Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Lulju 2021 – Dual Star Logistic et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-645/20) 1

(“Rikors għal annullament – Transport bit-triq – Regolament (UE) 2020/1055 – Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżit ta’ stabbiliment tal-impriżi – Ritorn tal-vetturi fiċ-ċentru operazzjonali li jinsba fl-Istat Membru ta’ oriġini f’terminu massimu ta’ tmien ġimgħat – Assoċjazzjoni professjonali – Locus standi – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltàˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dual Star Logistic SRL (Bukarest, ir-Rumanija), Eliton Trans SRL (Piteşti, ir-Rumanija), Agexim Spedition SRL (Piteşti), SC A & C International Road Cargo SRL (Piteşti), Uniunea Naţională a Transportatorilor Rutieri din România (UNTRR) (Bukarest) (rappreżentant: R. Martens, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. van de Westelaken u A. Tamás, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Norberg, L. Vétillard u S. Emmerechts, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU 2020, L 249, p. 17).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ippreżentata mir-Rumanija.

Dual Star Logistic SRL, Eliton Trans SRL, Agexim Spedition SRL, SC A & C International Road Cargo SRL u Uniunea Naţională a Transportatorilor Rutieri din România (UNTRR) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent.

Dual Star Logistic, Eliton Trans, Agexim Spedition, SC A & C International Road Cargo, Uniunea Naţională a Transportatorilor Rutieri din România (UNTRR), il-Parlament u l-Kunsill kif ukoll ir-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talba għal intervent.

____________

1     ĠU C 9, 11.1.2021.