Protezzjoni tad-data personali
Data personali tinġabar fil-kuntest tal-organizzazzjoni taż-żjarat sabiex iż-żjara tiżvolġi fl-aqwa kundizzjonijiet (effiċjenza fil-kuntatti u skambji ta’ korrispondenza, elaborazzjoni ta’ programm taż-żjara adattat għal-lingwa, għal-livell ta’ formazzjoni u għall-interess tal-viżitaturi). Din id-data tiġi pproċessata mid-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat matul iż-żmien neċessarju għall-organizzazzjoni u għall-iżvolġiment taż-żjara u titħassar sa mhux aktar tard minn sitt snin wara ż-żjara. Hija tiġi kkomunikata biss lill-organizzaturi taż-żjarat (viżitaturi kkonċernati, Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat), lill-uffiċjali li jiltaqgħu mal-viżitaturi, lid-Direttorat tal-Interpretazzjoni fejn tkun meħtieġa interpretazzjoni u, jekk ikun il-każ, lill-korpi kompetenti biex jeżerċitaw il-verifiki tagħhom skont il-liġi. Skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, intom għandkom id-dritt għal aċċess għad-data li tikkonċernakom u, jekk ikun meħtieġ, li tindikaw korrezzjonijiet meħtieġa. Għal kull informazzjoni supplimentari f’dan ir-rigward jew biex taċċedu għad-data pproċessata, indirizzaw ruħkom lid-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat. Tistgħu wkoll f’kull mument tmorru quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Videosorveljanza u reġistrazzjonijiet videoSabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-persuni li jaċċedu fil-bini tagħha kif ukoll tal-beni u tal-informazzjoni li hija għandha, il-Qorti tal-Ġustizzja installat sistema ta’ videosorveljanza kemm ġewwa kif ukoll barra l-bini tagħha. L-immaġini rreġistrati jinżammu għal perijodu limitat u huma aċċessibbli biss għal numru limitat ta’ persuni inkarigati b’dan ix-xogħol. Ir-reġistrazzjoni tal-immaġini kif ukoll is-sorveljanza mill-kameras isiru fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali u tal-ħajja privata. Avviżi speċifiċi mqiegħda viċin iż-żona sorveljata jindikaw il-preżenza tas-sistema ta’ videosorveljanza. Għal iktar informazzjoni: - Politika ta’ videosorveljanza Rapporti ta’ inċidentiIl-Qorti tal-Ġustizzja implementat miżuri sabiex tiżgura li kwalunkwe anomalija, malfunzjoni, assistenza lil persuna, problema potenzjali marbuta mas-sigurtà jew mas-sigurtà tal-persuni, tal-oġġetti u tal-bini tkun is-suġġett ta’ rapport ta’ inċident intern. Għal iktar informazzjoni: |