Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2022 – Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Global, Companhia de Seguros SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima 1 u, konsegwentement, l-attwali Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 2 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni” għandu jinkludi, għall-iskopijiet tal-eżenzjoni mill-VAT, attivitajiet relatati jew addizzjonali bħax-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi?

Il-punt (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-VAT u, konsegwentement, l-Artikolu 136(a) sussegwenti tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi għandhom jitqiesu li jistgħu jitwettqu esklużivament minn entità eżentata inkwantu tali oġġetti ma kinux suġġetti għal dritt ta’ tnaqqis tal-VAT?

In-nuqqas ta’ eżenzjoni tal-VAT fuq il-bejgħ tar-relitti ta’ vetturi mill-assiguraturi, fil-każ fejn ma hemmx dritt għal tnaqqis tal-VAT, huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.