Tradutturi fuq bażi free-lance
   
  corner-cour  
 

Id-dipartiment tat-traduzzjoni

Xogħol għall-Qorti tal-Ġustizzja

Arranġamenti ta’ xogħol flessibbli

Proċedura ta’ għażla

Suq miftuħ u kompetizzjoni permanenti

Informazzjoni prattika

Avviż ta’ kuntratt

   
   
   

Id-dipartiment tat-traduzzjoni

Id-dipartiment tat-traduzzjoni legali tal-istituzzjoni, b’iktar minn 600 ġurist lingwist, jittraduċi d-dokumenti legali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Huwa jiżgura t-tmexxija effiċjenti tal-proċeduri ġudizzjarji u t-tixrid multilingwi tad-deċiżjonijiet tal-Qorti, sabiex jagħti access għall-ġustizzja u għall-ġurisprudenza liċ-ċittadini kollha tal-UE, tkun xi tkun il-lingwa tagħhom.

Id-dipartiment jittraduċi firxa wiesgħa ta’ testi legali li jvarjaw skont numru ta’ fatturi: in-natura tal-kawża, is-suġġett, it-tip ta’ dokument (dokumenti proċedurali, konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, sentenzi, digrieti), lingwa, stil, tul, sfond legali tal-awtur, etc.

Xogħol għall-Qorti tal-Ġustizzja

Kważi terz tat-testi jiġu tradotti minn kollaboraturi esterni (tradutturi freelance). Dawn huma persuni legali jew fiżiċi li magħhom l-istituzzjoni tiffirma kuntratt, fuq il-bażi ta’ regoli ta’ kunfidenzjalità stretta, u li żżomm kuntatt mill-viċin. It-traduzzjonijiet għandhom ikunu ta’ kwalità għolja ħafna, u l-esterni jirċievu sostenn u assistenza xierqa mid-dipartiment tat-traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jiksbu dan.

Arranġamenti ta’ xogħol flessibbli

It-tradutturi freelance huma liberi li jagħżlu minn fejn jaħdmu peress li l-kuntratti jitwettqu mill-bogħod (permezz tat-telefon, posta elettronika u varji pjattaformi internet). Barra minn hekk, it-tradutturi jistgħu jagħżlu l-ammont ta’ xogħol ta’ traduzzjoni li jaċċettaw, skont it-termini varji, u b’hekk din it-tip ta’ kollaborazzjoni tista’ titwettaq bħala attività addizzjonali, b’mod partikolari mill-professjonisti tal-liġi.

Proċedura ta’ għażla

It-tradutturi freelance jintagħżlu permezz ta’ avviż ta’ kuntratt ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi ta’ kuntratt, li jkopru numru ta’ kombinazzjonijiet lingwistiċi, huma permanenti u jibqgħu miftuħin sabiex jippermettu offerenti oħra jipparteċipaw f’kull ħin. Il-persuni magħżula fuq il-bażi ta’ testijiet tat-traduzzjoni (li jitlestew mill-bogħod) jiffirmaw kuntratt qafas mal-Qorti tal-Ġustizzja.

Suq miftuħ u kompetizzjoni permanenti

L-offerenti jitqiegħdu f’lista li fiha l-pożizzjoni tiddependi kemm fuq il-kwalità tat-traduzzjoni, kif evalwata fit-test, kif ukoll fuq il-kompetittività tar-rata mitluba mill-offerent. L-offerenti regolarment jirċievu offerti ta’ traduzzjonijiet fuq il-bażi ta’ din il-klassifikazzjoni, li tinbidel skont il-kwalità tas-servizzi pprovduti, ħaġa li tippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni offerti ġodda.

Il-kuntratt għat-traduzzjoni legali huwa miftuħ għall-kompetizzjoni b’mod permanenti matul il-perijodu kollu ta’ eżekuzzjoni tiegħu (massimu ta’ 48 xahar) għal ċerti kombinazzjonijiet lingwistiċi (ara l-informazzjoni fuq il-lott korrispondenti), sakemm in-numru massimu ta’ kontraenti awtorizzati għal-lott ikkonċernat ma jkunx intlaħaq (sabiex tkun taf in-numru massimu ta’ kontraenti awtorizzati għal lott, irreferi għall-avviż ta’ kuntratt ikkonċernat). Suġġett għal din ir-riżerva, kull persuna fiżika jew ġuridika tista’ għalhekk tressaq talba għall-parteċipazzjoni waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja regolarment tevalwa t-talbiet il-ġodda għall-parteċipazzjoni li tirċievi.

 

It-talbiet għal informazzjoni / parteċipazzjoni jistgħu jintbagħtu lil: Indirizz elettroniku freelanceMT@curia.europa.eu

Informazzjoni prattika

Kull persuna kkwalifikata li tixtieq taħdem bħala traduttur freelance għall-kombinazzjonijiet lingwistiċi indikati fl-avviż ta’ kuntratt tista’ tressaq talba sabiex tipparteċipa.

L-imsemmija avviżi ta’ kuntratt, li huma biss huma awtentiċi, huma aċċessibli hawn taħt:

Avviż ta’ kuntratt 2019

Lingwa sors Deskrizzjoni Avviż ta’ kuntratt
MT

Konklużjoni ta' oqfsa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mil-lingwa Pollakka għall-Malti

2019/S 058-132851
Id-dokumenti li jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti għal kull fażi tal-proċedura jistgħu jiġu kkonsultati fis-sit internet e-Tendering tat-TED: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4599
SK

Uzavretie rámcových zmlúv na preklad právnych textov z poľského jazyka do slovenského jazyka

2019/S 058-132850
Id-dokumenti li jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti għal kull fażi tal-proċedura jistgħu jiġu kkonsultati fis-sit internet e-Tendering tat-TED: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4600

 

Dan l-għoti ta’ kuntratt jinvolvi żewġ stadji:

  • L-ewwel stadju: verifika tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla sabiex jintgħażlu l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna jagħmlu offerta
    Fl-ewwel lok, jekk inti interessat f’dan il-kuntratt, inti mistieden tressaq talba għal parteċipazzjoni.
  • It-tieni stadju: għoti ta’ kuntratti qafas fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-offerti rċevuti mingħand il-kandidati mistiedna jagħmlu offerta
    Fit-tieni lok, huma biss il-kandidati magħżula fl-ewwel stadju li jiġu mistiedna jagħmlu offerta. Kull offerta rċevuta mingħand persuna fiżika jew legali li ma tkunx ġiet mistiedna tagħmel offerta tiġi miċħuda.

Avviż ta’ kuntratt 2017

Lingwa sors Deskrizzjoni Avviż ta’ kuntratt
MT Konklużjoni ta' kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lejn il-Malti 2017/S 002-001545
BG Сключване на рамкови договори за превод на юридически текстове от някои официални езици на Европейския съюз на български 2017/S 002-001550
ES Celebración de contratos marco para la traducción al español de textos jurídicos a partir de determinadas lenguas oficiales de la Unión Europea 2017/S 002-001554
CS Uzavření rámcových smluv na překlad právních textů z některých úředních jazyků Evropské unie do českého jazyka 2017/S 002-001561
DA Indgåelse af flere rammeaftaler vedrørende oversættelse af juridiske tekster fra bestemte af Den Europæiske Unions officielle sprog til dansk 2017/S 002-001544
DE

Abschluss von Rahmenverträgen für die Übersetzung juristischer Texte aus bestimmten Amtssprachen der Europäischen Union ins Deutsche

2017/S 002-001556
ET Raamlepingud juriidiliste tekstide tõlkimiseks Euroopa Liidu teatud ametlikest keeltest eesti keelde 2017/S 002-001562
EL Σύναψη συμβάσεων-πλαισίων για τη μετάφραση νομικών κειμένων από ορισμένες επίσημες γλώσσες της Ευρωπαϊκής Ενώσεως προς τα ελληνικά 2017/S 002-001564
EN Conclusion of framework contracts for the translation of legal texts from certain official languages of the European Union into English 2017/S 002-001566
FR Conclusion de contrats-cadres pour la traduction de textes juridiques de certaines langues officielles de l'Union européenne vers le français 2017/S 002-001555
HR Sklapanje okvirnih ugovora za prijevod pravnih tekstova s određenih službenih jezika Europske unije na hrvatski 2017/S 002-001558
IT Conclusione di contratti-quadro per la traduzione di testi giuridici da determinate lingue ufficiali dell'Unione europea in italiano 2017/S 002-001551
LV Pamatlīgumu par juridisku tekstu tulkošanu no noteiktām Eiropas Savienības oficiālajām valodām uz latviešu valodu noslēgšana 2017/S 002-001565
LT Bendrųjų sutarčių sudarymas dėl teisinių tekstų vertimų raštu iš kai kurių Europos Sąjungos oficialiųjų kalbų į lietuvių kalbą 2017/S 002-001553
HU Jogi szövegeknek az Európai Unió egyes hivatalos nyelveiről magyar nyelvre történő fordítására irányuló keretszerződések megkötése 2017/S 002-001552
NL Sluiten van raamcontracten voor de vertaling van juridische teksten vanuit een aantal officiële talen van de Europese Unie naar het Nederlands 2017/S 002-001559
PL Zawarcie umów ramowych o tłumaczenie tekstów prawniczych z niektórych języków urzędowych Unii Europejskiej na język polski 2017/S 002-001546
PT Celebração de contratos-quadro para a tradução de textos jurídicos a partir de certas línguas oficiais da União Europeia para português 2017/S 002-001563
RO Încheierea de contracte-cadru pentru traducerea unor texte juridice din anumite limbi oficiale ale Uniunii Europene în limba română 2017/S 002-001548
SK Uzavretie rámcových zmlúv na preklad právnych textov z niektorých úradných jazykov Európskej únie do slovenského jazyka 2017/S 002-001557
SL Sklenitev okvirnih pogodb za prevajanje pravnih besedil iz nekaterih uradnih jezikov Evropske unije v slovenščino 2017/S 002-001549
FI Puitesopimusten tekeminen oikeudellisten tekstien kääntämisestä tietyistä Euroopan unionin virallisista kielistä suomeen 2017/S 002-001547
SV Ramkontrakt för översättning av juridiska texter från vissa av Europeiska unionens officiella språk till svenska 2017/S 002-001560

 

Dan l-għoti ta’ kuntratt jinvolvi żewġ stadji:

  • L-ewwel stadju: verifika tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla sabiex jintgħażlu l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna jagħmlu offerta
    Fl-ewwel lok, jekk inti interessat f’dan il-kuntratt, inti mistieden tressaq talba għal parteċipazzjoni.
  • It-tieni stadju: għoti ta’ kuntratti qafas fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-offerti rċevuti mingħand il-kandidati mistiedna jagħmlu offerta
    Fit-tieni lok, huma biss il-kandidati magħżula fl-ewwel stadju li jiġu mistiedna jagħmlu offerta. Kull offerta rċevuta mingħand persuna fiżika jew legali li ma tkunx ġiet mistiedna tagħmel offerta tiġi miċħuda.

 

Id-dokumenti relatati, inkluża l-informazzjoni rilevanti kollha għal kull fażi, jistgħu jiġu kkonsultati kif ġej:

 

1- Dokumenti neċessarji sabiex issir talba għall-parteċipazzjoni (fażi tal-għażla):

  • L-avviż ta’ kuntratt li miegħu hija marbuta t-talba għall-parteċipazjoni (ara l-links hawn fuq li jwasslu għall-avviżi ta’ kuntratt skont il-lingwa li fiha ssir it-traduzzjoni)
  • Ittra ta’ stedina għall-parteċipazzjoni PDF pdf icon
  • Formola ta’ reġistrazzjoni mandatorja Word word-icon PDF pdf icon
  • Dikjarazzjoni fuq l-unur relatata mal-kriterji ta’ esklużjoni u mal-kriterji ta’ għażla Word word-icon PDF pdf icon

 

Il-kandidati huma mitluba jagħmlu t-talba għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-lingwa tal-avviż.

It-tabliet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika (formola ta’ reġistrazzjoni ffirmata u skannjata bħala anness) jew permezz ta’ ittra (formola ta’ reġistrazzjoni ffirmata) fl-indirizz speċifikat fil-punt I.1) tal-avviż ta’ kuntratt. Links lejn spazji ta’ ħażna online mhux ser jiġu aċċettati.

Id-data finali sabiex jiġu rċevuti talbiet għall-parteċipazzjoni hija speċifikata fil-punt IV.2.2) tal-avviż ta’ kuntratt. Peress li s-sejħa għall-kompetizzjoni hija permanenti, il-kuntratti għat-traduzzjoni legali jibqgħu madankollu miftuħa sabiex f’kull mument ikunu jistgħu jidħlu kontraenti ġodda. Għalhekk, it-talbiet għall-parteċipazzjoni mressqa wara d-data finali indikata jkunu jistgħu jiġu evalwati, sakemm in-numru massimu ta’ kontraenti għal-lott (kombinazzjoni lingwistika) ma jkunx għadu ntlaħaq

 

2- Dokumenti fil-każ ta’ għażla u ta’ stedina sabiex issir offerta (fażi tal-għoti):

  • L-avviż ta’ kuntratt li miegħu hija marbuta l-istedina sabiex issir offerta (ara l-links hawn fuq li jwasslu għall-avviżi ta’ kuntratt skont il-lingwa li fiha ssir it-traduzzjoni)
  • Speċifikazzjonijiet tal-kuntratt EN / FR word-icon - EN / FR pdf icon
  • Mudell ta’ kuntratt qafas EN / FR word-icon - EN / FR pdf icon