Zoltán Csehi
Zoltán Csehi

Imwieled fl-1965; diploma fid-dritt mill-Università Loránd Eötvös ta' Budapest (1990), fl-istorja tal-arti (1992) u Master of Laws mill-Università ta' Heidelberg (1991); dottorat fid-dritt (2004); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Budapest (1995-2016); professur assoċjat tad-dritt (1991-2005) u professur tad-dritt (2005-2016) fl-Università Loránd Eötvös; kap tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali (2007-2013), u mbagħad kap tad-dipartiment tad-dritt privat u kummerċjali kif ukoll professur (2013-2016) fl-Università Kattolika Péter Pázmány ta' Budapest; professur mistieden fl-Università Kattolika ta' Lyon (2013-2016); arbitru fil-qorti tal-arbitraġġ permanenti affiljata mal-Borża Ungeriża u arbitru ad hoc (2004-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.