Delegat għall-protezzjoni tad-data

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taġixxi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha mhux ġudizzjarji u jagħti pariri lid-dipartimenti tal-Istituzzjoni dwar l-osservanza tal-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Iktar informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-attivitajiet varji tal-Istituzzjoni hija disponibbli fit-taqsima prevista għal dan il-għan.

L-Uffiċjal jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’mod indipendenti.

Reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar

L-Uffiċjal iżomm ir-reġistru ċentrali relatat mal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data personali effettwati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-funzjonijiet mhux ġudizzjarji tagħha.

Dan ir-reġistru fih b’mod partikolari informazzjoni dwar il-kontrollur, l-għan tal-ipproċessar, il-persuni u d-data kkonċernata mill-ipproċessar, id-destinatarji tad-data, kwalunkwe trasferiment tad-data kif ukoll il-perijodu taż-żamma.

Ir-reġistru huwa aċċessibbli għall-pubbliku:

-          Ikkonsulta r-reġistru ċentrali tal-attivitajiet ta’ pproċessar

Kuntatt

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek effettwata fil-kuntest ta’ funzjonijiet oħra tal-Istituzzjoni mhux ġudizzjarji u l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek.

Għal dan il-għan, inti mistieden tagħmel użu mill-formola ta’ kuntatt prevista u tagħżel, mil-lista li tinfetaħ, “Il-mistoqsija tiegħi tirrigwarda: l-ipproċessar tad-data personali tiegħi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE”.