Ricardo da Silva Passos
Ricardo da Silva Passos

imwieled fl-1953; diploma fid-dritt mill-Università klassifika ta’ Lisbona (1975); diploma ta’ studji approfonditi mill-Università ta’ Strasbourg (1978); Master of Laws mill-Università ta’ Harvard (1984); prosekutur pubbliku fil-qorti tal-ewwel istanza ta’ Cascais (1975-1976); ġurista fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1978-1986); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1987); kap ta’ diviżjoni fis-segretarjat tal-kummissjoni legali u tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Parlament Ewropew (1988-1999); membru tas-segretarjat tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003); kap ta’ unità fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewopew (1999-2010); direttur għall-affarijiet istituzzjonali u parlamentari fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (2010-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.