Ian Stewart Forrester
Ian Stewart Forrester

imwieled fl-1945; gradwat mill-Università ta’ Glasgow (MA fl-1965, LLB fl-1967) (storja u litteratura Ingliża, dritt); masters fid-dritt ċivil mill-Università Tulane ta’ Louisiana (MCL fl-1969); iskritt fil-kamra tal-avukati tal-Iskozja (1972) u fil-kamra tal-avukati ta’ New York (1977); maħtur bħala Queen’s Counsel (1988); iskritt fil-kamra tal-avukati tal-Ingilterra u ta’ Wales (1996) u fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (1999); eżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-kmamar tal-avukati ta’ Edinburgh, ta’ Brussell, ta’ Londra u ta’ New York; professur mistieden (1991) u dottorat honoris causa (2009) fl-Università ta’ Glasgow; bencher fil-Middle Temple (2012); arbitru fl-International Chamber of Commerce (ICC), fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID) u fil-Court of Arbitration for Sport (CAS); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta’ Ottubru 2015.