Maciej Szpunar
Maciej Szpunar

imwieled fl-1971; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Silésie u mill-Collège d'Europe ta' Bruges; dottorat fid-dritt (2000); dottorat avvanzat fix-xjenzi legali (2009); professur tad-dritt (2013); Visiting Scholar fil-Jesus College, Cambridge (1998), fl-Università ta' Liège (1999) u fl-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze (2003); avukat (2001-2008), membru tal-Kumitat tad-dritt internazzjonali privat tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni tad-dritt ċivili fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (2001-2008); membru tal-Kunsill xjentifiku tal-Akkademja tad-dritt Ewropew ta' Trier (sa mill-2008); membru tal-Grupp ta' riċerka dwar id-dritt privat Komunitarju fis-seħħ "Acquis Group" (sa mill-2006); sottosegretarju tal-Istat fi ħdan l-Uffiċċju tal-kumitat tal-integrazzjoni Ewropea (2008-2009), u mbagħad fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (2010-2013); Viċi President tal-Kunsill xjentifiku tal-Istitut tal-Ġustizzja; aġent tal-Gvern Pollakk f'numru kbir ta' kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea; membru tal-bord editorjali ta' diversi rivisti legali; awtur ta' ħafna pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġusizzja sa mis-23 ta' Ottubru 2013