Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 - Cafea vs UASI - Christian (BEST FARM)

(Kawża T-53/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cafea GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u M. Hartmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dieter Christian (Frankurt, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-27 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 420/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-applikant għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Dieter Christian

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BEST FARM" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 32 (Applikazzjoni Nru 3 089 281)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti taħt l-isem preċedenti tagħha KORD Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "BESTFORM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 29, 30, 32, 33 u 42 (Nru 300 563 34)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, minħabba l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni jew, għall-inqas, ta' assoċjazzjoni bejn it-trade marks inkwistjoni

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal- 20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).