[15/03/2022]
Bħall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kienet kostretta tadatta l-modalitajiet ta’ xogħol tagħha minn Marzu 2020, minħabba l-kriżi sanitarja wara li feġġ il-virus SARS‑CoV‑2. In-natura pandemika ta’ dan il-virus wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti Ġenerali sabiex jieħdu l-iktar miżuri sanitarji stretti sabiex jipproteġu s-saħħa tal-persuni kollha msejħa sabiex imorru fil-bini tal-Istituzzjoni u sabiex jagħmlu diversi aġġustamenti li jikkonċernaw kemm il-fażi bil-miktub kif ukoll il-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari billi joffru lir-rappreżentanti tal-partijiet il-possibbiltà li jipparteċipaw fis-seduti permezz ta’ videokonferenza.
L-evoluzzjoni favorevoli tas-sitwazzjoni sanitarja issa tippermetti li tiġi prevista, b’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, normalizzazzjoni tas-sitwazzjoni u, b’mod partikolari, it-tkomplija tas-seduti għat-trattazzjonijiet orali f’kundizzjonijiet simili għal dawk qabel il-bidu tal-kriżi sanitarja. Dan jimplika, b’mod partikolari:
Il-possibbiltà li tipparteċipa fis-seduta permezz ta’ videokonferenza ser tinżamm. Din tibqa’ suġġetta għat-tressiq ta’ talba li tindika preċiżament ir-raġunijiet li jipprevjenu lir-rappreżentant tal-parti kkonċernata milli jipparteċipa fiżikament fis-seduta u għall-konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi kollha meħtieġa għal tali parteċipazzjoni permezz ta’ videokonferenza.
Ir-rappreżentanti tal-partijiet li għandhom test jew forma miktuba tas-sottomissjonijiet orali tagħhom huma mistiedna jikkomunikawha għall-bżonnijiet tad-dipartiment tal-interpretazzjoni qabel nofsinhar, tal-jum ta’ xogħol li jippreċedi d-data tas-seduta fl-indirizz: Interpretation@curia.europa.eu.