Giovanni Pitruzzella
Giovanni Pitruzzella

imwieled fl-1959; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Palermo (1982); professur tad-dritt kostituzzjonali fl-Università ta’ Palermo; professur tad-dritt kostituzzjonali u tal-kompetizzjoni fl-Università LUISS Guido Carli ta’ Ruma; konsulent legali tal-Gvern Taljan (1993-1996); professur tad-dritt pubbliku fl-Università ta’ Cagliari (1986-1997); president tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-istatus speċjali tar-Reġjun ta’ Sicilia (1998-2002); konsulent legali tal-Ministeru għas-Saħħa Taljan (2008-2011); membru u mbagħad president tal-Kummissjoni għall-garanzija tad-dritt ta’ azzjoni sindakali fis-servizzi pubbliċi essenzjali (2006-2011); president tal-Awtorità Taljana għall-Garanzija tal-Kompetizzjoni u tas-Suq (2011-2018); innominat mill-President tar-Repubblika, f’April 2013, bħala wieħed mill-għaxar esperti tal-Kummissjoni għar-riformi istituzzjonali, ekonomiċi u soċjali u, f’Ġunju tal-istess sena, maħtur mill-Prim Ministru bħala membru tal-grupp ta’ esperti mistieden sabiex jippreżenta abbozz ta’ riformi kostituzzjonali; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta’ Ottubru 2018.