Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 - XXXLutz Marken vs UASI - Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil)
(Kawża T-54/09)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natura Selection SL (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 1787/2007-2;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "LineaNatura Natur hat immer Stil" għal prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 20, 21, 24, 25 u 27 (Applikazzjoni Nru 4 626 693)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Natura Selection S. L.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva "natura selection" (Trade mark Komunitarja Nru 2 016 384) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 25, 35, 38, 39 u 42 kif ukoll trade marks Komunitarji u Spanjoli oħra li jinkludu l-kelma "natura", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 35, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
1 sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komuntarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).