Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 - X Technology Swiss vs UASI -Ipko-Amcor (First-On-Skin)

(Kawża T-273/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. Herbertz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ipko-Amcor BV (Zoetermeer, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta' Mejju 2008 fil-kawża R 281/2007-4 b'tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "First-On-Skin" għal prodotti fil-klassijiet 18, 23 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 019 981).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ipko-Amcor BV.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "FIRST" għal prodotti fil-klassi 25 (reġistrazzjoni fil-pajjiżi tal-Benelux Nru 401 666); l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-oppożizzjoni ġiet miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet annullata.

Motivi invokati: Ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________