Language of document : ECLI:EU:T:2021:614


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat22 ta’ Settembru 2021 – Asian Gear vs EUIPO – Multimox (Scooter)

(Kawża T685/20)

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skuter – Disinn preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1.      Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Sentenzi dikjaratorji – Esklużjoni

(Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(3))

(ara l-punt 15)

2.      Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Bidla ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju – Evalwazzjoni fir-rigward tal-kompetenzi mogħtija lill-Bord tal-Appell

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 60(1) u 61(3))

(ara l-punt 16)

3.      Disinni Komunitarji – Ċessjoni u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-eżistenza ta’ disinn preċedenti – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 52; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 28(1)(b)(i) u (vi))

(ara l-punti 28, 31)

4.      Disinni Komunitarji – Ċessjoni u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Eżami tat-talba – Obbligu tal-Bord tal-Appell li jistieden lill-partijiet jikkompletaw is-sottomissjonijiet bil-miktub u d-dokumenti tagħhom quddiemu – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 52; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 31(3))

(ara l-punt 32)

5.      Disinni Komunitarji – Ċessjoni u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Eżami tat-talba – Raġuni ta’ invalidità kkostitwita mill-assenza ta’ novità u ta’ karattru individwali – Mala fide tal-proprjetarju – Assenza ta’ rilevanza

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 7 u 25)

(ara l-punti 39, 40)

6.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Żvelar lill-pubbliku – Prova tal-iżvelar

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), 7(1), 25(1)(b) u 65(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 28(1)(b)(v) u (vi))

(ara l-punt 45)

7.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Żvelar preċedenti tad-disinn identiku – Rappreżentazzjoni ta’ skuter

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 7(1))

(ara l-punti 46 sa 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑3 ta’ Settembru 2020 (Każ R 1042/2018‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Asian Gear u Multimox Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asian Gear BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Multimox Holding BV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).