ċerti avvenimenti istituzzjonali (udjenzi solenni, żjarat uffiċjali, attività istituzzjonali oħra…). Minħabba l-volum ta’ kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk jogħġbok żomm f’moħħok li mhux id-deċiżjonijiet kollha jkunu koperti mill-kontijiet tal-media soċjali.

Kummenti u messaġġi diretti

It-trażmissjoni ta’ messaġġi diretti jew kummenti ma jitqiesux li huma talba uffiċjali għal informazzjoni. Jekk għandek bżonn tikkuntattja uffiċjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk jogħġbok uża l-paġna ta’ kuntatt tagħna.

Il-kontijiet li nsegwu

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix b’mod sistematiku l-kontijiet tas-segwaċi tagħha. Kontijiet manifestament malizzjużi jew li jagħmlu użu ta’ spamming ma jibqgħux segwiti. Il-fatt li kont jiġi segwit minn wieħed mill-kontijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax jitqies li jkun approvazzjoni jew sostenn lejn dawn il-kontijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Disponibbiltà

Id-Direttorat tal-Komunikazzjoni jaġġorna u jissorvelja l-attività tal-kontijiet tal-media soċjali matul il-ħinijiet tax-xogħol mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Il-kontijiet tagħna:

x on @EUCourtPress (in English)

x on @CourUEPresse (en français)

linkedin on Court of Justice of the European Union

youtube on @CourtofJusticeEU

mastodon 32x32 @Curia