Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2022 – Teva B.V. u Teva Finland Oy vs Merck Sharp & Dohme Corp.

(Kawża C-119/22)

Lingwa tal-kawża: il-Finalndiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teva B.V. u Teva Finland Oy

Konvenut: Merck Sharp & Dohme Corp.

Domandi preliminari

Liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi deċiż meta prodott ma jkunx diġà kien is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fis-sens tal-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali 1 ?

Għandu jitqies li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 għandha tiġi evalwata b’mod differenti minn dik tal-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt?

Dak li ntqal fis-sentenzi Teva UK et 1 u Royalty Pharma Collection Trust 2 fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jitqies li huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni prevista fl-Aritkolu 3(c) ta’ dan ir-regolament u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt? F’dan ir-rigward, tinġibed attenzjoni partikolari fuq dak li ġie deċiż f’dawn is-sentenzi dwar l-Artikolu 3(a) tal-imsemmi regolament, f’dak li jikkonċerna:

–    l-importanza essenzjali tal-pretensjonijiet u

–    l-evalwazzjoni tal-kawża mill-perspettiva tal-persuna tas-sengħa u fuq il-bażi tal-istat tat-teknika fid-data tal-preżentata jew ta’ prijorità tal-privattiva bażika.

Il-kunċetti ta’ “attività inventiva ċentraliˮ, ta’ “qalba tal-attività inventivaˮ u/jew ta’ “suġġett tal-invenzjoniˮ tal-privattiva bażika huma rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 u, jekk dan ikun il-każ għal wieħed jew diversi fosthom, kif għandhom jinftiehmu fil-kuntest tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni? Teżiti xi differenza għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kunċetti bejn il-każ ta’ prodott ikkostitwit minn sustanza attiva waħda (“monoprodottˮ) u dak ta’ prodott ikkostitwit minn kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi (“prodott kompostˮ) u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt? Kif għandha tiġi evalwata din il-kwistjoni fil-każ fejn il-privattiva bażika tkun tinkludi, minn naħa, pretensjoni għal monoprodott u, min-naħa l-oħra, pretensjoni għal prodott kompost u fejn din l-aħħar pretensjoni tkun tirrigwarda kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi kkonstitwita mis-sustanza attiva tal-monoprodott u, barra minn hekk, minn sustanza attiva jew diversi mill-istat ta’ teknika magħrufa?

____________

1     ĠU 2009, L 152, p. 1.

1     Sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, Teva UK et (C-121/17, EU:C:2018:585).

1     Sentenza tat-30 ta’ April 2020, Royalty Pharma Collection Trust (C-650/17, EU:C:2020:327).