Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2010 - Il-Kummissjoni vs Hellenic Ventures et

(Kawża T-44/06) 1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Azzjoni għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta' fondi ta' kapital tal-bidu - Xoljiment tal-kuntratt - Rikors ippreżentat kontra l-azzjonisti ta' kumpannija - Inammissibbiltà - Rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem - Interessi")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, aġent, assistit minn S. Chatzigiannis, avukat)

Konvenuti: Hellenic Ventures - Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE (Ateni, il-Greċja); Konstantinos Katsigiannis (Ateni); Panagiotis Chronopoulos (Ateni); u Nikolaos Poulakos (Ateni) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, li permezz tiegħu il-Kummissjoni titlob li l-konvenuti jkunu kkundannati għar-rimbors ta' ħlas bil-quddiem fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt "Seed Fund 601" konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kumpannija konvenuta.

Dispożittiv

Hellenic Ventures - Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta' EUR 70 000, flimkien ma' interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata legali Belġjana, mill-25 ta' April 1999 sal-ħlas sħiħ tad-dejn.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Hellenic Ventures hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk sostnuti minn Konstantinos Katsigiannis, Panagiotis Chronopoulos u Nikolaos Poulakos.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż ta' K. Katsigiannis, P. Chronopoulos u N. Poulakos.

____________

1 - ĠU 86, 8.4.2006.