Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni

Imwieled fl-1967; diploma mill-Institut d'études politiques ta' Grenoble (1988) u mill-École nationale d'administration (1993); okkupa l-pożizzjoni ta' auditeur fil-Conseil d'État [Imħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż (1993-1997) u membru tat-taqsima soċjali (1996-1997)]; okkupa l-pożizzjoni ta' maître des requêtes fil-Conseil d'État (1996-2008); okkupa l-pożizzjoni ta' maître de conférences fl-Institut d'études politiques ta' Pariġi (1993-1995); Kummissarju tal-Gvern fi ħdan il-Commission spéciale de cassation des pensions (1994-1996); konsulent legali għall-Ministeru tas-Servizz pubbliku u għall-belt ta' Pariġi (1995-1997); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Yonne, responsabbli għaż-żona ta' Auxerre (1997-1999); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Savoie, responsabbli għaż-żona ta' Chambéry (1999-2001); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (2001-2005); membru titolari tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) (2001-2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2005-2011, President ta' awla mill-2008 sal-2011); okkupa l-pożizzjoni ta' conseiller d'État bħala assistent tal-President tat-tmien awla tat-taqsima tal-kontenzjuż (2011-2013); Membru tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (2011-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013.