Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fl-14 ta’ Mejju 2021 – KU et vs SATA International – Azores Airlines SA

(Kawża C-308/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KU, OP, GC

Konvenut: SATA International – Azores Airlines SA

Domanda preliminari

Id-dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat jew il-kanċellament ta’ titjiriet ikkawżat minn nuqqas ta’ provvista ta’ kombustibbli fl-ajruport ta’ oriġini, fejn il-ġestjoni tas-sistema ta’ kombustibbli hija responsabbiltà ta’ dan l-ajurport, jikkostitwixxi “ċirkostanza straordinarja”, fis-sens u għall-finijiet tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u [li] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10