Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2021 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/21) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni dwar is-sistema ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1224/2009 – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. W. Brouwer, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Spina u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2020 li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal diversi dokumenti dwar is-sistema ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 128, 12.4.2021.