Kodiċi ta’ kondotta

Il-Membri u l-ex Membri tal-Qorti Ġenerali huma suġġetti għal regoli dwar il-kondotta li huma ddefiniti fit-Trattati, fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Barra minn hekk, dawn huma suġġetti wkoll għal Kodiċi ta' kondotta għall-Membri u għall-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali flimkien, li huwa intiż li jikkjarifika ċerti obbligi li jirriżultaw min-normi msemmija.

Konformement mar-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-Kodiċi ta’ kondotta, l-attivitajiet esterni tal-Membri jiġu ppubblikati, kull sena, fis-sit internet tal-istituzzjoni, wara li tkun twettqet l-attività.