Language of document : ECLI:EU:T:2011:118





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – XXXLutz Marken vs UASI – Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil)

(Kawża T-54/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti natura selection – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38, 41, 43, 44)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Tendenza tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 61)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 71-74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1787/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u XXXLutz Marken GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

XXXLutz Marken GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil għal prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 20, 21, 24, 25 u 27 –Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4626693

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Natura Selection, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja figurattiva natura selection, irreġisrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 25, 35, 38, 39 u 42, kif ukoll trade marks Komunitarji u Spanjoli oħra li jinkludu l-kelma “natura” u rreġistrati għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

XXXLutz Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.