Fit-13 ta' Mejju 2013, fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu, inżammet ġurnata ta' riflessjoni b'tifkira tal-50 anniversarju tas-sentenza "Van Gend en Loos", mogħtija fil-5 ta' Frar 1963. Matul dan il-jum, is-sentenza ġiet eżaminata kemm bħala sors kif ukoll bħala matriċi tal-prinċipji li ffurmaw l-istruttura kostituzzjonali tal-Unjoni, kif ukoll mill-perspettiva tal-potenzjalitajiet tagħha fl-iżvilupp futur tal-kostruzzjoni Ewropea.
Il-konferenza, organizzata minn kumitat ippresjedut mill-President ta' Awla A. Tizzano u kompost mill-Avukat Ġenerali J. Kokott u mill-Imħallef S. Prechal, kienet indirizzata lill-professjonijiet legali kollha kif ukoll lid-dinja akkademika tal-Unjoni Ewropea. Ix-xogħlijiet żvolġew bil-Franċiż u bl-Ingliż.
Actes du colloque / Conference Proceedings:
Għal iktar informazzjoni: