Juraj Schwarcz
Juraj Schwarcz

Imwieled fl-1952; Duttur tal-Liġi (Università Comenius fi Bratislava, 1979); Konsulent legali ta' impriża (1975-1990); Reġistratur inkarigat mir-Reġistru Kummerċjali fit-Tribunal muniċipali ta' Košice (1991); Imħallef fit-Tribunal muniċipali ta' Košice (Jannar-Ottubru 1992); Imħallef u President ta' Awla fil-Qorti Reġjonali ta' Košice (Novembru 1992-2009); Imħallef issekondat mal-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka, Awla tad-dritt kummerċjali (Ottubru 2004-Settembru 2005); President tal-Kulleġġ tad-dritt kummerċjali fil-Qorti Reġjonali ta' Košice (Ottubru 2005-Settembru 2009); Membru estern tad-Dipartiment tad-dritt kummerċjali u ekonomiku tal-Università P.J. Šafárik ta' Košice (1997-2009); Membru estern tal-korp tal-għalliema tal-Akkademja legali (2005-2009); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2009.