Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2011 - Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-57/09) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi relatati mal-manutenzjoni teknika u mas-servizzi ta' help desk u ta' intervent fuq il-post għall-kompjuters, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentant: N. Keramidas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta, M. Vitsentzatos u M. Robert, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta' Diċembru 2008, li tirrifjuta l-offerta tal-grupp ta' impriżi Alfastar-Siemens, kompost minn Alfastar Benelux u minn Siemens IT Solutions and Services SA, ippreżentata fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti UCA/218/07 għall-manutenzjoni teknika u s-servizzi ta' help desk u ta' intervent fuq il-post għall-kompjuters, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2008/S 91-122796), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta' Diċembru 2008, li tirrifjuta l-offerta tal-grupp ta' impriżi kompost minn Alfastar Benelux u minn Siemens IT Solutions and Services SA, ippreżentata fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti UCA/218/07 għall-manutenzjoni teknika u s-servizzi ta' help desk u ta' intervent fuq il-post għall-kompjuters, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor hija annullata.

It-talba għad-danni hija miċħuda.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.