Imwieled fl-1938; Professur tad-Dritt Internazzjonali u inkarigat mill-Jean Monnet Chair of European Community Law tal-Università ta' Bologna; Duttur honoris causa tal-Università Carlos III ta' Madrid; visiting professor tal-universitajiet John Hopkins (Bologna Cener), St Johns (New York), Georgetown, Paris-II, Georgia (Athens) u tal-Institut Universitaire International (Lussemburgu); koordinatur tal-European Business Law Pallas Program, organizzat fi ħdan l-Università ta' Nijmegen; membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-kuntratti pubbliċi; Viċi Segretarju tal-Istat għall-Industrija u l-Kummerċ matul is-semestru tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill; membru tal-grupp ta' riflessjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u Direttur għas-sessjoni 1997 taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali ta' Den Haag li huwa ddedikat għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sat-3 ta' Mejju 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta 'Mejju 2006 sat-8 ta' Ottubru 2018.