Il-katalogu tal-bibljoteka

Il-katalogu tal-bibljoteka tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa disponibli fuq is-sit CVRIA

Il-katalogu tal-bibljoteka issa huwa aċċessibbli fuq is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja:

fleche D http://bib-curia.eu/

Għalhekk hemm il-possibbiltà ta' użu online minn dan il-katalogu sabiex isiru riċerki biblijografiċi fuq id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fuq l-oqsma l-oħra tad-dritt koperti b'mod selettiv mill-katalogu tal-biblijoteka tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħad-dritt internazzjonali, id-dritt komparattiv, id-dritt tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ta' ċerti pajjiżi terzi, kif ukoll it-teorija ġenerali tad-dritt.

Dan il-katalogu huwa, fil-preżent, wieħed mill-iktar mogħni fid-dinja f''dak li jirrigwarda d-dritt tal-Unjoni. Dan huwa dovut għall-fatt li l-biblijoteka tal-Qorti tal-Ġustizzja takkwista sa fejn huwa possibbli l-pubblikazzjonijiet kollha ġuridiċi li jidhru f'dan il-qasam, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u li tifli b'mod sistematiku madwar 1 000 rivista li hija abbonata fihom, u li tirreġistra fil-katalogu tagħha l-artikoli kollha fuq id-dritt tal-Unjoni li jiġu ppubblikati fihom.

Il-katalogu bħalissa fih madwar 340 000 reċensjoni biblijografika, inklużi iktar minn 80 000 dwar id-dritt tal-Unjoni.
Din ir-rata qed tikber b'iktar minn 20 000 reċensjoni kull sena.