Octavia Spineanu-Matei
Octavia Spineanu-Matei

imwielda fl-1967; gradwata fid-dritt mill-Università Alexandru Ioan Cuza de Iasi (1990); dottorat fid-dritt (1999); Imħallef fil-qorti tas-settur 4 ta’ Bukarest (1991-1996); Imħallef (1996-1999) u president ta’ sezzjoni (1997-1999) fil-qorti ta’ Bukarest; Imħallef (1999-2005)  u president ta’ sezzjoni (1999-2003) fil-qorti tal-appell ta’ Bukarest; membru tal-awla manja tal-appelli fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (2006-2016); lecturer u mbagħad direttur tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura (2011-2016); Imħallef fil-qorti għolja ta’ kassazzjoni u ta’ ġustizzja tar-Rumanija (2006-2016); membru tal-kunsill xjentifiku tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura u tal-kunsill tat-tmexxija tal-iskola nazzjonali għar-reġistraturi (2011-2016); membru elett tal-kunsill tal-iskola dottorjali tal-Università ta’ Bukarest (2012-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.