Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2009 - Swarovski vs UASI - Swarovski (Daniel Swarovski Privat)

(Kawża T-55/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Swarovski (Volders, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Küppers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swarovski AG (Triesen, Liechtenstein)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell fil-Każ R 0348/2008-1 tad-9 ta' Novembru 2008;

tiċħad l-appell;

tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Daniel Swarovski Privat", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 8, 9, 15, 16, 18, 20, 21, 26, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 39 u 44 (Applikazzjoni Nru 3 981 099)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Swarovski AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "DANIEL SWAROVSKI" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 21, 25 u 41 (trade mark Komunitarja Nru 3 895 133); it-trade mark verbali "Swarovski" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 6, 8, 9, 11, 16, 18, 19, 20, 21, 24, 25, 28, 34, 35 u 41 (trade mark Komunitarja Nru 3 895 091); it-trade mark verbali "Swarovski" għal servizzi fil-klassi 36 (trade mark verbali Awstrijaka Nru 218 795); it-trade mark verbali "Swarovski" għal prodotti fil-klassijiet 11, 16, 21 u 34 (trade mark verbali Awstrijaka Nru 96 389) u t-trade mark verbali "Swarovski" għal prodotti fil-klassijiet 8, 9, 11, 14, 18, 21, 25 u 26 (reġistrazzjoni internazzjonali għall-Italja Nru 528 189)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, minħabba li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, u lanqas id-dannu mitlub għat-trade mark preċedenti u, barra minn dan, ma ġietx stabbilita b'mod xieraq il-portata tal-protezzjoni tat-trade marks preċedenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal- 20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).