Language of document : ECLI:EU:T:2021:613


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Settembru 2021 – T i D kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

(Kawża T503/20)

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn preċedenti – Assenza ta’ rilevanza – Żvelar tad-disinn preċedenti – Utent informat – Livell ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

(ara l-punti 44, 55, 56)

2.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Utent avżat – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

(ara l-punti 48, 49, 53, 54)

3.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Rappreżentazzjoni ta’ apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6 u 25(1)(b))

(ara l-punti 57 sa 59, 77, 78, 87, 89, 91, 93, 95, 97 sa 99)

4.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Libertà tal-kreatur

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6 u 25(1)(b))

(ara l-punti 60 sa 63)

5.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Evalwazzjoni globali tal-elementi kollha tad-disinn preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1) u (2))

(ara l-punt 79)

6.      Disinni Komunitarji – Rinunzja u dikjarazzjoni ta’ invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Eżami tat-talba – Kompetenza tal-Uffiċċju sabiex jeżamina l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/2002 – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 4 sa 9, 25(1)(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 28(1)(b)(v))

(ara l-punt 100)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 (Każ R 956/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sigmatron u T i D kontrolni sistemi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T i D kontrolni sistemi EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.