Dokumenti tematiċi

Id-“Dokumenti tematiċi” huma dokumenti li janalizzaw il-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza jew l-istat tad-dritt pożittiv, dwar tema partikolari. Dawn jistgħu jkunu kompilazzjoni ta’ deċiżjonijiet, ta’ sommarji jew ta’ noti ta’ spjega, imħejjija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew mill-qrati membri tan-NĠUE.

F’din il-parti, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkondividi d-“Dokumenti tematiċi dwar il-ġurisprudenza” imħejjija mid-Direttorat tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni li jiġbru, fir-rigward ta’ suġġett partikolari, l-iktar punti ta’ liġi rilevanti ta’ selezzjoni ta’ sentenzi. Dawn id-dokumenti huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha.