Eugène Buttigieg
Eugène Buttigieg

Imwieled fl-1961; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Malta; Master fid-dritt Ewropew (Università ta' Exeter); Dottorat fid-dritt tal-kompetizzjoni (Università ta' Londra); legal officer mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1987-1990); senior legal officer mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1990-1994); membru tal-Bord dwar id-Drittijiet tal-Awtur (1994-2005); ġurist reviżur mal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Gvern Lokali (2001-2002); membru tal-Bord fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (2001-2009); konsulent legali fid-dritt Ewropew (mill-1994); kunsillier legali fid-dritt tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur mal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Ekonomija u tal-Investiment (2000-2010); konsulent legali dwar il-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (2010-2011), konsulent mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (2012); lecturer (1994-2001), senior lecturer (2001-2006), wara associate professor (mill-2007) u inkarigat mill-katedra Jean Monnet fid-dritt Ewropew (mill-2009) fl-Università ta' Malta; kofondatur u Viċi President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudji tad-Dritt Ewropew; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-8 ta' Ottubru 2012.