Sten Frimodt Nielsen
Sten Frimodt Nielsen

Imwieled fl‑1963 f’Kopenħagen (id-Danimarka), Sten Frimodt Nielsen kiseb diploma fid-dritt mill‑Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka) fl‑1988.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż, mill‑1988 sal‑1991, qabel ma nħatar segretarju ta’ ambaxxata mar-Rappreżentanza Permanenti tad‑Danimarka għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York (l-Istati Uniti), mill‑1991 sal‑1994. Meta rritorna fid-Danimarka, għall-ewwel ingħaqad mas-servizz legali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż mill‑1994 sal‑1995 u, sussegwentement, mal-uffiċċju tal-Prim Ministru Daniż mill‑1995 sal‑1998, bħala konsulent u sussegwentement bħala konsulent prinċipali.

Mill‑1998 sal‑2001, huwa ngħaqad mar-rappreżentanza permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea bħala ministru konsulent. Mill‑2001 sal‑2002, huwa ngħaqad mill-ġdid mal-uffiċċju tal-Prim Ministru Daniż bħala konsulent speċjali għall-kwistjonijiet legali, kap tad-dipartiment u konsulent legali mill‑2002 sal‑2004, u sussegwentement bħala sottosegretarju tal-Istat u konsulent legali mill‑2004 sal‑2007.

S. Frimodt Nielsen iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim, mill‑1988 sal‑1991, bħala lettur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen), fejn sussegwentement assuma l-funzjonijiet ta’ professur assoċjat.

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-27 ta' Settembru 2023.